“Kompli fl-Affarijiet Li Tgħallimt”
Hekk kiteb l-appostlu Pawlu liż-żagħżugħ Timotew. (2 Timotew 3:14) Wara li qrajt dan il-ktieb, inti taf bil-ħafna affarijiet sbieħ li Alla għandu maħżunin għal dawk li jħobbuh. Iżda hemm bżonn li tkompli tagħmel progress b’mod spiritwali. Ix-Xhieda taʼ Jehovah ikunu ferħanin li jgħinuk, jekk mhux diġà qed tirċievi din il-għajnuna. Ikteb fl-indirizz tal-pajjiż tiegħek, kif miġjub hawn taħt, billi titlob li ministru tax-Xhieda taʼ Jehovah jiġi f’darek u jistudja l-Bibbja regolarment miegħek bla ħlas.