LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • yc lezzjoni 11 pp. 24-25
  • Dawn kitbu dwar Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dawn kitbu dwar Ġesù
  • Għallem lil Uliedek
  • Materjal Simili
  • Dawk li Kitbu Dwar Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Hu Tgħallem mis-Sid X’Inhi l-Maħfra
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Hu Tgħallem mis-Sid X’Inhi l-Maħfra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Pariri Dwar il-Fidi, il-Kondotta, u l-Imħabba
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
Għallem lil Uliedek
yc lezzjoni 11 pp. 24-25
Irġiel li kitbu dwar Ġesù—Mattew, Marku, Luqa, Ġwanni, Pietru, Ġakbu, Ġuda, u Pawlu

LEZZJONI 11

Dawn kitbu dwar Ġesù

Qed tarahom l-​irġiel fl-​istampa?— Dawn huma Mattew, Marku, Luqa, Ġwanni, Pietru, Ġakbu, Ġuda, u Pawlu. Dawn l-​irġiel kollha għexu fi żmien Ġesù, u kitbu dwar Ġesù. Ejja nitgħallmu iktar dwarhom.

X’taf dwar dawn l-irġiel?

Tlieta minnhom kienu appostli li ppritkaw maʼ Ġesù. Taf liema tlieta?— Mattew, Ġwanni, u Pietru. L-​appostli Mattew u Ġwanni kienu jafuh sew lil Ġesù, u t-​tnejn li huma kitbu ktieb dwar il-​ħajja taʼ Ġesù. L-​appostlu Ġwanni kiteb ukoll ktieb jismu Rivelazzjoni u tliet ittri jisimhom L-​Ewwel Ġwanni, It-​Tieni Ġwanni, u It-​Tielet Ġwanni. L-​appostlu Pietru kiteb żewġ ittri li huma fil-​Bibbja. Dawn jisimhom L-​Ewwel Pietru u It-​Tieni Pietru. Fit-​tieni ittra tiegħu, Pietru kiteb dwar meta Ġeħova tkellem mis-​sema u qal dwar Ġesù: ‘Dan hu ibni. Jien inħobbu u kburi bih.’

L-​irġiel l-​oħra fl-​istampa wkoll jgħallmuna dwar Ġesù fil-​kotba li kitbu. Wieħed minnhom hu Marku. X’aktarx li hu kien hemm meta Ġesù ġie arrestat u ra kulma ġara. Raġel ieħor hu Luqa. Hu kien tabib u probabbli sar Kristjan wara li miet Ġesù.

Żewġ kittieba oħra tal-​Bibbja li qed tara fl-​istampa kienu ħut Ġesù, li kienu iżgħar minnu. Taf x’jisimhom?— Jisimhom Ġakbu u Ġuda. Għall-​ewwel, dawn ma kinux jemmnu f’Ġesù. Sa ħasbu li kien xi ftit miġnun. Imma iktar tard emmnu f’Ġesù u saru Kristjani.

L-​aħħar kittieb tal-​Bibbja li qed tara fl-​istampa hu Pawlu. Qabel ma sar Kristjan, kien jismu Sawl. Hu kien jobgħod lill-​Kristjani u kien kattiv ħafna magħhom. Taf x’ġiegħel lil Pawlu jkun irid isir Kristjan?— Jum fost l-​oħrajn, Pawlu kien qed jivvjaġġa fi triq meta f’daqqa waħda semaʼ lil xi ħadd ikellmu mis-​sema. Kien Ġesù! Hu staqsa lil Pawlu: ‘Għala inti daqshekk kattiv maʼ dawk li jemmnu fija?’ Wara dan, Pawlu nbidel u sar Kristjan. Pawlu kiteb 14-​il ktieb tal-​Bibbja, minn Rumani sa Ebrej.

Aħna naqraw il-​Bibbja kuljum, hux veru?— Meta naqraw il-​Bibbja nitgħallmu ħafna affarijiet dwar Ġesù. Tixtieq inti titgħallem iktar dwar Ġesù?—

AQRA MILL-​BIBBJA TIEGĦEK

  • 2 Pietru 1:16-18

  • Marku 3:21; 14:51

  • Ġuda 1

  • Atti 9:1-18

MISTOQSIJIET:

  • Liema appostli taʼ Ġesù kitbu dwaru?

  • Liema żewġ kittieba tal-Bibbja kienu ħut Ġesù?

  • Pawlu kif sar Kristjan?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja