L-EWWEL SEZZJONI
Alla Jistaʼ Jgħinek Tipprepara għall-Jum il-Kbir Tiegħu
“Il-jum il-kbir taʼ Ġeħova fil-qrib,” qal il-profeta t’Alla. (Sofonija 1:14) Dan il-jum riesaq bil-ħeffa, u għalhekk irridu ngħixu b’tali mod li nuru li nafu li dalwaqt jasal. Tirrealizza int li l-hekk imsejħin kotba tal-Profeti ż-Żgħar fihom tagħrif importanti għalik dwar dan il-jum il-kbir? L-ewwel tliet kapitli taʼ dan il-ktieb se jgħinuk issir midħla taʼ dawn it-12-il profeta u tat-temi tal-kotba tagħhom. B’hekk, tistaʼ tibbenefika minn dak li kitbu u tislet tagħlimiet li huma prattiċi għal ħajtek.