LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gt kap. 107
  • Tixbieha tal-Festa tat-Tieġ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tixbieha tal-Festa tat-Tieġ
  • L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Materjal Simili
  • Sultan jibgħat għal dawk mistidnin għal festa tat-tieġ
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Mistieden Minn Fariżew
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Tiġijiet li Huma Onorabbli fil-Ħarsa t’Alla u tal-Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Stediniet għal ikla—⁠Alla lil min jistieden?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
gt kap. 107

Kapitlu 107

Tixbieha tal-​Festa tat-​Tieġ

PERMEZZ taʼ żewġ tixbihat, Ġesù kixef lill-​iskribi u lill-​qassisin ewlenin, u huma jridu joqtluh. Imma Ġesù għad baqagħlu x’igħidilhom. Hu jissokta jgħidilhom jerġaʼ tixbieha oħra, billi jgħid:

“Is-​saltna tas-​smewwiet saret bħal wieħed raġel, sultan, li għamel festa tat-​tieġ għal ibnu. U bagħat ’il quddiem lill-​irsiera tiegħu biex isejħu lil dawk mistednin għall-​festa tat-​tieġ, imma ma ridux jiġu.”

Alla Jehovah huwa s-​Sultan li jħejji festa tat-​tieġ għal Ibnu, Ġesù Kristu. Eventwalment, il-​għarusa taʼ 144,000 segwaċi midlukin se tingħaqad maʼ Ġesù fis-​sema. Is-​sudditi tas-​Sultan huma l-​poplu taʼ Iżrael, li, malli ddaħħlu fil-​patt tal-​Liġi fis-​sena 1513 Q.E.K., irċevew l-​opportunità taʼ li jsiru “saltna taʼ qassisin.” B’hekk, f’dik l-​okkażjoni, lilhom ġiet offruta oriġinalment l-​istedina għall-​festa tat-​tieġ.

Madankollu, l-​ewwel sejħa lil dawk mistednin ma ħarġitx qabel il-​Ħarifa tas-​sena 29 E.K., meta Ġesù u d-​dixxipli tiegħu (l-irsiera tas-​sultan) bdew ix-​xogħol tagħhom tal-​ippridkar tas-​Saltna. Imma l-​Iżraeliti naturali li rċevew din is-​sejħa maħruġa mill-​irsiera mis-​sena 29 E.K. sas-​sena 33 E.K. ma ridux jiġu. Mela Alla ta opportunità oħra lill-​ġens taʼ dawk li kienu mistednin, bħalma jirrakkonta Ġesù:

“Jerġaʼ bagħat ’il quddiem irsiera oħra, billi qal, ‘Għidu lil dawk mistednin: “Ħares! Jien ħejjejt il-​pranzu tiegħi, il-​barrin u l-​annimali msemmnin tiegħi huma maqtulin, u l-​affarijiet kollha lesti. Ejjew għall-​festa tat-​tieġ.”’” Din it-​tieni u l-​aħħar sejħa taʼ dawk mistednin bdiet nhar Pentekoste tas-​sena 33 E.K., meta spirtu qaddis ġie msawwab fuq is-​segwaċi taʼ Ġesù. Din is-​sejħa baqgħet sejra sas-​sena 36 E.K.

Il-maġġoranza l-​kbira tal-​Iżraeliti, madankollu, ukoll m’aċċettawx din is-​sejħa. “Bla ma jimportahom telqu ’l hemm,” igħid Ġesù, “wieħed lejn il-​għalqa tiegħu stess, ieħor lejn in-​negozju kummerċjali tiegħu; imma l-​bqija, billi qabdu lill-​irsiera tiegħu, trattawhom b’mod insolenti u qatluhom.” “Imma,” ikompli Ġesù, “s-​sultan imtelaʼ bil-​korla, u bagħat lill-​armati tiegħu u qered lil dawk il-​qattiela u ħaraq il-​belt tagħhom.” Dan ġara fis-​sena 70 E.K., meta Ġerusalemm ġiet meqruda għalkollox mir-​Rumani, u dawk il-​qattiela ġew maqtulin.

Ġesù mbagħad jispjega x’ġara sadanittant: “Imbagħad [is-sultan] qal lill-​irsiera tiegħu, ‘Il-​festa tat-​tieġ tabilħaqq lesta, imma dawk mistednin ma kinux jixirqilhom. Għalhekk morru fit-​toroq li jagħtu ’l barra mill-​belt, u lil kulmin issibu stednuh għall-​festa tat-​tieġ.’” L-​irsiera għamlu dan, u “l-​kamra għaċ-​ċerimonji taż-​żwieġ imtliet b’dawk immejlin mal-​mejda.”

Dan ix-​xogħol taʼ ġbir tal-​mistednin mit-​toroq barra l-​belt taʼ dawk mistiedna beda fis-​sena 36 E.K. L-​uffiċjal tal-​armata Rumana Kornelju u l-​familja tiegħu kienu l-​ewwel nies li nġabru minn dawk li ma kinux Lhud u mhux ċirkonċiżi. Il-​ġbir taʼ dawn li ma kinux Lhud, li lkoll kemm huma ħadu post dawk li oriġinalment irrifjutaw is-​sejħa, kompla sejjer sas-​seklu 20.

Huwa matul is-​seklu 20 li l-​kamra għaċ-​ċerimonji taż-​żwieġ issir mimlija. Ġesù jirrakkonta x’jiġri mbagħad, billi jgħid: “Meta s-​sultan daħal biex jispezzjona lill-​mistednin lemaħ hemm wieħed raġel mhux liebes libsa tat-​tieġ. Mela qallu, ‘Sieħeb, kif dħalt int hawn mingħajr ma għandek libsa tat-​tieġ?’ Hu baqaʼ ssummat. Imbagħad is-​sultan qal lill-​qaddejja tiegħu, ‘Orbtuh minn idejh u saqajh u itfgħuh ’il barra fid-​dlam taʼ barra. Hemm hu fejn se jkun il-​biki tiegħu u t-​theżhiż taʼ snienu.’”

Ir-raġel mingħajr libsa tat-​tieġ jagħti stampa tat-​taparsi Kristjani tal-​Kristjaneżmu. Alla qatt ma rrikonoxxiehom lil dawn bħala li għandhom l-​identifikazzjoni xierqa bħala Iżraeliti spiritwali. Alla qatt ma dilikhom bl-​ispirtu qaddis bħala werrieta tas-​Saltna. Mela huma jiġu mitfugħin ’il barra fid-​dlam fejn se jsofru qerda.

Ġesù jikkonkludi t-​tixbieha tiegħu billi jgħid: “Għax hemm ħafna mistednin, imma ftit magħżulin.” Iva, kien hemm ħafna mistednin mill-​ġens taʼ Iżrael biex isiru membri tal-​għarusa taʼ Kristu, imma biss ftit Iżraeliti naturali kienu magħżulin. Il-​biċċa l-​kbira tal-​144,000 mistednin li jirċievu l-​premju tas-​sema fil-​fatt m’humiex Iżraeliti. Mattew 22:​1-14; Eżodu 19:​1-6; Rivelazzjoni 14:​1-3.

▪ Min huma dawk li kienu mistiedna oriġinalment għall-​festa tat-​tieġ, u meta saritilhom l-​istedina?

▪ Is-​sejħa meta toħroġ l-​ewwel darba għal dawk mistiedna, u min huma l-​irsiera wżati biex joħorġuha?

▪ It-​tieni sejħa meta ssir, u min huma mistiedna wara?

▪ Ir-​raġel mingħajr libsa tat-​tieġ taʼ min jagħti stampa?

▪ Min huma l-​ħafna msejħin, u l-​ftit magħżulin?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja