LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jl lezzjoni 2
  • Għala Nissejħu Xhieda ta’ Ġeħova?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Nissejħu Xhieda ta’ Ġeħova?
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Materjal Simili
  • Onora l-Isem il-Kbir ta’ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Isem Ġeħova jiġi mfaħħar
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • X’jismu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Alla Għandu Isem
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
Ara Iżjed
Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
jl lezzjoni 2

LEZZJONI 2

Għala Nissejħu Xhieda taʼ Ġeħova?

Noè

Noè

Abraham u Sara

Abraham u Sara

Mosè

Mosè

Ġesù Kristu

Ġesù Kristu

Ħafna nies jaħsbu li l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova hu taʼ xi reliġjon ġdida. Però, iktar minn 2,700 sena ilu, il-​qaddejja tal-​uniku Alla veru ġew deskritti bħala li huma “x-​xhieda” tiegħu. (Isaija 43:10-​12) Sal-​1931, konna magħrufin bħala l-​Istudenti tal-​Bibbja. Għaliex adottajna l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova?

Isimna jidentifika lil Alla tagħna. Skont manuskritti antiki, isem Alla, Ġeħova, jidher eluf taʼ drabi fil-​Bibbja. F’ħafna traduzzjonijiet dan l-​isem ġie mibdul b’titli bħal Mulej jew Alla. Madankollu, l-​Alla l-​veru rrivela lilu nnifsu lil Mosè b’ismu personali, Ġeħova, billi qal: “Dan hu ismi għal dejjem.” (Eżodu 3:15) B’dan il-​mod, hu għamel magħruf li hu differenti mill-​allat foloz kollha. Aħna kburin li nġorru l-​isem qaddis t’Alla.

Isimna jiddeskrivi xogħolna. Fi żmien il-​qedem kien hemm ħafna nies li xehdu dwar il-​fidi tagħhom f’Ġeħova. L-​ewwel wieħed kien ir-​raġel ġust Abel. Matul is-​sekli, Noè, Abraham, Sara, Mosè, David, u oħrajn ngħaqdu maʼ din is-​“sħaba hekk kbira taʼ xhieda.” (Ebrej 11:4–12:1) Bħalma individwu jistaʼ jixhed f’qorti għal persuna innoċenti, hekk ukoll aħna determinati li l-​verità dwar Alla tagħna nagħmluha magħrufa.

Qed nimitaw lil Ġesù. Il-​Bibbja ssejjaħlu “x-​xhud leali u veru.” (Rivelazzjoni 3:14) Ġesù nnifsu qal li hu ‘għarraf isem Alla’ u baqaʼ ‘jixhed għall-​verità’ dwar Alla. (Ġwanni 17:26; 18:37) Għalhekk, segwaċi ġenwini taʼ Kristu jeħtieġ iġorru isem Ġeħova u jagħmluh magħruf. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jistinkaw biex jagħmlu proprju dan.

  • L-​Istudenti tal-​Bibbja għala adottaw l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova?

  • Ġeħova kemm ilu jkollu xhieda fuq l-​art?

  • Min hu l-​akbar Xhud taʼ Ġeħova?

SIR AF IKTAR

Meta tiltaqaʼ maʼ membri tal-​kongregazzjoni lokali tagħna, ipprova sir afhom aħjar. Staqsihom: “Għaliex sirt Xhud taʼ Ġeħova?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja