LEZZJONI NRU. 8
Min Huma l-Għedewwa t’Alla?
L-għadu ewlieni t’Alla huwa Satana x-Xitan. Huwa ħlejqa spirtu li rribella kontra Jehovah. Satana qed ikompli jiġġieled kontra Alla u joħloq inkwiet kbir lill-bnedmin. Satana huwa mill-agħar. Huwa giddieb u qattiel.—Ġwann 8:44.
Kien hemm ħlejjaq spirti oħra li ngħaqdu ma’ Satana fir-ribelljoni kontra Alla. Il-Bibbja ssejħilhom demonji. Bħal Satana, id-demonji huma għedewwa tal-bnedmin. Jieħdu pjaċir iweġġgħu lin-nies. (Mattew 9:32, 33; 12:22) Jehovah se jeqred lil Satana u lid-demonji tiegħu għal dejjem. Fadlilhom ftit żmien biss biex jibqgħu jaqilgħu l-inkwiet lill-bnedmin.—Apokalissi 12:12.
Jekk trid tkun il-ħabib t’Alla, int ma tridx tagħmel dak li jridek tagħmel Satana. Satana u d-demonji tiegħu jobogħduh lil Jehovah. Huma l-għedewwa t’Alla, u jridu jagħmlu lilek ukoll għadu t’Alla. Int trid tagħżel lil min trid togħġob—jew lil Satana jew lil Jehovah. Jekk trid il-ħajja ta’ dejjem, int trid tagħżel li tagħmel ir-rieda t’Alla. Satana juża ħafna modi biex jinganna u jidħaq bin-nies. Il-biċċa l-kbira tan-nies qed jiġu mqarrqin minnu.—Apokalissi 12:9.