LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jl lezzjoni 14
  • Liema Skejjel Hemm għall-Pijunieri?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Liema Skejjel Hemm għall-Pijunieri?
  • Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Materjal Simili
  • Jitħarrġu l-predikaturi tas-Saltna
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • L-Iskola ta’ Gilegħad—L-Iskop Tagħha
    Kif Jintużaw id-Donazzjonijiet Tiegħek?
  • Aċċettajt bil-Ferħa d-Direzzjoni taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Modi kif tkabbar il-ministeru tiegħek
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Ara Iżjed
Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
jl lezzjoni 14

LEZZJONI 14

Liema Skejjel Hemm għall-​Pijunieri?

Xhieda taʼ Ġeħova fil-full-time fil-ministeru pubbliku

L-Istati Uniti

Studenti jattendu l-Iskola taʼ Gilegħad (Watchtower Bible School of Gilead)
Studenti jippreparaw għal servizz missjunarju

L-Iskola taʼ Gilegħad, Patterson, New York

Koppja missjunarja fil-Panama

Il-Panama

L-​edukazzjoni teokratika ilha karatteristika tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Hemm skejjel speċjali għal dawk li jiddedikaw il-​ħin kollu tagħhom għax-​xogħol tal-​ippritkar tas-​Saltna sabiex ikunu jistgħu ‘jwettqu bis-​sħiħ il-​ministeru tagħhom.’—2 Timotju 4:5.

L-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier. Meta pijunier regulari jlesti l-​ewwel sena tiegħu fis-​servizz full-​time, hu jattendi skola taʼ sitt ijiem li ssir f’Sala tas-​Saltna fil-​viċin. L-​iskop tagħha hu li tgħin lill-​pijunier jersaq eqreb lejn Ġeħova, isir iktar effettiv fl-​aspetti kollha tal-​ministeru, u jkompli jaqdi lealment.

L-​Iskola għall-​Evanġelizzaturi tas-​Saltna. Din l-​iskola taʼ xahrejn hi disinjata biex tħarreġ lil pijunieri li għandhom l-​esperjenza u li huma lesti li jitilqu d-​dar tagħhom biex imorru jaqdu fejn ikun hemm il-​bżonn. Huma bħallikieku jgħidu, “Hawn jien! Ibgħat lili,” u b’hekk ikunu qed jimitaw lill-​aqwa Evanġelizzatur li qatt qeda fuq l-​art, Ġesù Kristu. (Isaija 6:8; Ġwanni 7:29) Li jmorru jgħixu ’l bogħod mid-​dar forsi jinvolvi li jkollhom jadattaw għal mod taʼ ħajja iktar sempliċi. Il-​kultura, il-​klima, u l-​ikel forsi jkunu differenti għalkollox minn dak li jkunu mdorrijin bih. Forsi saħansitra jkun hemm bżonn li jitgħallmu lingwa ġdida. Din l-​iskola tgħin lil aħwa rġiel u nisa mhux miżżewġin u lil koppji miżżewġin, li għandhom bejn 23 u 65 sena, biex jikkultivaw il-​kwalitajiet spiritwali li jkollhom bżonn fl-​inkarigu tagħhom u l-​abbiltajiet li se jgħinuhom jintużaw iktar bis-​sħiħ minn Ġeħova u l-​organizzazzjoni tiegħu.

L-​Iskola taʼ Gilegħad. Bl-​Ebrajk, il-​kelma “Gilegħad” tfisser “Gozz taʼ Xhieda.” Mindu bdiet l-​Iskola taʼ Gilegħad fl-​1943, iktar minn 8,000 gradwat taʼ din l-​iskola ntbagħtu bħala missjunarji biex jagħtu xhieda “sa tarf l-​art” u kellhom suċċess kbir. (Atti 13:47) Meta gradwati waslu għall-​ewwel darba fil-​Perù, kien għad m’hemmx kongregazzjonijiet fil-​pajjiż. Issa hemm ħafna iktar minn 1,000 kongregazzjoni. Meta l-​missjunarji tagħna bdew jaqdu fil-​Ġappun, kien hemm inqas minn 10 Xhieda fil-​pajjiż. Issa hemm ħafna iktar minn 200,000 Xhud. Il-​kors taʼ Gilegħad li jdum ħames xhur jinkludi studju bir-​reqqa tal-​Bibbja. Dawk li qed jaqdu bħala pijunieri speċjali jew bħala missjunarji li jaqdu fil-​ministeru, dawk li jaħdmu f’uffiċċji tal-​fergħa, jew indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet u n-​nisa tagħhom jiġu mistidnin biex jattendu din l-​iskola għal taħriġ intensiv ħalli jgħinu f’li jistabbilixxu u jsaħħu x-​xogħol madwar id-​dinja.

  • X’inhu l-​iskop tal-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier?

  • Għal min hi disinjata l-​Iskola għall-​Evanġelizzaturi tas-​Saltna?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja