Sejjer Alla jerġaʼ jeqred lin-nies ħżiena?
22 In-nies illum huma ħżiena ħafna, ukoll. Liema affarijiet ħżiena qegħdin isiru hawn?
23 Xi wħud joqtlu lil nies oħra. Alla jgħid li dan m’għandux ikun.—Eżodu 20:13; 1 Ġwann 3:11, 12
24 Xi wħud jisirqu. Alla jgħid li m’għandekx tisraq.—Eżodu 20:15; Efesin 4:28
25 Xi nies jiżżewġu ħafna nisa. Oħrajn igħixu maʼ tnejn jew aktar nisa fi djar separati. Jerġaʼ koppji oħrajn igħixu flimkien bla ma jiżżewġu xejn. Dan kollu jmur kontra dak li tgħid il-Bibbja.—Mattew 19:4-6; 1 Korintin 7:1-4; 1 Timotew 3:1, 2
26 Tiftakar int li Alla ta lil Adam mara waħda biss?—Ġenesi 2:22, 24
27 Xi wħud iqimu l-idoli. Alla jgħid li m’għandekx tuża idoli jew immaġnijiet fil-qima.—Eżodu 20:4, 5; Isaija 44:9-17; 1 Ġwann 5:21
28 Jehovah se jeqred lill-ħżiena li ma jinbidlux.—Salm 37:9, 10; Luqa 13:5; 1 Korintin 6:9, 10