LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jl lezzjoni 8
  • Għala Nilbsu Pulit għal-Laqgħat Tagħna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Nilbsu Pulit għal-Laqgħat Tagħna?
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Jinteressah minn Kif Nilbsu u Nidhru
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Dehra Persunali Tajba
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
jl lezzjoni 8

LEZZJONI 8

Għala Nilbsu Pulit għal-​Laqgħat Tagħna?

Missier u iben qed jilbsu biex imorru laqgħa tal-kongregazzjoni

L-Islanda

Omm u bint qed ilestu għal laqgħa

Il-Messiku

Xhieda taʼ Ġeħova lebsin pulit fil-Ginea-Bissaw

Il-Ginea-Bissaw

Familja fil-Filippini mexjin għal laqgħa

Il-Filippini

Mill-​istampi taʼ dan il-​browxer, innotajt kemm ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jilbsu pulit meta jattendu l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni tagħhom? Għala nagħtu daqstant attenzjoni għall-​ħwejjeġ u d-​dehra tagħna?

Biex nuru rispett lejn Alla tagħna. Huwa minnu li Alla jara lil hinn mill-​apparenza tagħna. (1 Samwel 16:7) Però, meta niltaqgħu biex inqimuh hija x-​xewqa mill-​qalb tagħna li nuru rispett kemm lejh u kemm lejn l-​aduraturi sħabna. Kieku kellna nidhru quddiem imħallef fil-​qorti, konna nagħmlu ċert li l-​apparenza tagħna turi rispett għall-​pożizzjoni tiegħu. Hekk ukoll, il-​mod kif nidhru fil-​laqgħat juri l-​istima tagħna għall-​“Imħallef taʼ l-​art kollha,” Alla Ġeħova, u għall-​post fejn inqimuh.—Ġenesi 18:25.

Biex nuru b’liema valuri ngħixu. Il-​Bibbja tinkuraġġixxi lill-​Kristjani biex jilbsu “bil-​modestja u b’moħħ f’loku.” (1 Timotju 2:9, 10) Li nilbsu “bil-​modestja” jfisser li nevitaw ħwejjeġ li jistgħu jiġbdu l-​attenzjoni lejna minħabba li jkunu jagħtu fil-​għajn, provokattivi, jew skullati u mqaċċtin. Barra minn hekk, li jkollna “moħħ f’loku” jgħinna nagħżlu ħwejjeġ sbieħ li mhumiex mitluqin jew estremi. Dawn il-​prinċipji xorta jagħtu wisaʼ għal varjetà kbira t’għażla personali. Mingħajr ma nitkellmu, l-​apparenza attraenti u adattata tagħna tistaʼ ‘ssebbaħ it-​tagħlim tas-​Salvatur tagħna’ u ‘tigglorifika lil Alla.’ (Titu 2:10; 1 Pietru 2:12) Billi nilbsu pulit għal-​laqgħat, inkunu qed ninfluwenzaw kif ħaddieħor iqis il-​qima taʼ Ġeħova.

Tħallix lil ħwejġek iżommuk milli tattendi s-​Sala tas-​Saltna. Ħwejjiġna mhux bilfors iridu jkunu għaljin jew tad-​ditta biex ikunu adattati, nodfa, jew preżentabbli.

  • Kemm hu importanti l-​mod kif nilbsu meta nqimu ’l Alla?

  • Liema prinċipji jiggwidaw l-​għażliet tal-​ilbies u d-​dehra tagħna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja