LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 3 p. 6
  • Il-Bnedmin Isalvaw mid-Dilluvju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bnedmin Isalvaw mid-Dilluvju
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Id-Dilluvju l-Kbir—Min Sema’? Min Ma Semax?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
  • “Mexa ma’ l-Alla l-Veru”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Il-Fidi taʼ Noè Tikkundanna lid-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • L-arka taʼ Noè
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 3 p. 6
L-arka tintrefaʼ ’l fuq hekk kif l-ilmijiet tad-dilluvju jiżdiedu u tinżel ix-xita

IT-​3 TAQSIMA

Il-​Bnedmin Isalvaw mid-​Dilluvju

Alla jeqred dinja mill-​agħar, imma jħalli lil Noè u lil familtu ħajjin

HEKK kif il-​bnedmin bdew joktru, id-​dnub u l-​ħażen inxterdu malajr fuq l-​art. Enok, li kien waħdu bħala profeta, wissa li Alla xi darba kien se jeqred lin-​nies mill-​agħar. Xorta waħda, il-​ħażen baqaʼ jeżisti u saħansitra żdied. Xi anġli rribellaw kontra Ġeħova billi telqu l-​post li tahom Alla fis-​sema, ħadu forma taʼ bnedmin fuq l-​art, u b’regħba ħadu lil xi nisa b’marthom. Din l-​għaqda mhux naturali pproduċiet ulied li kellhom saħħa taʼ barra minn hawn—ġganti li kienu jgħakksu lil oħrajn u li kienu msejħin Nefilim. Minħabba fihom, il-​vjolenza u t-​tixrid taʼ demm żdiedu ferm fid-​dinja. Alla ħassu mweġġaʼ ħafna li jara l-​ħolqien tiegħu fuq l-​art jiġi rovinat.

Wara li miet Enok, kien hemm raġel wieħed li kien jispikka f’dik id-​dinja mill-​agħar. Kien jismu Noè. Hu u familtu pprovaw jagħmlu dak li hu sewwa f’għajnejn Alla. Meta Alla ddeċieda li jeqred lin-​nies mill-​agħar taʼ dik id-​dinja, hu ried jipproteġi lil Noè u lill-​annimali. Għalhekk, Alla qallu biex jibni arka—bastiment enormi forma taʼ kaxxa rettangolari. Fiha, Noè u familtu, flimkien maʼ ħafna speċi t’annimali, kienu se jinżammu ħajjin waqt dilluvju li kien ġej mad-​dinja kollha. Noè obda lil Alla. Matul l-​għaxriet taʼ snin li Noè qattaʼ jibni din l-​arka, hu kien ukoll “predikatur tal-​ġustizzja.” (2 Pietru 2:5) Hu wissa lin-​nies dwar id-​Dilluvju li kien ġej, imma dawn ma tawx kasu. Imbagħad wasal iż-​żmien biex Noè u familtu jidħlu fl-​arka mal-​annimali. Alla għalaq il-​bieb tal-​arka warajhom u bdiet nieżla x-​xita.

Ix-​xita niżlet bil-​qliel għal 40 jum u 40 lejl sakemm l-​art kollha kienet mgħarrqa. In-​nies mill-​agħar inqerdu. Xhur wara, hekk kif l-​ilmijiet bdew jonqsu, l-​arka straħet fuq muntanja. Kienu ilhom sena sħiħa fl-​arka meta sa fl-​aħħar il-​passiġġieri setgħu joħorġu minnha qawwijin u sħaħ. B’ringrazzjament, Noè ppreżenta offerta lil Ġeħova. Alla wieġbu billi aċċerta lil Noè u lil familtu li Hu qatt ma kien se jerġaʼ jġib dilluvju biex jeqred lill-​ħajja kollha minn fuq wiċċ l-​art. Ġeħova pprovda l-​qawsalla bħala garanzija viżibbli, tfakkira taʼ din il-​wegħda taʼ faraġ.

Wara d-​Dilluvju, Alla ta wkoll lill-​bnedmin xi kmandi ġodda. Hu tahom permess li jieklu mil-​laħam tal-​annimali. Madankollu, ipprojbixxa li jittiekel id-​demm. Hu kkmanda wkoll lid-​dixxendenti taʼ Noè biex jinxterdu mal-​art kollha, imma xi wħud m’obdewx. In-​nies ngħaqdu flimkien taħt mexxej imsejjaħ Nimrod u bdew jibnu torri kbir fil-​belt taʼ Babel, iktar tard imsejħa Babilonja. Il-​mira tagħhom kienet li jisfidaw il-​kmand t’Alla biex jinxterdu mal-​art kollha. Imma Alla fixkel lir-​ribelli billi ħawdilhom l-​unika lingwa li kellhom u ġegħelhom jitkellmu b’ilsna differenti. Peress li ma setgħux jikkomunikaw bejniethom, huma abbandunaw il-​proġett u tferrxu maʼ kullimkien.

—Ibbażat fuq Ġenesi kapitli 6 sa 11; Ġuda 14, 15.

  • Il-​ħażen kif inxtered madwar l-​art?

  • Noè kif wera li kien raġel taʼ fedeltà?

  • Wara d-​Dilluvju, Alla liema projbizzjoni għamel fuq il-​bnedmin?

IMXEW M’ALLA

Il-​biċċa l-​kbira mid-​dixxendenti t’Adam u Eva ċaħdu l-​ħakma taʼ Ġeħova. Madankollu, kien hemm xi wħud li m’għamlux hekk, u l-​ewwel wieħed kien binhom Abel li kien leali. Iktar tard, intqal li kemm Enok u kemm Noè mxew m’Alla, jiġifieri, imxew b’mod li kien jogħġob lil Ġeħova. (Ġenesi 5:22; 6:9) Ħafna minn dak li hemm miktub fil-​Bibbja jiffoka fuq irġiel u nisa li bl-​istess mod għażlu lil Alla bħala l-​Ħakkiem tagħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja