LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 4 p. 7
  • Alla Jagħmel Patt m’Abraham

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Jagħmel Patt m’Abraham
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Ġeħova sejjaħlu “l-ħabib tiegħi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Abraham u Sara—Int Tistaʼ Timita l-Fidi Tagħhom!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Abraham u Sara obdew lil Alla
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Alla Jgħaddi l-Fidi t’Abraham Minn Prova
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 4 p. 7
Abraham iħares lejn il-kwiekeb

IR-​4 TAQSIMA

Alla Jagħmel Patt m’Abraham

Abraham jobdi lil Alla bil-​fidi, u Ġeħova jwiegħdu li jbierku u li jkattar lid-​dixxendenti tiegħu

KIENU għaddew xi 350 sena mid-​Dilluvju taʼ żmien Noè. Il-​patrijarka Abraham kien qed jgħix fil-​belt t’Ur, li kienet belt sinjura. (Din il-​belt antika kienet tinsab fl-​inħawi li llum jagħmlu parti mill-​Iraq.) Abraham kien raġel li kellu fidi li tispikka. Imma issa l-​fidi tiegħu kienet se tiġi mġarrba.

Ġeħova qal lil Abraham biex iħalli art twelidu u jmur joqgħod f’art barranija, li spiċċat biex kienet Kangħan. Abraham obda minnufih. Hu ħa miegħu lin-​nies taʼ daru, inkluż lil martu, Sara, u lil neputih Lot, u wara l-​vjaġġ twil beda jgħix fit-​tined f’Kangħan. F’patt li Hu għamel m’Abraham, Ġeħova wiegħed li jagħmel ġens kbir minnu, li l-​familji kollha tal-​art kienu se jitbierku permezz tiegħu, u li nislu kien se jingħata l-​art taʼ Kangħan.

Abraham u Lot stagħnew u kellhom imrieħel kbar taʼ nagħaġ u baqar. Bla egoiżmu, Abraham ħalla lil Lot jagħżel liema territorju xtaq għalih. Lot għażel id-​distrett fertili tax-​Xmara Ġordan u mar jgħix qrib il-​belt taʼ Sodoma. Però, in-​nies taʼ Sodoma kienu immorali—nies li kienu jidinbu ħafna kontra Ġeħova.

Iktar tard, Alla Ġeħova assigura lil Abraham li nislu kien se jsir kotran daqs il-​kwiekeb tas-​sema. Abraham poġġa l-​fidi f’din il-​wegħda. Madankollu, Sara, il-​mara għażiża t’Abraham, baqgħet bla tfal. Imbagħad, meta Abraham kellu 99 sena u Sara kienet qorbot id-​90, Alla qal lil Abraham li hu u Sara kien se jkollhom iben. Eżatt kif kien qal Alla, Sara wildet lil Iżakk. Abraham kellu tfal oħrajn, imma l-​Ħellies imwiegħed fl-​Għeden kellu jiġi permezz taʼ Iżakk.

Sadanittant, Lot u l-​familja tiegħu kienu qed jgħammru f’Sodoma, imma r-​raġel ġust Lot ma sarx bħall-​abitanti immorali taʼ dik il-​belt. Meta Ġeħova ddeċieda li jġib ġudizzju fuq Sodoma, bagħat lil xi anġli qabel biex iwissu lil Lot dwar il-​qerda li kienet ġejja dalwaqt. L-​anġli ħeġġew lil Lot u lil familtu biex jaħarbu minn Sodoma u ma jħarsux lura. Alla mbagħad bagħat xita taʼ nar u kubrit fuq Sodoma u Gomorra, il-​belt ħażina li kienet fil-​qrib, u qered l-​abitanti kollha tagħhom. Lot u ż-​żewġ uliedu bniet ħarbu. Imma mart Lot ħarset lura, forsi għax bdiet tixxennaq għall-​affarijiet li ħalliet warajha. Din id-​diżubbidjenza switilha ħajjitha.

—Ibbażat fuq Ġenesi 11:10–19:38.

  • Abraham għala mar joqgħod Kangħan?

  • Ġeħova x’patt għamel m’Abraham?

  • Ġeħova għala qered lil Sodoma u Gomorra?

ALLA TAL-​PATTIJIET

Fi żminijiet Bibliċi, patt kien kuntratt jew qbil formali. Permezz taʼ serje taʼ pattijiet, jew wegħdi solenni, Ġeħova wera bil-​mod il-​mod kif kellu jitwettaq l-​iskop tiegħu rigward il-​Ħellies imwiegħed fl-​Għeden. Il-​patt li għamel m’Abraham indika li l-​Wieħed imwiegħed kellu jiġi mil-​linja tad-​dixxendenza t’Abraham. Pattijiet li saru iktar tard kienu se jgħinu biex jidentifikaw lil dan il-​Wieħed.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja