LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 10 p. 30
  • Ftakar fil-mara taʼ Lot

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ftakar fil-mara taʼ Lot
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Il-Mara taʼ Lot Ħarset Lura
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ħejji Għal Ħelsien Ġewwa Dinja Ġdida
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Alla Jagħmel Patt m’Abraham
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Lot u l-Familja Tiegħu
    Stejjer tal-Bibbja bl-Istampi
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 10 p. 30
Il-mara taʼ Lot issir kolonna tal-melħ hekk kif Lot u l-bniet tiegħu jaħarbu minn Sodoma

LEZZJONI 10

Ftakar fil-mara taʼ Lot

Lot kien jgħix m’Abraham, li kien zijuh, fl-​art taʼ Kangħan. Imma maż-​żmien, Abraham u Lot tant kellhom annimali li ma kienx hemm biżżejjed art għalihom kollha. Allura, Abraham qal lil Lot: ‘Ma nistgħux nibqgħu ngħixu flimkien fl-​istess post. Jekk jogħġbok, agħżel liema naħa tixtieq tmur, u jien immur in-​naħa l-​oħra.’ Abraham wera li ma kienx egoist, hux veru?

Lot ra li l-​art qrib il-​belt taʼ Sodoma kienet sabiħa. Kien hemm ħafna ilma u ħafna ħaxix aħdar. Allura, hu għażel dan il-​post u mar mal-​familja tiegħu jgħix fil-​belt taʼ Sodoma.

Viċin il-​belt taʼ Sodoma, kien hemm belt oħra jisimha Gomorra. In-​nies taʼ dawn il-​bliet kienu ħżiena ħafna. Tant kienu ħżiena li Ġeħova ddeċieda li jeqred lil dawn il-​bliet. Imma Alla ried isalva lil Lot u lill-​familja tiegħu, allura bagħat żewġ anġli biex javżawhom: ‘Ħaffu! Oħorġu minn din il-​belt! Ġeħova se jeqridha.’

Lot ma telaqx mill-​ewwel. Baqaʼ jiħodha bil-​mod. Għalhekk l-​anġli qabdu lil Lot, lill-​mara tiegħu, u liż-​żewġt ibniet tiegħu minn idhom u ħarġuhom bil-​ħeffa ’l barra mill-​belt, billi qalulhom: ‘Iġru! Aħarbu ħa ssalvaw ħajjitkom, u tħarsux lura. Jekk tħarsu lura, tmutu żgur!’

Nieżla xita taʼ nar u kubrit fuq Sodoma u Gomorra

Meta waslu fil-​belt taʼ Sogħar, Ġeħova bagħat xita taʼ nar u kubrit fuq Sodoma u Gomorra. Dawn iż-​żewġt ibliet ġew meqrudin għalkollox. Meta l-​mara taʼ Lot m’obdietx lil Ġeħova u ħarset lura, hi saret kolonna tal-​melħ! Imma Lot u l-​bniet tiegħu salvaw għax obdew lil Ġeħova. Min jaf kemm kienu mnikktin minħabba li hi ma kinitx obdiet. Minn dan, aħna nistgħu nitgħallmu kemm hu importanti li nobdu dak kollu li jgħidilna Ġeħova.

“Ftakru f’mart Lot.”—Luqa 17:32

Mistoqsijiet: Ġeħova għala qered il-​bliet taʼ Sodoma u Gomorra? Il-​mara taʼ Lot għala saret kolonna tal-​melħ?

Ġenesi 13:1-13; 19:1-26; Luqa 17:28, 29, 32; 2 Pietru 2:6-9

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja