LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 23 p. 60-p. 61 para. 4
  • Wegħda lil Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Wegħda lil Ġeħova
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Jagħti l-Liġijiet Tiegħu
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Huma ma żammewx il-wegħda tagħhom
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Is-siġra tal-għollieq taqbad
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 23 p. 60-p. 61 para. 4
L-Iżraelin qagħdu isfel ħdejn il-Muntanja Sinaj

LEZZJONI 23

Wegħda lil Ġeħova

Wara li kien ilhom madwar xahrejn li telqu mill-​Eġittu, l-​Iżraelin waslu ħdejn il-​Muntanja Sinaj u kkampjaw hemmhekk. Ġeħova sejjaħ lil Mosè, li kien fuq il-​muntanja, u qallu: ‘Jien salvajt lill-​Iżraelin. Jekk jobdu lili u l-​liġijiet tiegħi, huma jsiru l-​poplu speċjali tiegħi.’ Mosè niżel minn fuq il-​muntanja u qal lill-​Iżraelin dak li kien qallu Ġeħova. X’qalu huma? Huma qalu: ‘Aħna se nagħmlu dak kollu li Ġeħova jgħidilna biex nagħmlu.’

Mosè reġaʼ telaʼ fuq il-​muntanja. Hemmhekk, Ġeħova qallu: ‘Jien se nkellmek fi żmien tlett ijiem. Avża lin-​nies biex ma jipprovawx jitilgħu fuq il-​Muntanja Sinaj.’ Mosè niżel u qal lill-​Iżraelin biex jippreparaw ħalli jisimgħu lil Ġeħova.

L-Iżraelin raw sajjetti u sħaba sewda fuq il-Muntanja Sinaj

Fit-​tielet jum, l-​Iżraelin raw sajjetti u sħaba sewda fuq il-​muntanja. Huma semgħu wkoll ħoss kbir tar-​ragħad u ħoss taʼ qarn. Imbagħad, Ġeħova niżel fuq il-​muntanja permezz tan-​nar. L-​Iżraelin tant bdew jibżgħu li bdew jirtogħdu. Il-​muntanja kollha theżżet, u nksiet bid-​duħħan. Il-​ħoss tal-​qarn beda jiżdied iktar. U mbagħad Alla qal: ‘Jien Ġeħova. M’għandek tqim lill-​ebda alla ieħor.’

Mosè reġaʼ telaʼ fuq il-​muntanja, u Ġeħova tah liġijiet biex in-​nies ikunu jafu kif għandhom jaqdu Lilu u kif għandhom jgħixu ħajjithom. Mosè kiteb dawn il-​liġijiet u mbagħad qrahom lill-​Iżraelin. Huma wiegħdu: ‘Aħna se nagħmlu dak kollu li Ġeħova jgħidilna biex nagħmlu.’ Iva, huma għamlu wegħda lil Alla. Imma kienu se jżommu kelmithom?

“Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’moħħok kollu.”—Mattew 22:37

Mistoqsijiet: X’ġara meta l-​Iżraelin kienu ħdejn il-​Muntanja Sinaj? L-​Iżraelin x’wiegħdu li se jagħmlu?

Eżodu 19:1-25; 20:1-21; 24:1-8; Dewteronomju 7:6-9; Neħemija 9:13, 14

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja