LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lr kap. 34 pp. 177-181
  • X’Jiġri Jekk Immutu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Jiġri Jekk Immutu?
  • Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Materjal Simili
  • X’Jiġri Mal-Mewt?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Ġesù jqajjem lil Lazzru mill-mewt
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Għala Ġesù M’Għaġġilx
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Tama Vera għall-​Maħbubin Tiegħek li Mietu
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
lr kap. 34 pp. 177-181

KAPITLU 34

X’Jiġri Jekk Immutu?

BĦALMA forsi taf, in-​nies illum jixjieħu, jimirdu, u jmutu. Anki xi tfal imutu. Għandek tibżaʼ mill-​mewt jew minn xi ħadd li miet?— Taf x’jiġri jekk immutu?—

M’hawn ħadd ħaj illum li kien mejjet u reġaʼ ħa l-​ħajja, u b’hekk jistaʼ jgħidilna x’jiġri. Imma meta Ġesù, l-​Għalliem il-​Kbir, kien fuq l-​art, kien hemm raġel li ġralu hekk. Nistgħu nitgħallmu dwar x’jiġrilhom il-​mejtin billi naqraw dwaru. Ir-​raġel kien ħabib taʼ Ġesù u kien jgħix f’Betanja, raħal żgħir mhux ’il bogħod minn Ġerusalemm. Kien jismu Lazzru, u kellu żewġ ħutu bniet, jisimhom Marta u Marija. Ejja naraw il-​Bibbja x’tgħid li ġara.

Darba waħda Lazzru jimrad sew. Dakinhar, Ġesù jinsab ’il bogħod ħafna. Allura Marta u Marija jibagħtu lil xi ħadd biex jgħid lil Ġesù li ħuhom, Lazzru, huwa marid. Dan jagħmluh għax jafu li Ġesù jistaʼ jiġi u jfejjaq lil ħuhom. Ġesù mhux tabib, imma għandu qawwa minn Alla biex ifejjaq kull tip taʼ mard.—Mattew 15:​30, 31.

Imma qabel ma Ġesù jilħaq imur jara lil Lazzru, Lazzru tant jimrad li jmut. Imma Ġesù jgħid lid-​dixxipli tiegħu li Lazzru rieqed u li Hu se jmur u jqajmu. Id-​dixxipli ma jifhmux x’jiġifieri dak li jgħid Ġesù. Allura Ġesù jgħid ċar u tond: “Lazzru miet.” Dan x’jurina fuq il-​mewt?— Iva, li l-​mewt hija bħal raqda fil-​fond. Tant hija fil-​fond li l-​persuna lanqas biss toħlom.

Ġesù issa ġej jara lil Marta u Marija. Diġà waslu ħafna ħbieb tal-​familja. Dawn ġew biex jagħtuhom il-​faraġ minħabba li miet ħuhom. Meta Marta tismaʼ li ġej Ġesù, hi tmur tiltaqaʼ miegħu. Wara ftit Marija wkoll tmur tara lil Ġesù. Hi mdejqa ħafna u qed tibki, u tinżel fl-​art quddiemu. Ħbieb oħra li mxew wara Marija wkoll qed jibku.

L-​Għalliem il-​Kbir jistaqsihom fejn qiegħdu lil Lazzru. In-​nies jieħdu lil Ġesù ħdejn l-​għar fejn difnu lil Lazzru. Meta Ġesù jara n-​nies kollha jibku, hu jibda jibki wkoll. Jaf kemm iweġġaʼ wieħed meta jmutlu xi ħadd li jħobb.

Quddiem l-​għar hemm ġebla kbira, u allura Ġesù jgħid: “Neħħu l-​ġebla.” Tgħid għandhom ineħħuha jew le?— Marta taħseb li aħjar le. Hi tgħid: “Mulej, s’issa żgur niten għax ilu erbat ijiem.”

Imma Ġesù jgħidilha: “M’għedtlikx li jekk temmen tara l-​glorja t’Alla?” Ġesù jrid jgħid li Marta se tara xi ħaġa li se ġġib tifħir lil Alla. X’se jagħmel Ġesù? Meta titneħħa l-​ġebla, Ġesù jitlob b’leħen għoli lil Ġeħova. Imbagħad Ġesù jgħajjat: “Lazzru, oħroġ!” Tgħid joħroġ? Jistaʼ joħroġ?—

Ħeqq, tistaʼ tqajjem lil xi ħadd li huwa rieqed?— Iva, jekk tgħajjatlu b’leħen għoli jqum. Imma tistaʼ tqajjem lil xi ħadd li hu rieqed fil-​mewt?— Le. Tgħajjat kemm tgħajjat, dak li miet ma jisimgħekx. La jien, la int, u lanqas xi persuna oħra fuq l-​art ma tistaʼ tagħmel xi ħaġa biex tqajjem il-​mejtin.

Ġesù jgħajjat lil Lazzru u dan jieħu l-ħajja u joħroġ mill-għar

X’għamel Ġesù għal Lazzru?

Imma Ġesù differenti. Hu għandu qawwa speċjali minn Alla. Mela meta Ġesù jgħajjat lil Lazzru, tiġri xi ħaġa kbira. Ir-​raġel li ilu mejjet erbat ijiem joħroġ minn ġo l-​għar! Jerġaʼ jieħu l-​ħajja! Jistaʼ jerġaʼ jieħu n-​nifs u jimxi u jitkellem! Iva, Ġesù jqajjem lil Lazzru mill-​mewt.—Ġwanni 11:​1-44.

Issa aħseb dwar dan: Xi ġralu Lazzru meta miet? Kien hemm xi parti minnu—xi ruħ jew spirtu—li ħalliet lil ġismu u marret tgħix xi mkien ieħor? Ir-​ruħ taʼ Lazzru telgħet is-​sema? Kien hu ħaj għal erbat ijiem hemm fuq m’Alla u l-​anġli qaddisin?—

Le, ma kienx. Tinsiex li Ġesù qal li Lazzru kien rieqed. X’jiġri meta tkun rieqed? Meta tkun rieqed fil-​fond ħafna, ma tkunx taf x’inhu jiġri madwarek, hux veru?— U meta tqum, ma tkunx taf kemm ilek rieqed sakemm tħares lejn arloġġ.

L-​istess il-​mejtin. Dawn ma jafu xejn. Ma jħossu xejn. U ma jistgħu jagħmlu xejn. Hekk kien Lazzru meta miet. Il-​mewt hija bħal raqda fil-​fond li fiha persuna ma tiftakar xejn. Il-​Bibbja tgħid: “Il-​mejtin ma jafu xejn.”—Koħèlet 9:​5, 10.

Lazzru mejjet ġo għar

Xi ġralu Lazzru meta miet?

Aħseb dwar dan ukoll: Kieku Lazzru għamel erbat ijiem fis-​sema, taħseb li ma kienx jgħid xi ħaġa dwar dan?— U kieku kien is-​sema, taħseb li Ġesù kien se joqgħod jerġaʼ jġibu fuq l-​art minn dak il-​post tant sabiħ?— Dażgur li le!

Però, ħafna nies jgħidu li aħna għandna ruħ, u jgħidu li r-​ruħ tibqaʼ ħajja wara li l-​ġisem imut. Jgħidu li r-​ruħ taʼ Lazzru kienet ħajja xi mkien ieħor. Imma l-​Bibbja ma tgħidx hekk. Din tgħid li Alla għamel lill-​ewwel bniedem Adam “ruħ ħajja.” Adam kien ruħ. Il-​Bibbja tgħid ukoll li meta Adam dineb, hu miet. Sar ruħ mejta, u reġaʼ mar fit-​trab għax minnu kien magħmul. Il-​Bibbja tgħid ukoll li t-​tfal kollha taʼ Adam wirtu d-​dnub u l-​mewt ukoll.—1 Korintin 15:45; Ġenesi 3:​17-19; Rumani 5:12.

Mela jidher ċar li m’għandniex ruħ separata minn ġisimna. Kull wieħed minna hu ruħ. U peress li n-​nies wirtu d-​dnub mill-​ewwel bniedem, Adam, il-​Bibbja tgħid: “Ir-​ruħ li tidneb tmut.”—Eżekjel 18:​4, Karm Żammit.

Tfal f’ċimiterju

Għala m’għandniex għalfejn nibżgħu mill-​mejtin?

Hemm nies li jibżgħu mill-​mejtin. Ma jmorrux ħdejn ċimiterju għax jaħsbu li l-​mejtin għandhom ruħ separata mill-​ġisem li tistaʼ tweġġaʼ lil dawk li għadhom ħajjin. Imma jistaʼ xi ħadd mejjet iweġġaʼ lil xi ħadd ħaj?— Le, ma jistax.

Xi nies jemmnu wkoll li l-​mejtin jistgħu jiġu lura bħala spirti biex jaraw lill-​ħajjin. Allura jippreparaw l-​ikel għall-​mejtin. Imma dawk li jagħmlu hekk mhux veru jemmnu dak li jgħid Alla dwar il-​mejtin. Jekk nemmnu dak li jgħid Alla, m’aħniex se nibżgħu mill-​mejtin. U jekk aħna veru rridu ngħidu grazzi lil Alla għall-​ħajja, se nuruh billi nagħmlu l-​affarijiet li jogħġbu lilu.

Imma forsi tistaqsi: ‘Alla se jerġaʼ jagħtihom il-​ħajja lit-​tfal li mietu? Irid jagħtihom il-​ħajja?’ Issa jmissna nitkellmu dwar dan.

Ejja naqraw iktar mill-​Bibbja dwar x’jiġrilhom il-​mejtin u dwar li l-​bniedem huwa ruħ, f’Salm 115:17; 146:​3, 4; u Ġeremija 6:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja