LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bh pp. 221-222
  • Ġesù f’Diċembru Twieled?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù f’Diċembru Twieled?
  • Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Materjal Simili
  • Ġesù
    Stenbaħ!—2013
  • It-twelid taʼ Ġesù—Fejn u meta?
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • It-Twelid taʼ Ġesù—Fejn u Meta?
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Twieled Ġesù fil-Borra?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
bh pp. 221-222

APPENDIĊI

Ġesù f’Diċembru Twieled?

IL-​BIBBJA ma tgħidilniex meta twieled Ġesù. Madankollu, tagħtina raġuni valida għala nistgħu nikkonkludu li t-​twelid tiegħu ma seħħx f’Diċembru.

Ikkunsidra l-​kundizzjonijiet tat-​temp f’dak iż-​żmien tas-​sena ġewwa Betlehem, fejn twieled Ġesù.

Ix-xahar Lhudi taʼ Ċislev (li jikkorrispondi għal Novembru/Diċembru) kien xahar taʼ temp kiesaħ u xita. Ix-​xahar taʼ wara kien jismu Tebet (Diċembru/Jannar). F’dan ix-​xahar kien ikun hemm l-​iktar temperaturi baxxi tas-​sena u kultant kienet tinżel il-​borra fuq il-​muntanji. Ejja naraw x’tgħidilna l-​Bibbja dwar il-​klima taʼ dak ir-​reġjun.

Esdra, wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja, juri li Ċislev kien tabilħaqq xahar magħruf għat-​temp kiesaħ u għax-​xita. Wara li qal li nġemgħet folla f’Ġerusalemm “fl-​għoxrin tad-​disaʼ xahar [Ċislev],” Esdra jirrapporta li n-​nies kienu qed ‘jirtogħdu . . . minħabba x-​xita li kienet nieżla.’ Dwar il-​kundizzjonijiet tat-​temp f’dak iż-​żmien tas-​sena, il-​folla miġbura nfisha qalet: “Billi hu żmien ix-​xita ma nifilħux noqogħdu barra.” (Esdra 10:​9, 13; Ġeremija 36:22) Mela ma niskantawx li r-​rgħajja li kienu joqogħdu f’dawk l-​inħawi kienu jaċċertaw ruħhom li huma u l-​imrieħel tagħhom ma jkunux barra bil-​lejl meta jkun wasal Diċembru!

Madankollu, il-​Bibbja tirrapporta li fil-​lejl meta twieled Ġesù, ir-​rgħajja kienu fl-​għelieqi jindokraw l-​imrieħel tagħhom. Fil-​fatt, Luqa, wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja, juri li dak iż-​żmien, ir-​rgħajja “kienu jgħixu barra, għassa bil-​lejl mal-​merħliet tagħhom” viċin Betlehem. (Luqa 2:​8-12) Innota li r-​rgħajja kienu attwalment jgħixu barra, mhux biss jimxu barra matul il-​ġurnata. Huma kellhom l-​imrieħel tagħhom barra bil-​lejl. Hija din id-​deskrizzjoni taʼ rgħajja li jgħixu barra addattata għall-​kundizzjonijiet taʼ temp kiesaħ u bix-​xita li jkun hemm Betlehem f’Diċembru? Le, m’hijiex. Għalhekk, il-​kundizzjonijiet fi żmien it-​twelid taʼ Ġesù jindikaw li hu ma twilidx f’Diċembru.a

Il-Kelma t’Alla tgħidilna preċiżament meta miet Ġesù, imma ftit li xejn tagħti indikazzjoni diretta dwar meta twieled. Dan ifakkarna fi kliem is-​Sultan Salamun: “Aħjar fama tajba miż-​żejt prezzjuż, aħjar jum il-​mewt minn jum it-​twelid.” (Koħèlet 7:1) Mhux taʼ b’xejn, mela, li l-​Bibbja tipprovdi ħafna dettalji dwar il-​ministeru u l-​mewt taʼ Ġesù imma ftit dettalji biss dwar iż-​żmien meta twieled.

[Nota taʼ taħt]

a Għal iktar informazzjoni, ara paġni 176-9 tal-​ktieb Reasoning From the Scriptures, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Stampa f’paġna 221]

Meta twieled Ġesù, ir-​rgħajja u l-​imrieħel tagħhom kienu fl-​għelieqi bil-​lejl

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja