LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jl lezzjoni 13
  • X’Inhu Pijunier?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Inhu Pijunier?
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Materjal Simili
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ix-Xogħol ta’ Pijunier Isaħħaħ ir-Relazzjoni li Għandna m’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
jl lezzjoni 13

LEZZJONI 13

X’Inhu Pijunier?

Evanġelizzatur full-time fil-ministeru pubbliku

Il-Kanada

Evanġelizzaturi full-time fix-xogħol tal-ippritkar

Minn dar għal dar

Evanġelizzaturi li huma pijunieri jikkonduċu studju tal-Bibbja

Studju tal-Bibbja

Pijuniera tistudja l-Bibbja

Studju personali

Il-​kelma “pijunier” spiss tirreferi għal dawk li jesploraw territorji ġodda u li jwittu t-​triq għal taʼ warajhom biex isegwuhom. Ġesù kien bħal pijunier, ladarba ntbagħat fuq l-​art biex iwettaq il-​ministeru li jagħti l-​ħajja u biex jagħti l-​opportunità lin-​nies għal salvazzjoni. (Mattew 20:28) Illum, is-​segwaċi tiegħu qed jimitawh billi jqattgħu kemm jistaʼ jkun ħin ‘jagħmlu dixxipli.’ (Mattew 28:19, 20) Xi wħud irnexxielhom jagħmlu x-​xogħol li nsejħulu s-​servizz taʼ pijunier.

Pijunier huwa evanġelizzatur full-​time. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kollha huma pubblikaturi tal-​aħbar tajba. Però, xi wħud organizzaw ħajjithom biex jaqdu bħala pijunieri regulari, billi jqattgħu 70 siegħa kull xahar fix-​xogħol tax-​xandir. Sabiex jagħmlu dan, ħafna wħud jaħdmu part-​time sekularment. Oħrajn jintgħażlu biex jaqdu bħala pijunieri speċjali f’postijiet fejn il-​bżonn taʼ proklamaturi tas-​Saltna huwa ikbar. Dawn jiddedikaw 130 siegħa jew iktar fil-​ministeru kull xahar. Il-​pijunieri huma kuntenti jgħixu ħajja sempliċi, b’fiduċja li Ġeħova se jagħtihom il-​bżonnijiet tal-​ħajja. (Mattew 6:31-​33; 1 Timotju 6:6-​8) Dawk li ma jistgħux jaqdu bħala pijunieri full-​time jistgħu jaqdu bħala pijunieri awżiljarji meta jkunu jistgħu, billi jżidu l-​attività taʼ ppritkar tagħhom għal 30 jew 50 siegħa fix-​xahar.

Pijunier hu mqanqal mill-​imħabba għal Alla u għan-​nies. Bħal Ġesù, aħna ninnotaw il-​kundizzjoni spiritwali ddisprata li ħafna nies qegħdin fiha llum. (Marku 6:34) Imma aħna għandna l-​għarfien li jistaʼ jgħinhom issa stess, u b’hekk ikollhom tama soda għall-​futur. L-​imħabba għall-​proxxmu tqanqal pijunier biex jagħti b’ġenerożità mill-​ħin u l-​enerġija tiegħu sabiex jgħin ’l oħrajn spiritwalment. (Mattew 22:39; 1 Tessalonikin 2:8) B’riżultat taʼ dan, il-​fidi tal-​pijunier titqawwa, jersaq eqreb lejn Alla, u jesperjenza ferħ kbir.—Atti 20:35.

  • Kif tiddeskrivi pijunier?

  • Xi wħud x’jimmotivahom biex jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier full-​time?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja