LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 7
  • Ġesù u l-Astroloġi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù u l-Astroloġi
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • L-astrologi jżuru lil Ġesù
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Min Bagħat il-“Kewkba”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Liema Xorta taʼ Kewkba Wasslet lill-“Irġiel Għorrief” Għand Ġesù?
    Stenbaħ!—2010
  • Irġiel Gwidati Minn Kewkba
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 7

Kapitlu 7

Ġesù u l-​Astroloġi

GĦADD taʼ nies jiġu mil-​Lvant. Dawn huma astroloġi​—nies li jgħidu li jinterpretaw il-​pożizzjoni tal-​istilel. Waqt li kienu f’darhom fil-​Lvant, huma raw stilla ġdida, u mxew warajha għal mijiet taʼ mili sa Ġerusalemm.

Meta l-​astroloġi jaslu Ġerusalemm, huma jistaqsu: “Fejn hu l-​wieħed imwieled sultan tal-​Lhud? Għax rajna l-​istilla tiegħu meta konna fil-​Lvant, u ġejna biex immilu quddiemu.”

Meta s-​Sultan Erodi taʼ Ġerusalemm jismaʼ dwar dan, jinkwieta ruħu ferm. Mela jsejjaħ lill-​qassisin ewlenin u jistaqsi dwar fejn għandu jitwieled il-​Kristu. Billi jibbażaw it-​tweġiba tagħhom fuq l-​Iskrittura, huma jwieġbu: “F’Betlehem.” Minnufih, Erodi jibgħat għall-​astroloġi u jgħidilhom: “Morru agħmlu tfittxija bir-​reqqa għat-​tfajjel żgħir, u meta tkunu sibtuh irrapportaw lura għandi, biex jien ukoll inkun nistaʼ mmur u mmil quddiemu.” Imma, attwalment, Erodi jrid isib lit-​tfajjel biex joqtlu!

Wara li jitilqu, tiġri ħaġa tal-​iskantament. L-​istilla li kienu raw meta kienu fil-​Lvant timxi quddiemhom. Jidher ċar li din mhix xi stilla ordinarja, imma waħda li ġiet provduta apposta biex tmexxihom. L-​astroloġi jibqgħu jsegwuha sakemm din tieqaf preċiż fuq id-​dar fejn Ġużeppi u Marija qed joqogħdu.

Meta l-​astroloġi jidħlu d-​dar, hemm isibu lil Marija u lit-​tfajjel ċkejken tagħha, Ġesù. Minnufih ilkoll imilu quddiemu. U joħorġu mill-​boroż tagħhom rigali taʼ deheb, lubien, u mirra. Wara dan, meta jkunu waslu biex imorru lura u jgħidu lil Erodi fejn qiegħed it-​tfajjel, huma jiġu mwissijin min Alla f’ħolma biex ma jagħmlux hekk. Mela jitilqu lejn pajjiżhom minn triq oħra.

Min taħseb li pprovda dik l-​istilla li mxiet fis-​sema biex tiggwida lill-​astroloġi? Ftakar li l-​istilla ma mexxithomx direttament lejn Ġesù f’Betlehem. Minflok, huma tmexxew lejn Ġerusalemm fejn iltaqgħu mas-​Sultan Erodi, li ried joqtlu lil Ġesù. U hekk kien jagħmel kieku Alla ma ndaħalx u wissa lill-​astroloġi biex ma jgħidux lil Erodi fejn kien Ġesù. Kien il-​għadu t’Alla, Satana x-​Xitan, li ried li Ġesù jiġi maqtul, u dan uża dik l-​istilla biex jipprova jwettaq il-​għan tiegħu. Mattew 2:​1-12; Mikea 5:2.

▪ X’juri li l-​istilla li raw l-​astroloġi ma kinetx xi stilla ordinarja?

▪ Fejn qiegħed Ġesù meta jsibuh l-​astroloġi?

▪ Għala nafu li Satana pprovda l-​istilla biex tiggwida lill-​astroloġi?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja