LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 20 p. 23
  • Ġesù Kristu Jinqatel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Kristu Jinqatel
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • L-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • L-Aħħar Jum tal-Ħajja taʼ Ġesù Bħala Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Kristu jiġi tradut u arrestat
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Iċ-Ċena tal-Mafkar
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 20 p. 23
Ġesù

L-​20-​IL TAQSIMA

Ġesù Kristu Jinqatel

Ġesù jwaqqaf osservanza ġdida; jiġi tradut u msammar maʼ zokk

WARA tliet snin u nofs jipprietka u jgħallem, Ġesù kien jaf li ma tantx kien baqagħlu żmien fuq l-​art. Il-​mexxejja reliġjużi Lhud kienu qed jikkonfoffaw biex joqtluh, imma bdew jibżgħu li tqum xi rewwixta fost in-​nies, li kienu jqisuh profeta. Sadanittant, Satana influwenza lil wieħed mit-​12-​il appostlu taʼ Ġesù—Ġuda l-​Iskarjota—biex isir traditur. Il-​mexxejja reliġjużi offrew lil Ġuda 30 munita tal-​fidda biex jittradixxi lil Ġesù.

Fl-​aħħar lejla tiegħu, Ġesù ltaqaʼ mal-​appostli tiegħu biex josservaw il-​Qbiż. Wara li talab lil Ġuda jitlaq, hu waqqaf osservanza ġdida, l-​Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej. Hu ħa ħobża, qal talba, u għadda l-​ħobż lill-​11-​il appostlu li kien fadal. “Dan il-​ħobż jirrappreżenta ġismi li se jingħata għalikom,” qal hu. “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Hu għamel l-​istess b’kies inbid, u qal: “Dan il-​kies jirrappreżenta l-​patt il-​ġdid konfermat b’demmi.”—Luqa 22:19, 20.

Ġesù kellu ħafna x’jgħidilhom lill-​appostli tiegħu matul dak il-​lejl. Hu tahom kmandament ġdid—li juru mħabba bla egoiżmu lejn xulxin. Qalilhom: “B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.” (Ġwanni 13:34, 35) Hu ħeġġiġhom biex ma jħallux lil qlubhom jitħawdu minħabba l-​ġrajjiet traġiċi li kienu se jseħħu ftit tal-​ħin wara. Ġesù talab għalihom bil-​ħerqa. Imbagħad kantaw għanjiet taʼ tifħir flimkien u marru fil-​ġnien tal-​Ġetsemani matul il-​lejl.

Fil-​ġnien tal-​Ġetsemani, Ġesù niżel għarkopptejh u fetaħ qalbu m’Alla fit-​talb. Ftit wara waslet marmalja armata taʼ suldati, qassisin, u oħrajn biex tarrestah. Ġuda resaq viċin Ġesù u biesu biex jurihom min kien. Waqt li s-​suldati kienu qed jorbtu lil Ġesù, l-​appostli ħarbu.

Wieqaf quddiem il-​qorti superjuri Lhudija, Ġesù identifika lilu nnifsu bħala l-​Iben t’Alla. Il-​qorti kkunsidratu ħati taʼ dagħwa u li kien ħaqqu l-​mewt. Imbagħad Ġesù ttieħed għand il-​Gvernatur Ruman Ponzju Pilatu. Għalkemm sab li Ġesù kien innoċenti minn kull ħtija, hu ta lil Ġesù f’idejn il-​marmalja li kienet qed tħambaq li kellu jinqatel.

Ġesù ttieħed lejn Golgota, fejn is-​suldati Rumani sammruh maʼ zokk. Id-​dawl tal-​jum b’mod mirakoluż inbidel f’dalma. Iktar tard wara nofsinhar, Ġesù miet, u seħħ terremot kbir. Ġismu tqiegħed f’qabar li kien imħaffer fil-​blat. L-​għada, xi qassisin issiġillaw il-​qabar u qiegħdu żewġ għassiesa ħdejn id-​daħla tiegħu. Kellu Ġesù jibqaʼ f’dak il-​qabar? Le. Dalwaqt kien se jseħħ l-​akbar miraklu fosthom kollha.

—Ibbażat fuq Mattew kapitli 26 u 27; Marku kapitli 14 u 15; Luqa kapitli 22 u 23; Ġwanni kapitli 12 sa 19.

  • Liema osservanza ġdida waqqaf Ġesù?

  • Liema affarijiet ġraw qabel il-​mewt taʼ Ġesù?

L-​IRWOL VITALI TA’ ĠESÙ

Il-​mewt taʼ Ġesù kellha rwol prinċipali fit-​twettiq tal-​iskop taʼ Ġeħova. Peress li Ġesù tnissel bl-​ispirtu qaddis t’Alla, hu twieled perfett, u ma kellux għalfejn imut. Madankollu, hu ta ħajtu sabiex il-​bnedmin ikollhom l-​opportunità li jgħixu għal dejjem u jgawdu t-​tip taʼ ħajja li d-​diżubbidjent Adam tellef lid-​dixxendenti tiegħu.a—Mattew 20:28; Luqa 1:34, 35; Ġwanni 3:16, 36; 2 Pietru 3:13.

a Għal diskussjoni dwar il-​valur tal-​mewt taʼ Ġesù bħala sagrifiċċju, ara kapitlu 5 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja