LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 76
  • Jippranza Maʼ Wieħed Fariżew

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jippranza Maʼ Wieħed Fariżew
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Jiekol maʼ Fariżew
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Tgħallmu Minni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġesù Jiddenunzja Lill-Avversarji Tiegħu
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • “Oqogħdu Attenti mill-Ħmira tal-Fariżej”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 76

Kapitlu 76

Jippranza Maʼ Wieħed Fariżew

WARA li Ġesù jwieġeb lil xi kritiċi li għandhom dubju dwar is-​sors tal-​qawwa tiegħu biex ifejjaq lil raġel li ma setax jitkellem, wieħed Fariżew jistiednu għal pranzu. Qabel ma jieklu, il-​Fariżej għandhom id-​drawwa li jaħslu jdejhom sal-​minkeb. Huma jagħmlu dan qabel u wara xi ikla u saħansitra bejn platt u ieħor. Għalkemm it-​tradizzjoni ma tiksirx il-​liġi miktuba t’Alla, hija tmur lil hinn minn dak li Alla jirrikjedi f’dik li hi ndafa ċerimonjali.

Meta Ġesù jonqos li josserva t-​tradizzjoni, dak li stiednu jissorprendi ruħu. Għalkemm hu ma jesprimix is-​sorpriża tiegħu verbalment, Ġesù jinduna biha u jgħid: “Issa intom il-​Fariżej, intom tnaddfu l-​kies u d-​dixx minn barra, imma l-​ġewwieni tagħkom huwa mimli serq u ħażen. Nies bla raġuni! Dak li għamel barra għamel il-​ġewwieni wkoll, mhux hekk?”

Ġesù b’hekk jikxef l-​ipokrezija tal-​Fariżej li b’mod ritwali jaħslu jdejhom imma ma jaħslux qlubhom mill-​ħażen. Hu jagħti parir: “Agħtu bħala għotijiet taʼ ħniena l-​affarijiet li huma ġewwa, u, ħares! l-​affarijiet l-​oħra kollha huma nodfa dwarkom.” Dak li huma jagħtu għandu jkun imqanqal minn qalb li tħobb, mhux minn xewqa li jimpressjonaw lil oħrajn bil-​pretensjoni tagħhom taʼ nies twajbin.

“Gwaj għalikom Fariżej,” ikompli Ġesù, “għaliex intom tagħtu wieħed minn kull għaxra tan-​nagħniegħ u tal-​fejġel u taʼ kull ħaxixa oħra, imma ma tagħtux kas tal-​ġustizzja u l-​imħabba t’Alla! Dawn l-​affarijiet kontu taħt obbligu li tagħmlu, imma dawk l-​affarijiet l-​oħra ma tridux tħalluhom barra.” Il-​Liġi li Alla ta lil Iżrael titlob li wieħed iħallas id-​deċmi, jew wieħed minn kull għaxra, tal-​prodott mill-​egħlieqi. In-​nagħniegħ u l-​fejġel huma pjanti żgħar jew ħxejjex użati biex jagħtu togħma lill-​ikel. Il-​Fariżej b’attenzjoni kbira jħallsu d-​deċmi taʼ saħansitra dawn il-​ħxejjex insinjifikanti, imma Ġesù jikkundannahom talli jittraskuraw il-​ħtieġa iktar importanti taʼ li juru mħabba, li jeżerċitaw qalb tajba, u li jkunu modesti.

Billi jikkundannahom iktar, Ġesù jgħid: “Gwaj għalikom Fariżej, għaliex intom tħobbu s-​siġġijiet taʼ quddiem fis-​sinagogi u t-​tislim fis-​swieq! Gwaj għalikom, għaliex intom bħal dawk l-​oqbra tal-​mafkar li ma jidhrux, tant li n-​nies jimxu fuqhom u ma jindunawx!” In-​nuqqas taʼ ndafa tagħhom mhix xi ħaġa li tidher. Ir-​reliġjon tal-​Fariżej hija sabiħa minn barra imma minn ġewwa ma tiswa xejn! Hija bbażata fuq l-​ipokrezija.

Billi jismaʼ kundanna bħal din, wieħed avukat, wieħed minn dawk li l-​Liġi t’Alla jafuha sewwa, jilmenta: “Għalliem, f’li tgħid dawn l-​affarijiet int tinsulentana wkoll.”

Lil dawn l-​esperti fuq il-​Liġi Ġesù jżommhom responsabbli wkoll, billi jgħid: “Gwaj ukoll għalikom li l-​Liġi tafuha sewwa, għaliex intom tgħabbu lin-​nies b’tagħbijiet ibsin biex jintrefgħu, imma intom infuskom ma tmissux it-​tagħbijiet b’wieħed mis-​swaba tagħkom! Gwaj għalikom, għaliex intom tibnu l-​oqbra tal-​mafkar tal-​profeti, imma missirijietkom qatluhom!”

It-tagħbijiet li jsemmi Ġesù huma t-​tradizzjonijiet orali, imma dawn l-​avukati lanqas biss iridu jerfgħu regolament ċkejken wieħed biss biex jagħmluha iktar faċli għan-​nies. Ġesù jirrivela li huma saħansitra jagħtu l-​kunsens tagħhom għall-​qtil tal-​profeti, u hu jwiddeb: “‘Id-​demm tal-​profeti kollha li xxerred mit-​tisjis tad-​dinja [se] jintalab mingħand din il-​ġenerazzjoni, mid-​demm taʼ Abel sad-​demm taʼ Żakkarija, li kien maqtul bejn l-​artal u d-​dar.’ Iva, ingħidilkom, se jintalab mingħand din il-​ġenerazzjoni.”

Id-dinja taʼ umanità li tistaʼ tiġi mifdija kellha l-​bidu tagħha bit-​twelid taʼ wlied għal Adam u Eva; b’hekk, Abel għex fit-​“tisjis tad-​dinja.” Wara l-​qtil kiefer taʼ Żakkarija, armata Sirjana attakkat u serqet lil Ġuda. Imma Ġesù bassar attakk u serq agħar fuq il-​ġenerazzjoni tiegħu stess minħabba fil-​ħażen akbar tagħha. Dan l-​attakk u serq iseħħ madwar 38 sena wara, fis-​sena 70 E.K.

Billi jkompli l-​kundanna tiegħu, Ġesù jgħid: “Gwaj għalikom li l-​Liġi tafuha sewwa, għaliex intom ħadtu l-​muftieħ tal-​għarfien; intom infuskom ma dħaltux, u lil dawk li deħlin fixkiltuhom!” L-​esperti fuq il-​Liġi għandhom id-​dmir li jispjegaw il-​Kelma t’Alla lin-​nies, jirrivelaw it-​tifsir tagħha. Imma huma dan ma jagħmluhx u saħansitra lin-​nies ineħħulhom l-​opportunità biex jifhmu.

Il-Fariżej u l-​esperti legali huma rrabjati ferm għal Ġesù talli kixifhom. Meta hu jitlaq mid-​dar, huma jibdew jopponuh b’mod aħrax u jassedjawh bil-​mistoqsijiet. Huma jippruvaw inassuh biex igħid xi ħaġa li għaliha huma jistgħu jarrestawh. Luqa 11:​37-54; Dewteronomju 14:22; Mikea 6:8; 2 Kronaki 24:​20-25.

▪ Ġesù għala jikkundanna lill-​Fariżej u lill-​esperti tal-​Liġi?

▪ L-​avukati liema tagħbijiet ipoġġu fuq in-​nies?

▪ Meta kien “it-​tisjis tad-​dinja”?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja