LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 30 p. 76
  • Raħab ħbiet l-ispiji

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Raħab ħbiet l-ispiji
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Raħab emmnet f’Ġeħova
    Għallem lil Uliedek
  • Raħab Tat Widen għall-Aħbarijiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Raħab Taħbi lill-Ispiji
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Kienet “Dikjarata Ġusta bl-Għemejjel”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 30 p. 76
Raħab tipproteġi l-ispiji billi tibgħat is-suldati f’direzzjoni oħra

LEZZJONI 30

Raħab ħbiet l-ispiji

Meta l-​ispiji Iżraelin marru fil-​belt taʼ Ġeriko, dawn qagħdu fid-​dar taʼ mara jisimha Raħab. Is-​sultan taʼ Ġeriko sar jaf b’dan u bagħat is-​suldati fid-​dar taʼ Raħab. Hi ħbiet iż-​żewġ spiji fuq il-​bejt u lis-​suldati bagħtithom f’direzzjoni oħra. Hi qalet lill-​ispiji: ‘Jien se ngħinkom għax naf li Ġeħova qiegħed magħkom u li intom se tirbħu l-​art. Jekk jogħġobkom wegħduni li ssalvaw il-​familja tiegħi.’

L-​ispiji qalu lil Raħab: ‘Aħna nwegħduk li ħadd minn dawk li jkun fid-​dar tiegħek mhu se jweġġaʼ.’ Huma qalulha: ‘Orbot qafla ħamra mat-​tieqa tiegħek, u l-​familja tiegħek tibqaʼ ħajja.’

Id-dar taʼ Raħab, li għandha qafla ħamra marbuta mat-tieqa, tibqaʼ wieqfa waqt li s-swar taʼ Ġeriko jaqgħu u jitfarrku

Raħab niżżlet l-​ispiji b’ħabel mit-​tieqa tagħha. Huma marru fil-​muntanji u nħbew hemm għal tlett ijiem qabel ma marru lura għand Ġożwè. Imbagħad, l-​Iżraelin qasmu x-​Xmara Ġordan u ppreparaw biex jieħdu l-​art. Ġeriko kienet l-​ewwel art li huma rebħu. Ġeħova qalilhom biex jimmarċjaw madwar il-​belt darba kuljum għal sitt ijiem. Fis-​sebaʼ jum, huma mmarċjaw madwar il-​belt għal sebaʼ darbiet. Imbagħad il-​qassisin daqqew it-​trumbetti tagħhom, u s-​suldati għajtu kemm felħu. Is-​swar tal-​belt waqgħu u tfarrku! Imma d-​dar taʼ Raħab, li kienet parti mis-​sur, ma waqgħetx. Raħab u l-​familja tagħha salvaw għax hi fdat f’Ġeħova.

“Bl-​istess mod ma kinitx ukoll Raħab . . . iddikjarata ġusta bl-​għemejjel, wara li kienet laqgħet lill-​messaġġiera bl-​ospitalità u bagħtithom minn triq oħra?”—Ġakbu 2:25

Mistoqsijiet: Raħab għala għenet lill-​ispiji? L-​Iżraelin kif attakkaw lil Ġeriko? Xi ġralhom Raħab u l-​familja tagħha?

Ġożwè 2:1-24; 6:1-27; Ebrej 11:30, 31; Ġakbu 2:24-26

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja