LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 40 p. 98-p. 99 para. 2
  • David u Gulija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • David u Gulija
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • “Il-battalja hi taʼ Ġeħova”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • David u Gulija
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • David ma beżax
    Għallem lil Uliedek
  • “Il-Gwerra f’Idejn il-Mulej”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 40 p. 98-p. 99 para. 2
David iwaddab ġebla bl-iżbandola lejn Gulija

LEZZJONI 40

David u Gulija

Ġeħova qal lil Samwel: ‘Mur fid-​dar taʼ Ġesse. Wieħed mit-​tfal subien tiegħu se jkun is-​sultan li jmiss taʼ Iżrael.’ Għalhekk, Samwel mar għand Ġesse. Meta ra lit-​tifel il-​kbir, hu ħaseb: ‘Żgur li dan hu l-​wieħed li Ġeħova għażel.’ Imma Ġeħova qal lil Samwel li dan ma kienx il-​wieħed. Ġeħova qallu: ‘Jien nara x’hemm fil-​qalb u mhux biss dak li jidher minn barra.’

Samwel iferraʼ ż-żejt fuq ras David

Ġesse mbagħad ġab sitt subien oħra quddiem Samwel. Imma Samwel qallu: ‘Ġeħova ma għażel l-​ebda wieħed minnhom. Int għandek iktar subien?’ Ġesse wieġbu: ‘Għandi ieħor, iż-​żgħir, David. Hu qiegħed jiħodli ħsieb in-​nagħaġ.’ Xħin ġie David, Ġeħova qal lil Samwel: ‘Dan hu l-​wieħed!’ Minnufih, Samwel ferraʼ ż-​żejt fuq ras David biex juri li ’l quddiem hu kellu jkun is-​sultan taʼ Iżrael.

Gulija

Ftit taż-​żmien wara, l-​Iżraelin kienu fi gwerra mal-​Filistin. Dawn kellhom ġgant jismu Gulija li kien jiġġieled għalihom. Jum wara jum, Gulija kien iwaqqaʼ għaċ-​ċajt lill-​Iżraelin. Kien jgħajjat: ‘Ġibuli raġel ħalli jiġġilidli. Jekk jirbaħli, aħna nkunu l-​ilsiera tagħkom, imma jekk nirbaħ jien, intom tkunu l-​ilsiera tagħna.’

David mar jieħu l-​ikel lil ħutu li kienu suldati fil-​kampijiet tal-​armata. Hu semaʼ lil Gulija u qal: ‘Ħa niġġilidlu jien!’ Is-​Sultan Sawl qallu: ‘Int għadek żgħir.’ David wieġbu: ‘Ġeħova se jgħinni żgur.’

Sawl ta l-​libsa taʼ suldat tiegħu lil David, imma David qallu: ‘Jien ma nistax niġġieled b’din il-​libsa.’ David ħa l-​iżbandola tiegħu, arma li kienet tintuża biex iwaddbu l-​ġebel, u mar fil-​wied. Hu għażel ħames ġebliet lixxi, u poġġiehom fil-​basket tiegħu. Imbagħad, David telaq jiġri għal Gulija. Il-​ġgant għajjat: ‘Ejja ’l hawn, ja naqra taʼ tifel. Jien se nagħti laħmek lill-​għasafar tas-​sema u lill-​annimali salvaġġi.’ David ma beżax. Hu għajjat lura: ‘Int ġej għalija b’xabla u b’lanza, imma jien ġej bl-​isem taʼ Ġeħova. Int mhux kontrina qed tiġġieled imma kontra Alla. Kulħadd se jara li Ġeħova hu iktar b’saħħtu minn xabla jew lanza. Hu se jagħtikom f’idejna.’

David qabad ġebla, poġġieha fl-​iżbandola u dawwarha b’kemm kellu saħħa. Bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, il-​ġebla sparat ’il barra u baqgħet dieħla ġo nofs moħħ Gulija. Il-​ġgant waqaʼ mejjet fl-​art. Imbagħad, il-​Filistin bdew jaħarbu biex isalvaw. Għandek int fiduċja f’Ġeħova bħalma kellu David?

“Għall-​bnedmin hu impossibbli, imma mhux għal Alla, għax kollox hu possibbli għal Alla.”—Marku 10:27

Mistoqsijiet: Ġeħova lil min għażel bħala s-​sultan li jmiss taʼ Iżrael? David kif rebaħlu lil Gulija?

1 Samwel 16:1-13; 17:1-54

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja