LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 31 p. 78
  • Ġożwè u l-Gibegħonin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġożwè u l-Gibegħonin
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Il-Gibegħonin Għaqlin
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Ix-Xemx Ma Tiċċaqlaqx
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Dak li Ftakar Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 31 p. 78
Il-Gibegħonin marru quddiem Ġożwè u l-armata tiegħu lebsin ħwejjeġ qodma

LEZZJONI 31

Ġożwè u l-Gibegħonin

L-​aħbar dwar Ġeriko nfirxet man-​nies fi bliet oħra f’Kangħan. Is-​slaten tagħhom iddeċidew li jingħaqdu flimkien biex jiġġieldu lill-​Iżraelin. Imma l-​Gibegħonin kellhom pjan differenti. Huma libsu ħwejjeġ qodma, marru għand Ġożwè, u qalulu: ‘Aħna ġejna minn pajjiż ’il bogħod. Aħna smajna dwar Ġeħova u dwar dak kollu li għamel għalikom fl-​Eġittu u f’Mowab. Wegħedna li ma tattakkaniex, u aħna nsiru l-​qaddejja tiegħek.’

Ġożwè emminhom u aċċetta li ma jattakkahomx. Tlett ijiem wara, sar jaf li huma ma kinux minn pajjiż ’il bogħod. Huma kienu mill-​art taʼ Kangħan. Ġożwè staqsa lill-​Gibegħonin: ‘Għala gdibtu?’ Huma wieġbu: ‘Aħna bdejna nibżgħu! Aħna nafu li Ġeħova Alla tagħkom qed jiġġieled għalikom. Jekk jogħġbok, toqtolniex.’ Ġożwè żamm kelmtu u ma qatilhomx.

Ftit wara, ħames slaten Kangħanin u l-​armati tagħhom bdew jheddu lin-​nies taʼ Gibegħon li se joqtluhom. Ġożwè u l-​armata tiegħu mmarċjaw il-​lejl kollu biex isalvawhom. Il-​ġlied beda kmieni l-​għada filgħodu. Il-​Kangħanin bdew jaħarbu jiġru ’l hemm u ’l hawn. Kull fejn bdew jiġru Ġeħova waddab silġ kbir fuqhom. Imbagħad Ġożwè qal lil Ġeħova biex iwaqqaf ix-​xemx. Għala talab lil Ġeħova biex iwaqqaf ix-​xemx meta qatt ma kien ġara hekk qabel? Għax Ġożwè kien jafda f’Ġeħova. Ix-​xemx ma ċċaqalqitx għal ġurnata sħiħa sakemm l-​Iżraelin rebħu lis-​slaten Kangħanin u l-​armati tagħhom.

Ġożwè jħares lejn is-sema u jitlob lil Ġeħova biex iwaqqaf ix-xemx

“Il-​kelma tagħkom Iva ħa tfisser Iva, u l-​Le, Le; għax dak li hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-​Ħażin.”—Mattew 5:37

Mistoqsijiet: X’għamlu l-​Gibegħonin biex jipproteġu lilhom infushom? Ġeħova kif għen lill-​Iżraelin?

Ġożwè 9:1-27; 10:1-15

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja