Għanja 202
Lil Alla Aħna Ddedikati!
1. Lejn Kristu, mill-Kbir Jehovah, ġejna mressqin.
Hu ġab verità bħal dawl fil-ħin.
Mit-tron hemm fis-smewwiet
Dawl jitfaʼ bil-kotriet.
Qalbna bil-fidi mtliet
U tagħna ċedejna l-ħajjiet.
Lil Alla iddedikati, aħna mgħammdin.
Bih u b’Ibnu aħna ferħanin.
2. Dawk li huma ddedikati huma mħarrġin;
Bħal’ ministri t’Alla maħturin.
Jgħannu flimkien qegħdin
Tas-Saltna l-kant henjin,
Jaqdu lkoll magħqudin
Żgur lil Alla dejjem sejrin.
Bit-tgħaddis ġol-ilma l-wegħda tagħhom urew
U l-passi taʼ Kristu hekk segwew.
3. Bid-dedikazzjoni tagħna jism’ Alla t-talb
Għal kuxjenza safja ġej mill-qalb.
Ferħ kbir hekk ingawduh,
Flimkien issa naqsmuh
—’L Jehovah inxandruh;
Ħelsin għalhekk li nitolbuh.
Lil All’ aħna ddedikati, nkunu għaqlin
Biex dejjem nibqgħu miegħu weqfin.