LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 93
  • Meta Bin il-Bniedem Jiġi Rrivelat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Bin il-Bniedem Jiġi Rrivelat
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Bin il-bniedem se jiġi rivelat
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Meta Se Tiġi s-Saltna t’Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Lest Int għall-Jum taʼ Jehovah?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ħejji Għal Ħelsien Ġewwa Dinja Ġdida
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 93

Kapitlu 93

Meta Bin il-​Bniedem Jiġi Rrivelat

WAQT li Ġesù għadu fit-​Tramuntana (jew fis-​Samarija jew fil-​Galilija), xi Fariżej jistaqsuh dwar il-​wasla tas-​Saltna. Huma jemmnu li hi se tiġi b’ħafna pompa, imma Ġesù jgħid: “Is-​saltna t’Alla mhix ġejja b’osservanza impressjonanti, lanqas ma n-​nies se jkunu jgħidu, ‘Ara hawn!’ jew, ‘Hemm!’ Għax, ħares! is-​saltna t’Alla qiegħda f’nofskom.”

Il-frażi taʼ Ġesù “f’nofskom” ġiet xi drabi tradotta “ġewwa fikom.” Mela xi wħud ħasbu li Ġesù ried ifisser li s-​Saltna t’Alla ssaltan fi qlub il-​qaddejja t’Alla. Imma, ovvjament, is-​Saltna t’Alla mhix ġewwa l-​qlub taʼ dawk il-​Fariżej li ma jemmnux u li lilhom Ġesù qed ikellem. Madankollu, hija f’nofshom, ladarba s-​Sultan maħtur tas-​Saltna t’Alla, Ġesù Kristu, qiegħed eżatt fosthom.

Huwa x’aktarx wara li jitilqu l-​Fariżej li Ġesù jitkellem iktar mad-​dixxipli tiegħu dwar il-​miġja tas-​Saltna. Hu għandu b’mod partikulari f’moħħu l-​preżenza futura tiegħu fil-​qawwa tas-​Saltna meta jwissi: “U n-​nies se jgħidulkom, ‘Ara hemm!’ jew, ‘Ara hawn!’ Toħorġux barra jew tmorru tiġru wara [dawn il-​Messijiet foloz]. Għax saħansitra bħalma l-​berqa, bil-​leħħa tagħha, tiddi minn parti waħda taħt is-​sema sa parti oħra taħt is-​sema, hekk se jkun Bin il-​bniedem.” Għalhekk, Ġesù qed jindika li sewwa sew bħalma sajjetta tidher minn ħafna postijiet, l-​evidenza tal-​preżenza tiegħu fil-​qawwa tas-​Saltna se tkun viżibbli b’mod ċar għal dawk kollha li jixtiequ josservawha.

Ġesù mbagħad jagħmel paragun maʼ ġrajjiet tal-​qedem biex juri x’se tkun l-​attitudni tan-​nies matul il-​preżenza futura tiegħu. Hu jispjega: “Barra minn hekk, sewwa sew bħalma ġara fi żmien Noè, hekk se jkun ukoll fi żmien Bin il-​bniedem . . . Bl-​istess mod, sewwa sew bħalma ġara fi żmien Lot: kienu qed jieklu, kienu qed jixorbu, kienu qed jixtru, kienu qed ibigħu, kienu qed iħawlu, kienu qed jibnu. Imma fil-​jum li fih Lot ħareġ minn Sodom niżlet xita taʼ nar u kubrit mis-​sema u qerdithom ilkoll. L-​istess se jiġri f’dak il-​jum meta Bin il-​bniedem irid jiġi rrivelat.”

Ġesù mhux qed igħid li n-​nies fi żmien Noè u fi żmien Lot kienu meqrudin sempliċement minħabba li huma ġrew wara l-​attivitajiet normali taʼ ikel, xorb, xiri, bejgħ, tħawwil, u bini. Saħansitra Noè u Lot u l-​familji tagħhom għamluhom dawn l-​affarijiet. Imma l-​oħrajn wettqu dawn l-​attivitajiet taʼ kuljum mingħajr ma qagħdu attenti għar-​rieda t’Alla, u kien għal din ir-​raġuni li huma ġew meqrudin. Għall-​istess raġuni, xi nies se jiġu meqrudin meta Kristu jiġi rrivelat matul it-​tribulazzjoni l-​kbira fuq din is-​sistema taʼ affarijiet.

Billi jenfasizza l-​importanza taʼ li wieħed iwieġeb bil-​ħeffa għall-​evidenza tal-​preżenza futura tiegħu fil-​qawwa tas-​Saltna, Ġesù jżid: “F’dak il-​jum ħalli min ikun fuq il-​bejt imma li l-​affarijiet li jitħarrku tiegħu qegħdin fid-​dar ma jinżilx biex jiġborhom dawn, u min ikun barra fil-​għalqa, ħalli bl-​istess mod ma jmurx lura lejn l-​affarijiet taʼ warajh. Ftakru f’mart Lot.”

Meta l-​evidenza tal-​preżenza taʼ Kristu tidher, in-​nies ma jistgħux iħallu r-​rabta li għandhom mal-​ġid materjali tfixkilhom f’li jieħdu azzjoni pronta. Hi u ħierġa minn Sodom, il-​mara taʼ Lot mid-​dehra ħarset lura mxennqa lejn l-​affarijiet li ħalliet warajha, u saret kolonna tal-​melħ.

Billi jkompli d-​deskrizzjoni tiegħu dwar is-​sitwazzjoni li kellha teżisti matul il-​preżenza futura tiegħu, Ġesù jgħid lid-​dixxipli tiegħu: “F’dak il-​lejl żewġt irġiel se jkunu f’sodda waħda; il-​wieħed se jittieħed lil hemm, imma l-​ieħor se jiġi abbandunat. Se jkun hemm żewġ nisa jitħnu fl-​istess mitħna; il-​waħda se tittieħed lil hemm, imma l-​oħra se tiġi abbandunata.”

Li tittieħed lil hemm jikkorrespondi maʼ li Noè jidħol mal-​familja tiegħu ġewwa l-​arka u maʼ li l-​anġli jieħdu lil Lot u lill-​familja tiegħu ’l barra minn Sodom. Ifisser salvazzjoni. Mill-​banda l-​oħra, li tiġi abbandunat ifisser li ssofri qerda.

F’dan il-​punt, id-​dixxipli jistaqsu: “Fejn, Mulej?”

“Fejn hemm il-​ġisem, hemm ukoll l-​ajkli se jinġabru flimkien,” iwieġeb Ġesù. Dawk ‘meħudin lil hemm’ għas-​salvazzjoni huma bħal ajkli li jaraw fil-​bogħod għaliex jinġabru flimkien lejn “il-​ġisem.” Il-​ġisem jirreferi għall-​veru Kristu fil-​preżenza inviżibbli tiegħu fil-​qawwa tas-​Saltna u għall-​festa spiritwali li jipprovdi Jehovah. Luqa 17:​20-37; Ġenesi 19:26.

▪ Is-​Saltna kif kienet f’nofs il-​Fariżej?

▪ Il-​preżenza taʼ Kristu b’liema mod hi bħal sajjetta?

▪ Xi nies għala se jiġu meqrudin minħabba l-​azzjonijiet tagħhom matul il-​preżenza taʼ Kristu?

▪ Xi jfisser li tittieħed lil hemm, u li tiġi abbandunat?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja