LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 40
  • Lezzjoni fil-Ħniena

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lezzjoni fil-Ħniena
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Lezzjoni dwar il-maħfra
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Ikla fid-dar taʼ Xmun f’Betanja
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Tgħallmu Minni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 40

Kapitlu 40

Lezzjoni fil-​​Ħniena

ĠESÙ jistaʼ jkun li għadu Najin, fejn dan l-​aħħar irxoxta lil bin l-​armla, jew forsi qed iżur xi belt fil-​qrib. Wieħed Fariżew li jismu Xmun jixtieq ikollu ħarsa iktar mill-​qrib lejn dak li qed iwettaq xogħlijiet tant tal-​għaġeb. Mela hu jistieden lil Ġesù għal ikla miegħu.

Billi jqis l-​okkażjoni bħala opportunità biex jagħmel ministeru għal dawk preżenti, Ġesù jaċċetta l-​istedina, l-​istess bħalma kien aċċetta stediniet biex jiekol maʼ kolletturi tat-​taxxa u midinbin. Madankollu, meta jidħol fid-​dar taʼ Xmun, Ġesù ma jingħatax il-​laqgħa kordjali li soltu tingħata lill-​mistednin.

Saqajn lebsin qorq isiru sħan u maħmuġin hekk kif wieħed jivvjaġġa minn toroq mimlijin trab, u hija drawwa bħala att taʼ ospitalità li wieħed jaħsel saqajn il-​mistednin b’ilma frisk. Imma saqajn Ġesù ma jinħaslux meta jasal. Lanqas ma jingħata bewsa bħala merħba, kif inhi l-​użanza. U ż-​żejt tal-​ospitalità li soltu jkun hemm ma hux ipprovdut għal xagħru.

Waqt l-​ikla, hekk kif il-​mistednin qed jimteddu mal-​mejda, mara li ma kinetx mistiedna tidħol bil-​kwiet fil-​kamra. Hi magħrufa fil-​belt li qed tgħix ħajja immorali. X’aktarx li hi semgħet bl-​affarijiet li jgħallem Ġesù, inkluża l-​istedina tiegħu biex ‘dawk kollha li huma mtaqqlin wisq jiġu għandu għal serħan.’ U billi tħossha mqanqla profondament b’dak li rat u semgħet, issa ġiet tfittex lil Ġesù.

Il-mara tersaq minn wara Ġesù lejn il-​mejda u tinżel għar-​rkobbtejha ħdejn saqajh. Hekk kif id-​dmugħ tagħha jaqaʼ fuq saqajh, hi timsaħhom b’xagħarha. Hi wkoll tieħu żejt tal-​fwieħa mill-​flixkun tagħha, u waqt li tbuslu saqajh b’mod teneru, hi tferraʼ ż-​żejt fuqhom. Xmun iħares b’diżapprovazzjoni. “Dan ir-​raġel, kieku kien profeta,” jirraġuna hu, “kien ikun jaf min u liema xorta taʼ mara hi din li qiegħda tmissu, li hija midinba.”

Billi jinduna x’qed jaħseb, Ġesù jgħid: “Xmun, għandi xi ħaġa x’ingħidlek.”

“Għalliem, għidha!” hu jwieġeb.

“Żewġt irġiel kienu midjunin maʼ wieħed li jislef,” jibda Ġesù. “Wieħed kellu dejn taʼ ħames mitt dinier, imma l-​ieħor taʼ ħamsin. Meta ma kellhom xejn biex bih iħallsu lura, hu ħafrilhom it-​tnejn b’xejn. Għalhekk, min minnhom se jħobbu l-​iktar?”

“Nimmaġina,” jgħid Xmun, forsi b’arja taʼ indifferenza billi l-​mistoqsija tidher irrelevanti għalih, “huwa dak li lilu ħafirlu b’xejn l-​iktar.”

“Iġġudikajt sewwa,” jgħidlu Ġesù. Imbagħad waqt li jdur lejn il-​mara, jgħid lil Xmun: “Qed tilmaħ lil din il-​mara? Jien dħalt f’darek; int ma tajtni ebda ilma għal saqajja. Imma din il-​mara xarrbitli saqajja bid-​dmugħ tagħha u xxottathomli b’xagħarha. Int ma tajtni ebda bewsa; imma din il-​mara, minn x’ħin dħalt, ma waqfitx tbusli saqajja b’mod teneru. Int ma dliktlix rasi biż-​żejt; imma din il-​mara dilkitli saqajja b’żejt imfewwaħ.”

Il-mara b’hekk tat evidenza taʼ ndiema mill-​qalb għall-​passat immorali tagħha. Mela Ġesù jikkonkludi, billi jgħid: “Minħabba f’dan, ingħidlek, dnubietha, għalkemm huma ħafna, huma maħfura, għaliex hi ħabbet ferm; imma dak li jinħafirlu ftit, iħobb ftit.”

Ġesù b’ebda mod ma qed jiskuża jew jagħlaq għajnejh għall-​immoralità. Minflok, dan l-​inċident juri kif hu jifhem b’mogħdrija lin-​nies li jagħmlu żballji fil-​ħajja imma li mbagħad juru li ddispjaċihom għal dawn u għalhekk jiġu għand Ġesù għal serħan. Billi jipprovdi serħan tassew għall-​mara, Ġesù jgħid: “Dnubietek maħfura. . . . Il-​fidi tiegħek salvatek; mur fi triqtek fil-​paċi.” Luqa 7:​36-50; Mattew 11:​28-30.

▪ Ġesù kif inhu milqugħ minn Xmun, li stiednu?

▪ Min imur ifittex lil Ġesù, u għala?

▪ Liema tixbieha jipprovdi Ġesù, u kif japplikaha?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja