LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 3 pp. 8-9
  • Raħab emmnet f’Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Raħab emmnet f’Ġeħova
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • Raħab Tat Widen għall-Aħbarijiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Raħab ħbiet l-ispiji
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Kienet “Dikjarata Ġusta bl-Għemejjel”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Raħab Taħbi lill-Ispiji
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 3 pp. 8-9
Raħab titlaʼ fuq il-bejt fejn qed jistaħbew l-ispiji

LEZZJONI 3

Raħab emmnet f’Ġeħova

Ejja nimmaġinaw li qegħdin fil-​belt taʼ Ġeriko. Din il-​belt qiegħda f’post jismu Kangħan, fejn in-​nies ma jemmnux f’Ġeħova. Hawnhekk toqgħod mara jisimha Raħab.

Meta Raħab kienet għadha żgħira, semgħet stejjer dwar kif Mosè fired il-​Baħar l-​Aħmar u ħareġ lill-​Iżraelin mill-​Eġittu. Semgħet ukoll dwar kif Ġeħova għenhom jirbħu l-​gwerer kontra l-​għedewwa tagħhom. Issa hi ssir taf li l-​Iżraelin qegħdin jgħixu f’kampijiet ħdejn Ġeriko!

Raħab ipproteġiet lill-ispiji għax emmnet f’Ġeħova

Lejla minnhom, żewġ Iżraelin imorru Ġeriko biex jitkixxfu dwar il-​belt. Imorru fid-​dar taʼ Raħab. Hi tistidinhom jidħlu u joqogħdu għandha. Bil-​lejl, is-​sultan taʼ Ġeriko jsir jaf li l-​ispiji qegħdin fil-​belt u li marru fid-​dar taʼ Raħab. Allura s-​sultan jibgħat lil xi rġiel biex jaqbduhom. Raħab taħbi liż-​żewġ spiji fuq il-​bejt tad-​dar tagħha u tgħid lill-​irġiel tas-​sultan: ‘L-​ispiji hawn kienu, imma diġà telqu mill-​belt. Jekk titilqu issa, tkunu tistgħu tilħquhom!’ Taf għala Raħab qed tipproteġi lill-​ispiji?— Għax temmen f’Ġeħova u taf li hu se jagħti l-​art taʼ Kangħan lill-​Iżraelin.

Qabel ma l-​ispiji jitilqu mid-​dar taʼ Raħab, iwiegħdu li hi u l-​familja tagħha se jkunu protetti meta tinqered Ġeriko. Taf x’jgħidulha tagħmel?— Jgħidulha: ‘Ħu dan il-​ħabel aħmar, u dendlu mit-​tieqa tiegħek. Jekk tagħmel hekk, kull min ikun fid-​dar tiegħek isalva.’ Raħab tagħmel eżatt dak li l-​ispiji jgħidulha biex tagħmel. Taf x’ġara mbagħad?—

Il-ħabel aħmar jidher imdendel mat-tieqa taʼ Raħab fil-ħajt taʼ Ġeriko

Ġeħova salva lil Raħab u lill-familja tagħha

Ftit jiem wara, l-​Iżraelin jimmarċjaw madwar il-​belt bla ħoss. Għal sitt ijiem jimmarċjaw madwar il-​belt, darba kuljum. Imma fis-​sebaʼ jum, jimmarċjaw madwar il-​belt sebaʼ darbiet. Imbagħad kollha jgħajtu b’leħen għoli. Ġeħova jġiegħel lill-​ħitan madwar il-​belt jaqgħu b’ħoss kbir. Imma d-​dar li mit-​tieqa hemm imdendel il-​ħabel aħmar għadha wieqfa! Qed taraha fl-​istampa?— Raħab u l-​familja tagħha ġew salvati!

X’tistaʼ titgħallem minn Raħab?— Raħab emmnet f’Ġeħova minħabba l-​affarijiet sbieħ kollha li tgħallmet dwaru. Inti wkoll qed titgħallem ħafna affarijiet sbieħ dwar Ġeħova. Inti temmen fih bħal Raħab?— Aħna nafu li temmen fih!

AQRA MILL-BIBBJA TIEGĦEK

  • Ġożwè 2:1-24; 6:1-5, 14, 15, 20-25

  • Ebrej 11:31

MISTOQSIJIET:

  • Raħab liema stejjer semgħet meta kienet għadha żgħira?

  • Kif għenet lill-​ispiji Iżraelin? Għala għenithom?

  • L-​ispiji x’wegħda għamlu lil Raħab?

  • X’tistaʼ titgħallem minn Raħab?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja