LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 22 p. 56-p. 57 para. 3
  • Il-miraklu tal-Baħar l-Aħmar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-miraklu tal-Baħar l-Aħmar
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Jaqsmu l-Baħar l-Aħmar
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “[Ġeħova] Għalija Sar is-Salvazzjoni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Żommu Sod u Araw Kif Ġeħova Se Jsalvakom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Alla Jeħles lil Ulied Israel
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 22 p. 56-p. 57 para. 3
Il-Fargħun u l-armata tiegħu

LEZZJONI 22

Il-miraklu tal-Baħar l-Aħmar

Hekk kif il-​Fargħun semaʼ li l-​Iżraelin kienu ħarġu mill-​Eġittu, hu reġaʼ bdielu. Hu kkmanda lis-​suldati tiegħu: ‘Lestu l-​karrijiet tal-​gwerra kollha, u ejja mmorru għal warajhom! Ma missniex ħallejniehom imorru.’ Hu u l-​irġiel tiegħu telqu jiġru għal wara l-​Iżraelin.

Ġeħova kien qed imexxi lill-​poplu tiegħu, permezz taʼ kolonna tas-​sħab bi nhar u kolonna tan-​nar billejl. Hu wassalhom sal-​Baħar l-​Aħmar, u qalilhom biex jikkampjaw hemmhekk.

Imbagħad, l-​Iżraelin raw il-​Fargħun u l-​armata tiegħu ġejjin jiġru warajhom. Huma nqabdu fin-​nofs, bejn il-​baħar u s-​suldati Eġizzjana. Huma għajtu bil-​biki lil Mosè: ‘Żgur ħa mmutu! Missek ħallejtna l-​Eġittu.’ Imma Mosè qalilhom: ‘Tibżgħux. Stennew u araw kif Ġeħova se jsalvana.’ Mosè kellu fiduċja kbira f’Ġeħova!

Ġeħova qal lill-​Iżraelin biex iżarmaw il-​kampijiet. F’dak il-​lejl, Ġeħova mexxa s-​sħaba u poġġieha bejn l-​Eġizzjani u l-​Iżraelin. Xħin għamel hekk, fuq in-​naħa tal-​Eġizzjani kien hemm id-​dlam imma fuq in-​naħa tal-​Iżraelin kien hemm id-​dawl.

Ġeħova qal lil Mosè biex jiftaħ idejh fuq il-​baħar. Imbagħad Ġeħova ġiegħel li riħ qawwi jonfoħ matul il-​lejl kollu. Minħabba dan, il-​baħar inferaq fit-​tnejn, u fin-​nofs infetaħ passaġġ. Miljuni taʼ Iżraelin qasmu għan-​naħa l-​oħra fuq art niexfa bejn il-​ħitan tal-​ilma.

L-Iżraelin mexjin bejn żewġ ħitan tal-ilma

L-​armata tal-​Fargħun niżlu jiġru għal wara l-​Iżraelin. Imbagħad, Ġeħova tefaʼ l-​armata Eġizzjana f’konfużjoni. Ir-​roti tal-​karrijiet tagħhom bdew jinqalgħu. Is-​suldati għajtu: ‘Ejja nduru lura! Ġeħova qed jiġġieled għalihom.’

Ġeħova qal lil Mosè: ‘Iftaħ idejk fuq il-​baħar.’ F’daqqa waħda, il-​ħitan tal-​ilma niżlu fuq l-​armata Eġizzjana. Il-​Fargħun u l-​irġiel kollha tiegħu mietu. Lanqas wieħed minnhom ma salva.

Fuq in-​naħa l-​oħra tal-​baħar, folla kbira taʼ nies faħħru lil Alla b’għanja: ‘Għannu lil Ġeħova, għax kbira hi l-​glorja tiegħu. Iż-​żiemel u r-​rikkieb tiegħu tefagħhom fil-​baħar.’ Waqt li n-​nies bdew ikantaw, in-​nisa qagħdu jiżfnu u jdoqqu t-​tanburlini. Issa kollha kienu ferħanin għax fl-​aħħar ġew meħlusin.

“B’hekk, inkunu mimlijin kuraġġ u ngħidu: ‘Ġeħova hu dak li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?’”—Ebrej 13:6

Mistoqsijiet: L-​Iżraelin għala bdew jibżgħu meta waslu ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar? Ġeħova kif salvahom lill-​Iżraelin?

Eżodu 13:21, 22; 14:1-31; 15:1-21; Neħemija 9:9-11; Salm 106:9-12; 136:11-15; Ebrej 11:29

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja