LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 4 pp. 10-11
  • Hi ferrħet lil missierha u lil Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hi ferrħet lil missierha u lil Ġeħova
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • Il-lealtà tagħna twassalna biex ikollna l-approvazzjoni t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Il-Wegħda taʼ Ġefta
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Il-wegħda taʼ Ġefta
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Ġeftaħ Iżomm il-Wegħda Tiegħu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 4 pp. 10-11
Ġefta jqattaʼ l-ħin maʼ bintu meta kienet għadha tifla żgħira

LEZZJONI 4

Hi ferrħet lil missierha u lil Ġeħova

Ġefta jitlob lil Ġeħova waqt li l-armata Iżraelija qed tiġġieled kontra l-għedewwa tagħhom

Ġefta liema wegħda qed jagħmel lil Ġeħova?

Ġefta jmur lura d-dar wara l-battalja, u jgħannaq lil bintu li ħarġet tilqgħu

Ma kienx faċli, imma t-tifla taʼ Ġefta għamlet dak li wiegħed missierha

Qed taraha t-​tifla fl-​istampa?— Hi t-​tifla taʼ raġel jismu Ġefta. Il-​Bibbja ma tgħidilniex x’jisimha, imma nafu li ferrħet lil missierha u lil Ġeħova. Ejja nsiru nafu dwarha u dwar missierha, Ġefta.

Ġefta kien raġel tajjeb u qattaʼ ħafna ħin jgħallem lit-​tifla tiegħu dwar Ġeħova. Kien ukoll raġel b’saħħtu u mexxej tajjeb. Allura l-​Iżraelin talbuh imexxihom biex jiġġieldu kontra l-​għedewwa tagħhom.

Ġefta talab lil Alla biex jgħinu jirbaħ. Ġefta wiegħed li jekk jirbaħ, kien se jagħti lil Ġeħova l-​ewwel persuna li toħroġ minn daru meta jmur lura d-​dar. Din il-​persuna kien se jkollha tgħix u taħdem fit-​tabernaklu t’Alla għall-​bqija taʼ ħajjitha. F’dak iż-​żmien, it-​tabernaklu kien il-​post fejn in-​nies kienu jmorru jqimu lil Alla. Ġefta rebaħ il-​ġlieda! Taf min ħareġ minn daru l-​ewwel meta mar lura d-​dar?—

Hekk hu, it-​tifla taʼ Ġefta! Hu lilha biss kellu, u issa kien se jkollu jibgħatha ’l bogħod minnu. Dan sewwidlu qalbu. Imma ftakar, kien għamel wegħda. Mill-​ewwel, bintu qalet: ‘Pa, int għamilt wegħda lil Ġeħova, trid iżżommha.’

It-tifla taʼ Ġefta qed tiġbor l-injam għat-tabernaklu; il-ħbieb tagħha ġew iżuruha

Kull sena, il-ħbieb tat-tifla taʼ Ġefta kienu jmorru jżuruha

It-​tifla taʼ Ġefta wkoll sewdet qalbha. Fit-​tabernaklu, ma setgħetx tiżżewweġ u jkollha t-​tfal. Imma hi xtaqet ħafna żżomm il-​wegħda li għamel missierha u tferraħ lil Ġeħova. Għaliha dan kien iktar importanti milli tiżżewweġ jew ikollha t-​tfal. Allura telqet mid-​dar u ħadmet fit-​tabernaklu għall-​bqija taʼ ħajjitha.

Taħseb li missierha u Ġeħova kienu ferħanin b’dak li għamlet?— Iva, ħafna! Jekk inti tobdi u tħobb lil Ġeħova, tistaʼ tkun bħat-​tifla taʼ Ġefta. Inti wkoll se tferraħ lill-​ġenituri tiegħek u lil Ġeħova.

AQRA MILL-BIBBJA TIEGĦEK

  • Dewteronomju 6:4-6

  • Imħallfin 11:30-40

  • 1 Korintin 7:37, 38

MISTOQSIJIET:

  • Min kien Ġefta? Liema wegħda għamel?

  • Għala kien diffiċli għat-​tifla taʼ Ġefta biex tagħmel dak li kien wiegħed missierha?

  • X’kienet l-​iktar ħaġa li xtaqet tagħmel it-​tifla taʼ Ġefta?

  • Inti kif tistaʼ tkun bħat-​tifla taʼ Ġefta?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja