LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • be studju 10 p. 115-p. 117 para. 4
  • Entużjażmu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Entużjażmu
  • Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Materjal Simili
  • Għallem b’Entużjażmu
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Informattiva għall-​Udjenza Tiegħek
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Entużjażmu
    Irsisti fil-qari u t-tagħlim
  • Taħdita li Tingħata b’Mod Spontanju
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Ara Iżjed
Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
be studju 10 p. 115-p. 117 para. 4

STUDJU 10

Entużjażmu

X’hemm bżonn tagħmel?

Billi tagħti ħajja lit-​taħdita, uri s-​sentiment qawwi li għandek lejn il-​valur taʼ dak li qed tgħid.

Għala importanti?

L-​entużjażmu min-​naħa tiegħek se jgħinek iżżomm l-​interess tas-​semmiegħa tiegħek; jistaʼ wkoll iqanqalhom biex jaġixxu. Jekk tkun entużjastiku dwar dak li qed tgħid, l-​udjenza li għandek se tkun ukoll.

L-​ENTUŻJAŻMU jgħin biex jagħti l-​ħajja lil taħdita. Filwaqt li hu importanti li jkollok materjal informattiv, hija taħdita vivaċi u mimlija entużjażmu li se tgħinek tiġbed l-​attenzjoni tal-​udjenza. Hu x’inhu l-​isfond kulturali jew hi x’inhi l-​personalità tiegħek, int tistaʼ titgħallem turi l-​entużjażmu.

Tkellem mill-​Qalb. Meta tkellem maʼ mara mis-​Samarija, Ġesù qal li dawk li jqimu lil Ġeħova għandhom jagħmlu dan “bl-​ispirtu u l-​verità.” (Ġw. 4:24) Il-​qima tagħhom għandha tkun imqanqla minn qalb mimlija apprezzament u tkun fi qbil mal-​verità li tinsab fil-​Kelma taʼ Alla. Meta individwu jkollu dan l-​apprezzament kbir, se jurih fil-​mod kif jitkellem. Hu se jkun ħerqan li jitkellem maʼ oħrajn dwar il-​provvedimenti kollhom imħabba taʼ Ġeħova. L-​espressjonijiet taʼ wiċċu, il-​ġesti li juża, u leħnu se juru kif iħossu verament.

Mela għala kelliemi li jħobb lil Ġeħova u li jemmen f’dak li qed jgħid jistaʼ jonqsu l-​entużjażmu hu u jitkellem? Mhuwiex biżżejjed li hu jipprepara dak li jkun se jgħid. Hu jrid jidħol b’ruħu u b’ġismu fis-​suġġett tiegħu, jinvolvi ruħu emozzjonalment fih. Immaġina li ġie inkarigat biex jitkellem dwar is-​sagrifiċċju tal-​fidwa taʼ Ġesù Kristu. Meta l-​kelliemi jagħti t-​taħdita tiegħu, ħsibijietu ma jridux ikunu mimlijin sempliċement b’dettalji imma b’apprezzament għal dak li jfisser is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù, kemm għall-​kelliemi nnifsu kif ukoll għall-​udjenza tiegħu. Hu jrid jiftakar fis-​sentimenti taʼ gratitudni li għandu lejn Alla Ġeħova u Kristu Ġesù għal dan il-​provvediment meraviljuż. Irid jaħseb dwar il-​prospett grandjuż tal-​ħajja li joffri lill-​umanità—ferħ dejjiemi u saħħa perfetta f’art li mill-​ġdid tkun magħmula ġenna! B’hekk irid jinvolvi lil qalbu.

Rigward l-​iskriba Esdra, għalliem f’Israel, il-​Bibbja tgħid li hu “ħejja qalbu biex ifittex fil-​liġi taʼ Ġeħova u jobdiha u jgħallem f’Israel.” (Esd. 7:10) Jekk nagħmlu l-​istess, jiġifieri nħejju qalbna u mhux biss l-​informazzjoni, se nitkellmu minn qalbna. Espressjoni mill-​qalb bħal din dwar il-​verità tistaʼ tgħin ħafna lill-​uħud li nitkellmu magħhom biex jiżviluppaw imħabba vera għall-​verità.

Aħseb fl-​Udjenza Tiegħek. Fattur importanti ieħor biex turi entużjażmu huwa li tkun konvint li l-​udjenza tiegħek għandha bżonn tismaʼ dak li għandek x’tgħid. Dan ifisser li meta tipprepara t-​taħdita tiegħek, mhux biss għandek tiġbor materjal siewi iżda wkoll titlob lil Ġeħova għall-​gwida tiegħu biex tuża l-​materjal għall-​benefiċċju taʼ dawk li se titkellem magħhom. (Salm 32:8; Mt. 7:7, 8) Analizza għala dawk fl-​udjenza tiegħek għandhom bżonn jisimgħu l-​informazzjoni, kif din tistaʼ tkun taʼ benefiċċju għalihom, u kif int tistaʼ tippreżentaha b’mod li huma se japprezzaw il-​valur tagħha.

Aħdem fuq il-​materjal tiegħek sakemm ikollok xi ħaġa li tkun eċċitat biha. M’hemmx għalfejn tkun xi ħaġa ġdida, iżda l-​mod kif tittratta s-​suġġett jistaʼ jkun ġdid. Jekk tipprepara xi ħaġa li tassew se tgħin lil dawk fl-​udjenza tiegħek isaħħu r-​relazzjoni tagħhom maʼ Ġeħova, biex japprezzaw il-​provvedimenti tiegħu, biex ikampaw b’suċċess mal-​pressjonijiet tal-​ħajja f’din is-​sistema qadima, jew biex ikunu effettivi fil-​ministeru tagħhom, imbagħad bir-​raġun se tkun entużjastiku dwar it-​taħdita.

Xi ngħidu jekk l-​inkarigu tiegħek hu li taqra fil-​pubbliku? Sabiex tagħmel dan b’mod entużjastiku, jeħtieġ iktar milli tkun kapaċi tgħid il-​kliem b’mod korrett u tiġbru sewwa fi gruppi. Studja l-​materjal. Jekk se taqra xi silta mill-​Bibbja, agħmel ftit riċerka dwarha. Kun żgur li tifhem it-​tifsir bażiku tagħha. Ikkunsidra kemm hi taʼ benefiċċju għalik u għall-​udjenza li għandek, u aqra b’xewqa li turi dan lis-​semmiegħa tiegħek.

Qiegħed tipprepara għall-​ministeru tal-​għalqa? Irrivedi s-​suġġett li għandek għad-​diskussjoni u l-​iskritturi li bi ħsiebek tuża. Ikkunsidra wkoll x’għandhom fuq moħħhom in-​nies. Xi ntqal fl-​aħbarijiet? Liema problemi qed jiffaċċjaw in-​nies? Meta tkun preparat biex turihom li l-​Kelma taʼ Alla fiha s-​soluzzjonijiet għall-​istess problemi li jikkonċernawhom, tkun ħerqan li tagħmel dan, u l-​entużjażmu jiġi naturali.

Uri Entużjażmu Billi Tagħti Ħajja lit-​Taħdita. L-​entużjażmu jintwera l-​iktar biċ-​ċar permezz tal-​ħajja li tagħti lit-​taħdita. Dan għandu jidher fl-​espressjoni taʼ wiċċek. Għandek tinstemaʼ konvint, mhux dommatiku.

Il-​bilanċ hu meħtieġ. Xi wħud jistgħu jkollhom it-​tendenza li jeċċitaw ruħhom dwar kollox. Dawn ikollhom bżonn jiġu megħjunin jaraw li meta individwu jsir bombastiku jew emozzjonali żżejjed, l-​udjenza tiegħu se tkun moħħha fih minflok fil-​messaġġ. Mill-​banda l-​oħra, dawk li huma mistħijin jeħtieġu l-​inkuraġġiment biex ikunu iktar espressivi.

L-​entużjażmu jittieħed. Jekk għandek kuntatt tajjeb mal-​udjenza u tkun entużjastiku dwar it-​taħdita tiegħek, l-​udjenza li għandek se tħossu dan l-​entużjażmu. Apollo wera entużjażmu fi kliemu, u ġie deskritt bħala li kien jinqalaʼ biex jitkellem. Jekk tkun imħeġġeġ bl-​ispirtu taʼ Alla, it-​taħdita tiegħek mimlija ħajja se tqanqal lis-​semmiegħa biex jaġixxu.—Atti 18:24, 25; Rum. 12:11.

Entużjażmu Adattat għall-​Materjal. Oqgħod attent li ma tesaġerax fl-​entużjażmu li turi matul it-​taħdita kollha, tant li l-​udjenza tiegħek tħossha eżawrita. Kwalunkwe tħeġġiġ li tagħti biex wieħed jaġixxi fuq dak li qed jiġi diskuss se jaqaʼ fuq widnejn torox. Dan jenfasizza l-​bżonn li tipprepara materjal li jippermetti l-​varjetà fit-​taħdita tiegħek. Ipprova tużax stil li jirrifletti l-​indifferenza. Jekk tagħżel il-​materjal tiegħek bir-​reqqa, se tkun interessat ferm fih. Iżda xi punti naturalment jeħtieġu iktar entużjażmu fit-​taħdita minn oħrajn, u dawn għandhom ikunu minsuġin bis-​sengħa matul it-​taħdita tiegħek.

Il-​punti prinċipali b’mod partikulari għandhom jiġu preżentati b’entużjażmu. It-​taħdita tiegħek għandha jkollha punti li jispikkaw u biex tasal għalihom trid tibni l-​materjal pass pass. Minħabba li dawn huma l-​iktar punti importanti fit-​taħdita tiegħek, ġeneralment ikunu l-​punti bl-​għan li jimmotivaw lill-​udjenza tiegħek. Wara li tkun ikkonvinċejt lil dawk fl-​udjenza tiegħek, trid tqanqalhom jaġixxu, turihom il-​benefiċċji li jiġu meta wieħed japplika dak li jkun ġie diskuss. L-​entużjażmu tiegħek se jgħinek tilħaq qalb is-​semmiegħa tiegħek. L-​entużjażmu fit-​taħdita m’għandu qatt ikun sforzat. Għandu jkun hemm raġuni għalih, u l-​materjal li jkollok se jipprovdilek din ir-​raġuni.

KIF TITGĦALLEM TURI DAN

  • Tippreparax biss l-​informazzjoni li se tippreżenta iżda wkoll lil qalbek; b’hekk tkun qed tinvolvi l-​emozzjonijiet tiegħek.

  • Aħseb bir-​reqqa dwar kif il-​punti li se tkopri se jkunu taʼ benefiċċju għal dawk li titkellem magħhom.

  • Identifika s-​siltiet li jirrikjedu entużjażmu speċjali.

  • Kun vivaċi għall-​aħħar fil-​mod kif titkellem. Kun żgur li wiċċek jirrifletti dak li tħoss. Tkellem bis-​saħħa u b’mod vigoruż.

TAĦRIĠ: Eżamina Ġożwè kapitli 1 u 2 u ara fejn u kif l-​entużjażmu jistaʼ jiġi espress b’mod adattat meta taqra dan ir-​rakkont. Ipprattika b’leħen għoli billi taqrahom b’entużjażmu xieraq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja