LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 6 p. 9
  • Ġob Iżomm l-Integrità Tiegħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġob Iżomm l-Integrità Tiegħu
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Ġob Onora l-Isem taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġob
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-Premju taʼ Ġob—Sors taʼ Tama
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Ġob Issaporta—Hekk Ukoll Nistgħu Aħna!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 6 p. 9
Ġob miksi bl-imsiemer

IS-​6 TAQSIMA

Ġob Iżomm l-​Integrità Tiegħu

Satana jisfida l-​integrità taʼ Ġob quddiem Alla, imma Ġob jibqaʼ leali lejn Ġeħova

SEJJER xi bniedem jibqaʼ leali lejn Alla jekk jiġi mġarrab sal-​limitu u jekk l-​ubbidjenza tidher li mhix se ġġiblu benefiċċji materjali? Din il-​mistoqsija tqajmet—u twieġbet—b’konnessjoni maʼ raġel jismu Ġob.

Waqt li l-​Israelin kienu għadhom l-​Eġittu, Ġob, li kien jiġi minn Abraham, kien qed jgħix f’dik li issa hi l-​Arabja. Sadanittant, l-​anġli fis-​sema nġabru quddiem Alla, u fosthom kien hemm Satana r-​ribelluż. Quddiem din il-​ġemgħa fis-​sema, Ġeħova esprima l-​fiduċja li kellu fil-​qaddej leali tiegħu Ġob. Fil-​fatt, Ġeħova qal li ma kien hemm ebda bniedem ieħor bl-​integrità bħal taʼ Ġob. Imma Satana saħaq li Ġob kien jaqdi lil Alla sempliċement għax Alla kien bierku u pproteġieh. Satana sostna li kieku Ġob kellu jitlef kulma kellu, kien jisħet lil Alla.

Anġli fis-sema miġburin quddiem Alla u Satana qiegħed fosthom

Alla ppermetta lil Satana jċaħħad lil Ġob, l-​ewwel minn ġidu u wliedu u mbagħad minn saħħtu. Billi ma kienx jaf l-​irwol taʼ Satana f’dan kollu, Ġob ma setax jifhem għala Alla ħallieh jgħaddi minn dan il-​gwaj kollu. Xorta waħda, Ġob qatt ma ċaħad lil Alla.

Tlett iħbieb foloz marru jaraw lil Ġob. F’diskors wara l-​ieħor, li jimlew ħafna mill-​paġni tal-​ktieb taʼ Ġob, dawn l-​irġiel ipprovaw b’mod żbaljat jikkonvinċu lil Ġob li Alla kien qed jikkastigah għad-​dnubiet li kien għamel bil-​moħbi. Saħansitra sostnew li Alla qatt ma jitgħaxxaq bil-​qaddejja tiegħu jew jafdahom. Ġob m’emminx l-​irraġunar ħażin tagħhom. B’fiduċja, Ġob iddikjara li kien se jżomm l-​integrità tiegħu sal-​mewt!

Imma Ġob għamel l-​iżball li sar konċernat iżżejjed f’li jiġġustifika ruħu. Imbagħad tkellem Eliħu, li kien iżgħar fl-​età u li kien semaʼ d-​dibattitu kollu. Eliħu widdeb lil Ġob talli naqas milli jifhem li l-​vindikazzjoni tas-​sovranità t’Alla Ġeħova hi ħafna iktar importanti mill-​vindikazzjoni taʼ kwalunkwe bniedem. Ukoll, Eliħu ċanfar bil-​qawwi lill-​ħbieb foloz taʼ Ġob.

Imbagħad Alla Ġeħova kellem lil Ġob u kkoreġielu l-​irraġunar tiegħu. Billi ġibed l-​attenzjoni lejn ħafna mill-​għeġubijiet tal-​ħolqien, Ġeħova ġiegħel lil Ġob jirrifletti fuq iċ-​ċokon tal-​bniedem meta mqabbel mal-​kobor t’Alla. B’umiltà, Ġob aċċetta l-​korrezzjoni minn Alla. Ġeħova, li “juri affezzjoni b’tenerezza kbira u hu mimli ħniena,” lil Ġob tah saħħtu mill-​ġdid, id-​doppju tal-​għana li kellu qabel, u bierku b’għaxart itfal. (Ġakbu 5:11) Billi żamm l-​integrità lejn Ġeħova waqt prova tassew iebsa, Ġob b’suċċess wieġeb l-​isfida taʼ Satana li qal li l-​bnedmin ma jibqgħux leali lejn Alla meta jiġu mġarrbin.

—Ibbażat fuq il-​ktieb taʼ Ġob.

  • Liema sfida qajjem Satana b’konnessjoni maʼ Ġob?

  • X’kien ir-​riżultat talli Ġob żamm l-​integrità tiegħu lejn Ġeħova?

L-​IKTAR KWISTJONIJIET IMPORTANTI

Billi saħaq li Ġob—l-​iktar raġel bla ħtija u li jibżaʼ minn Alla fuq l-​art dak iż-​żmien—kien jaqdi lil Alla Ġeħova għal raġunijiet egoistiċi biss, Satana kien qed jimplika li l-​bnedmin u l-​anġli kollha jaqdu lil Alla għall-​istess raġuni. B’hekk, Satana qajjem dubji dwar l-​integrità tal-​bniedem lejn Ġeħova. Din hija parti mill-​kwistjoni prinċipali li qajjem Satana fl-​Għeden, jiġifieri, jekk Ġeħova għandux id-​dritt ikun is-​Sovran u jekk jeżerċitax is-​sovranità tiegħu b’mod ġust. Il-​ktieb taʼ Ġob juri li l-​anġli u l-​bnedmin jistgħu jikkontribwixxu għall-​vindikazzjoni tas-​sovranità taʼ Ġeħova billi jżommu l-​integrità tagħhom Lejh.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja