LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • uw kap. 22 pp. 169-175
  • Kompli Tkellem il-Kelma t’Alla Bi Qlubija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kompli Tkellem il-Kelma t’Alla Bi Qlubija
  • Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • MA NISTRIĦUX FUQ IS-​SAĦĦA TAGĦNA STESS
  • REKORD TAʼ GĦOTI TAʼ XIEHDA BIL-​QLUBIJA
  • Ibqaʼ Tkellem il-Kelma t’Alla bil-Qlubija
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Imita lil Ġesù—Ippriedka bil-Qlubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Tkunu xhieda tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • “Fl-Art Kollha”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
Ara Iżjed
Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
uw kap. 22 pp. 169-175

Kapitlu 22

Kompli Tkellem il-​Kelma t’Alla Bi Qlubija

1. (a) Liema aħbar tajba pproklamaw id-​dixxipli taʼ Ġesù billi bdew f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K., imma x’kienet ir-​reazzjoni tal-​ħakkiema u x-​xjuħ tal-​Lhud? (b) Liema mistoqsijiet nistgħu nistaqsu lilna nfusna dwar dan?

L-​IKTAR ġrajjiet importanti f’iżjed minn 4,000 sena taʼ storja umana kienu seħħew. L-​Iben t’Alla stess, Ġesù Kristu, kien ġie midluk bħala s-​Sultan futur għal fuq l-​art kollha. Minkejja l-​esekuzzjoni taʼ Ġesù minħabba t-​tixwix taʼ l-​għedewwa reliġjużi, Jehovah kien qajjem lil Ibnu mill-​imwiet. Permezz tiegħu saret possibbli s-​salvazzjoni bil-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem. Imma meta d-​dixxipli leali taʼ Ġesù pproklamaw pubblikament din l-​aħbar tajba, faqqgħet oppożizzjoni feroċi. Għall-​ewwel, tnejn mill-​appostli ġew mitfugħin il-​ħabs, imbagħad ilkoll kemm huma. Ġew flaġellati u ordnati biex jieqfu milli jitkellmu fuq il-​bażi taʼ l-​isem taʼ Ġesù. (Atti 4:​1-3, 17; 5:​17, 18, 40) X’kellhom jagħmlu? X’kont tagħmel int? Kont tkompli tagħti xiehda bil-​qlubija?

2. (a) Liema aħbar saħansitra iktar meraviljuża hemm bżonn li tiġi pproklamata fi żmienna? (b) Min għandhom ir-​responsabbiltà li jagħmlu dan?

2 Fis-​sena 1914 E.K. seħħet ġrajja saħansitra iktar meraviljuża taʼ importanza universali. Is-​Saltna t’Alla f’idejn Ġesù Kristu attwalment ġiet stabbilita fis-​sema. Imbagħad, Satana u d-​demonji tiegħu ġew mitfugħin ’l isfel lejn l-​art. (Riv. 12:​1-5, 7-12) L-​aħħar jiem tas-​sistema mill-​agħar preżenti kienu bdew. Alla dalwaqt se jgħaffeġ lis-​sistema Satanika t’affarijiet kollha kemm hi. (Riv. 12:12) Dawk li jibqgħu ħajjin se jkollhom il-​prospett taʼ ħajja eterna. Bi twettiq taʼ l-​iskop oriġinali t’Alla, l-​art kollha se ssir Ġenna. Jekk int diġà ħaddant din l-​aħbar tajba, għandek ir-​responsabbiltà li taqsamha m’oħrajn. (Matt. 24:14) Imma liema rispons tistaʼ tistenna?

3. (a) In-​nies kif iwieġbu għall-​messaġġ tas-​Saltna? (b) Mela, liema mistoqsija rridu niffaċċjaw?

3 Fil-​waqt li xi persuni jistgħu jilqgħuk kordjalment bħala proklamatur tas-​Saltna, il-​maġġoranza se jkunu sempliċement indifferenti. (Matt. 24:​37-39) Oħrajn jistgħu jirredikolawk jew jistgħu jopponuk bl-​aħrax. Ġesù wissa li xi oppożizzjoni tistaʼ tiġi minn qrabatek stess. (Luqa 21:​16-19) Tistaʼ tiltaqaʼ magħha wkoll fuq il-​post tax-​xogħol tiegħek jew fl-​iskola. F’ħafna partijiet taʼ l-​art ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma saħansitra taħt projbizzjoni inġusta mill-​gvern. Meta tiġi kkonfrontat minn kwalunkwe ċirkostanza bħal din jew kollha kemm huma, se tkompli int titkellem il-​Kelma t’Alla bil-​qlubija?

4. Id-​determinazzjoni persunali tassigura li aħna se nkomplu naqdu lil Alla fedelment?

4 Mingħajr dubju, int tixtieq tkun qaddej kuraġġuż t’Alla. Madankollu, xi wħud li ħassew li xejn ma jistaʼ jdawwarhom lura nqatgħu minn fost il-​proklamaturi tas-​Saltna. F’kuntrast maʼ dan, oħrajn, inklużi persuni li huma kemmxejn timidi di natura, ikomplu jkunu qaddejja leali t’Alla bla heda. Kif tistaʼ tagħti prova li int wieħed li żżomm ‘sod fil-​fidi’?​—1 Kor. 16:13.

MA NISTRIĦUX FUQ IS-​SAĦĦA TAGĦNA STESS

5. (a) Biex nagħtu prova tagħna nfusna li aħna qaddejja leali t’Alla, liema ħaġa hija ħtieġa bażika? (b) Il-​laqgħat għala huma daqshekk importanti?

5 Hemm, m’għandniex xi ngħidu, ħafna fatturi involuti f’li wieħed ikun qaddej leali t’Alla. Imma bħala bażi għalihom kollha huwa s-​serħan fuq Jehovah u l-​provvedimenti tiegħu. Kif nuru serħan bħal dan? Mod wieħed huwa billi nattendu l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. L-​Iskrittura tħeġġiġna biex ma nittraskurawhomx. (Eb. 10:​23-25) Dawk li komplew ikunu xhieda leali taʼ Jehovah, sew meta ffaċċjaw apatija pubblika u sew meta ffaċċjaw persekuzzjoni, sforzaw lilhom infushom biex ikunu regulari f’li jattendu l-​laqgħat m’adoraturi sħabhom. F’dawn il-​laqgħat l-​għarfien tagħna taʼ l-​Iskrittura jiżdied, imma m’huwiex is-​sempliċi affaxxinar b’affarijiet ġodda li jiġbidna. (Qabbel Atti 17:21.) L-​apprezzament tagħna lejn veritajiet magħrufin sewwa jikber, u l-​konoxxenza tagħna tal-​modi kif nużawhom issir iktar akuta. L-​eżempju stabbilit għalina minn Ġesù jsir ittimbrat fil-​fond ġewwa moħħna u qalbna. (Ef. 4:​20-24) Ninġibdu eqreb lejn ħutna l-​Kristjani f’qima magħquda u nissaħħu personalment biex inkomplu nagħmlu r-​rieda t’Alla. L-​ispirtu taʼ Jehovah jipprovdi direzzjoni permezz tal-​kongregazzjoni u, permezz taʼ dak l-​ispirtu, Ġesù hu fostna meta ninġabru flimkien f’ismu.​—Riv. 3:6; Matt. 18:20.

6. Fejn ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma pprojbiti, x’isir dwar il-​laqgħat?

6 Tattendi int regolarment għal-​laqgħat kollha u tagħmel int applikazzjoni persunali għal dak li tismaʼ jiġi diskuss? Xi drabi, meta kien hemm projbizzjoni, kien neċessarju li jinżammu l-​laqgħat fi gruppi żgħar ġewwa djar privati. Il-​postijiet u l-​ħinijiet jistgħu jvarjaw u jistgħu ma jkunux dejjem konvenjenti, billi xi laqgħat jinżammu tard bil-​lejl. Imma, minkejja inkonvenjenza persunali jew periklu, aħwa rġiel u nisa leali jagħmlu sforz serju biex ikunu preżenti għal kull laqgħa.

7. (a) B’liema mod ieħor nuru s-​serħan tagħna fuq Jehovah? (b) Dan kif jistaʼ jgħinna biex nibqgħu nitkellmu bil-​qlubija?

7 Serħan fuq Jehovah jintwera wkoll billi nduru lejhb regolarment fit-​talb​—mhux bħala sempliċi rutina formali, imma billi nirrealizzaw minn qalbna li għandna bżonn l-​għajnuna t’Alla. Tagħmel hekk int? Ġesù talab ripetutament matul il-​ministeru tiegħu fuq l-​art. (Luqa 3:21; 6:​12, 13; 9:​18, 28; 11:1; 22:​39-44) U fil-​lejl qabel ma ġie msammar maʼ zokk ħeġġeġ lid-​dixxipli tiegħu: “Ibqgħu għassa u itolbu, sabiex ma tidħlux f’tentazzjoni.” (Mark 14:38) Jekk niltaqgħu maʼ ħafna indifferenza lejn il-​messaġġ tas-​Saltna, jistaʼ jkun hemm tentazzjoni li mmajnaw fil-​ministeru tagħna. Jekk in-​nies jirredikolawna jew jekk hemm saħansitra persekuzzjoni iktar ħarxa, nistgħu nħossuna ttantati biex nibqgħu kwieti sabiex nevitawha. Imma jekk nitolbu bis-​serjetà għall-​ispirtu t’Alla biex jgħinna ħalli nibqgħu nitkellmu bil-​qlubija, se niġu ssalvagwardjati kontra li nċedu għal dik it-​tentazzjoni.​—Luqa 11:13; Ef. 6:​18-20.

REKORD TAʼ GĦOTI TAʼ XIEHDA BIL-​QLUBIJA

8. (a) Ir-​rekord f’Atti għala huwa taʼ interess speċjali għalina? (b) Wieġeb il-​mistoqsijiet ipprovduti fl-​aħħar taʼ dan il-​paragrafu, billi tenfasizza kif din l-​informazzjoni tistaʼ tibbenefikana.

8 Ir-​rekord li hemm fil-​ktieb taʼ l-​Atti huwa taʼ interess speċjali għalina lkoll. Dan jgħid kif l-​appostli u dixxipli bikrin oħrajn, nies li kellhom sentimenti bħal tagħna, għelbu l-​ostakli u taw prova li kienu xhieda qalbenin u leali taʼ Jehovah. Ejjew neżaminaw porzjon minn dak ir-​rekord bil-​għajnuna tal-​mistoqsijiet li ġejjin u l-​iskritturi ċċitati. Hekk kif nagħmlu hekk, ikkunsidra kif int personalment tistaʼ tibbenefika minn dak li qiegħed taqra.

Kienu l-​appostli nies t’edukazzjoni għolja? Kienu huma individwi li di natura kienu bla biżaʼ, kien x’kien dak li ġara? (Atti 4:13; Ġw. 18:​17, 25-27; 20:19)

X’ġiegħel lil Pietru jitkellem bil-​qlubija quddiem il-​qorti Lhudija li kienet ikkundannat lill-​Iben t’Alla stess mhux ħafna ġimgħat qabel? (Atti 4:8; Matt. 10:​19, 20)

L-​appostli x’kienu qegħdin jagħmlu matul il-​ġimgħat qabel ma ġew meħudin quddiem is-​Sinedriju? (Atti 1:14; 2:​1, 42)

Meta l-​ħakkiema orndnawlhom biex jieqfu milli jippridkaw fuq il-​bażi taʼ l-​isem taʼ Ġesù, x’wieġbu Pietru u Ġwanni? (Atti 4:​19, 20)

Wara l-​ħelsien tagħhom, lil min reġgħu fittxew għall-​għajnuna? Talbuh huma biex iwaqqaf il-​persekuzzjoni, jew x’talbuh? (Atti 4:​24-31)

Jehovah b’liema mezzi pprovda l-​għajnuna meta dawk li kienu qegħdin jopponu pprovaw iwaqqfu x-​xogħol taʼ l-​ippridkar? (Atti 5:​17-20, 33-40)

L-​appostli kif urew li fehmu r-​raġuni għala kienu ġew meħlusin? (Atti 5:​21, 41, 42)

Saħansitra meta ħafna mid-​dixxipli ġew imferrxin minħabba l-​intensità tal-​persekuzzjoni, x’komplew jagħmlu? (Atti 8:​3, 4; 11:​19-21)

9. (a) Liema riżultati eċċitanti ġew mill-​ministeru taʼ dawk id-​dixxipli bikrin? (b) Aħna kif ġejna li nkunu involuti?

9 Ix-​xogħol tagħhom f’konnessjoni maʼ l-​aħbar tajba ma kienx għalxejn. Madwar 3,000 dixxiplu kienu ġew mgħammdin f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K. “Dawk li emmnu fil-​Mulej baqgħu jiżdiedu, kotriet kemm taʼ rġiel u kemm taʼ nisa.” (Atti 2:41; 4:4; 5:14) Maż-​żmien ġie rrapportat li saħansitra wieħed mill-​iktar persekuturi qliel, Sawlu minn Tarsus, kien sar Kristjan u hu nnifsu kien qiegħed jagħti xiehda għall-​verità bil-​qlubija. Hu sar magħruf bħala l-​appostlu Pawlu. (Gal. 1:​22-24) Ix-​xogħol li beda fl-​ewwel seklu ma waqafx. Żied fil-​ħeffa f’dawn l-​“aħħar jiem” u nfirex sal-​partijiet kollha taʼ l-​art. Aħna għandna l-​privileġġ li nieħdu sehem fih, u hekk kif nagħmlu hekk nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju stabbilit minn xhieda leali li qdew qabilna.

10. (a) Liema opportunitajiet uża Pawlu biex jagħti xiehda? (b) Int b’liema modi xxerred il-​messaġġ tas-​Saltna lil oħrajn?

10 Meta Pawlu tgħallem il-​verità dwar Ġesù Kristu, ma qagħadx jitnikker. “Minnufih . . . beda jippriedka dwar Ġesù, li dan il-​Wieħed hu l-​Iben t’Alla.” (Atti 9:20) Hu apprezza l-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla lejh u rrealizza li kulħadd kellu bżonn l-​aħbar tajba li kien irċieva hu. Skond id-​drawwa taʼ dak iż-​żmien, ladarba hu kien Lhudi mar fis-​sinagogi, li kienu postijiet Lhud fejn isiru assembleat pubbliċi, biex jagħti xiehda. Hu ppriedka wkoll minn dar għal dar u rraġuna man-​nies fis-​suq. U kien lest li joħroġ ’il barra lejn territorji ġodda biex jippubblika l-​aħbar tajba.​—Atti 17:17; 20:20; Rum. 15:​23, 24.

11. (a) Pawlu kif wera li, fil-​waqt li kien qalbieni, kellu d-​dehen fil-​mod li hu ta xiehda? (b) Kif nistgħu aħna nirriflettu dik il-​kwalità meta nagħtu xiehda lil qrabatna, lil sħabna fuq ix-​xogħol jew lil sħabna taʼ l-​iskola?

11 Pawlu kien qalbieni, imma wkoll mimli dehen, bħalma għandna nkunu aħna. Lil-​Lhud appellalhom fuq il-​bażi tal-​wegħdi li Alla kien għamel lil missirijiethom. Mal-​Griegi tkellem fuq il-​bażi t’affarijiet li magħhom huma kienu familjari. Kultant uża l-​esperjenza tiegħu stess taʼ kif hu tgħallem il-​verità bħala mezz biex jagħti xiehda. Bħalma spjega hu: “Jien nagħmel l-​affarijiet kollha minħabba l-​aħbar tajba, biex jistaʼ jkolli sehem minnha m’oħrajn.”​—1 Kor. 9:​20-23; Atti 22:​3-21.

12. (a) Għalkemm kien qalbieni, Pawlu x’għamel sabiex jevita li jisforza konfronti kontinwi maʼ dawk li kienu jopponu? (b) Meta nistgħu bil-​għaqal nimitaw dak l-​eżempju, u kif? (ċ) Minfejn tiġi l-​qawwa biex inkomplu nitkellmu bil-​qlubija?

12 Meta oppożizzjoni lejn l-​aħbar tajba għamlitha tidher li jkun aħjar jekk jippriedka x’imkien ieħor jew li jitlaq lejn territorju ieħor għal xi żmien, Pawlu għamel dan minflok ma sforza konfronti kontinwi maʼ l-​għedewwa tal-​verità. (Atti 14:​5-7; 18:​5-7; Rum. 12:18) Imma qatt ma staħa mill-​aħbar tajba. (Rum. 1:16) Għalkemm Pawlu sab li t-​trattament insolenti, saħansitra vjolenti, taʼ dawk li jopponu ma kienx pjaċevoli, hu ‘rabba l-​qlubija permezz t’Alla tagħna’ biex ikompli jippriedka. Minkejja ċ-​ċirkostanzi diffiċli li daħal fihom, hu qal: “[I]l-Mulej qagħad ħdejja u sawwab qawwa fija, biex permezz tiegħi l-​ippridkar jistaʼ jkun imwettaq għalkollox.” (1 Tess. 2:2; 2 Tim. 4:17) Il-​kap tal-​kongregazzjoni Kristjana, il-​Mulej Ġesù, ikompli jipprovdi l-​qawwa li hemm bżonn biex isir ix-​xogħol li hu bassar għal żmienna.​—Mark 13:10.

13. X’inhu li jagħti evidenza taʼ qlubija Kristjana, u x’inhi l-​bażi għal dan?

13 Għandna kull raġuni biex inkomplu nitkellmu l-​Kelma t’Alla bil-​qlubija, sewwa sew bħalma għamlu Ġesù Kristu u qaddejja leali oħrajn t’Alla fl-​ewwel seklu. Dan ma jfissirx li nkunu ħorox jew sfidanti fil-​manjiera tagħna. M’hemm ebda ħtieġa li nkunu mingħajr konsiderazzjoni jew li nisforzaw il-​messaġġ fuq dawk li ma jriduhx. Imma ma naqtgħux qalbna għaliex in-​nies huma indifferenti, lanqas m’aħna mbeżżgħin sal-​punt li nisktu minħabba l-​oppożizzjoni. Bħal Ġesù, nippontaw lejn is-​Saltna t’Alla bħala l-​gvern bi dritt taʼ l-​art kollha. Aħna nitkellmu b’fiduċja għaliex nirrappreżentaw lil Jehovah, is-​Sovran Universali, u l-​messaġġ li nipproklamaw m’huwiex mingħandna imma mingħandu.​—Fil. 1:​27, 28; 1 Tess. 2:13.

Diskussjoni Bħala Reviżjoni

● Għala huwa importanti li taqsam il-​messaġġ tas-​Saltna maʼ kulmin hu possibbli? Imma liema reazzjonijiet għandna nistennew?

● Kif nistgħu nuru li m’aħniex nipprovaw nistrieħu fuq is-​saħħa tagħna stess biex naqdu lil Jehovah?

● Liema lezzjonijiet taʼ valur nitgħallmu mill-​ktieb taʼ l-​Atti?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja