“Kompli Fl-Affarijiet Li Tgħallimt”
Dak huwa li l-appostlu Pawlu kiteb liż-żagħżugħ Timotew. (2 Timotew 3:14) Wara li qrajt din il-pubblikazzjoni, int taf dwar il-ħafna affarijiet tajbin li Alla għandu maħżunin għal dawk li jħobbuh. Imma għandek bżonn li tkompli tagħmel progress spiritwalment. Ix-Xhieda ta’ Jehovah se jkunu henjin li jgħinuk, jekk m’intix diġà qiegħed tirċievi dik l-għajnuna. Sempliċement ikteb lil Watch Tower fl-indirizz li japplika għalik imniżżel hawn taħt, billi titlob iktar tagħrif jew li wieħed mix-Xhieda ta’ Jehovah jiġi f’darek u jistudja regolarment il-Bibbja miegħek bla ħlas.