LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 44 p. 108-p. 109 para. 3
  • Tempju għal Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tempju għal Ġeħova
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Salamun Jibni t-Tempju
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Salamun Jaħkem bl-Għerf
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Iservi t’Eżempju Tajjeb Għalik jew taʼ Twissija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Żjara li Ġiet Premjata bil-Kbir
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 44 p. 108-p. 109 para. 3
Ġeħova jibgħat nar mis-sema u jaħraq l-offerti taʼ fuq l-artal

LEZZJONI 44

Tempju għal Ġeħova

Is-Sultan Salamun jitlob

Wara li Salamun sar sultan taʼ Iżrael, Ġeħova staqsieh: ‘Xi tridni nagħtik?’ Salamun qallu: ‘Jien għadni żgħir, u ma nafx xi rrid nagħmel. Jekk jogħġbok, agħtini l-​għerf biex nieħu ħsieb in-​nies tiegħek.’ Ġeħova qallu: ‘Talli tlabtni biex tkun għaref, jien nagħmlek l-​iktar bniedem għaref fuq l-​art. Nagħmlek ukoll sinjur ħafna. U jekk tobdini, ikollok ħajja twila.’

Salamun beda jibni t-​tempju. Hu uża l-​aqwa deheb, fidda, injam, u ħaġar prezzjuż. Eluf taʼ rġiel u nisa tas-​sengħa ħadmu fit-​tempju. Wara sebaʼ snin, it-​tempju kien lest biex jiġi ddedikat lil Ġeħova. Kien fih artal, u fuqu kien hemm l-​offerti. Salamun niżel għarkopptejh quddiem l-​artal u talab: ‘O Ġeħova, dan it-​tempju mhux kbir jew sabiħ biżżejjed għalik, imma jekk jogħġbok aċċetta l-​qima tagħna u ismaʼ t-​talb tagħna.’ Ġeħova kif ħassu dwar it-​tempju u t-​talba taʼ Salamun? Eżatt malli Salamun spiċċa t-​talba tiegħu, Ġeħova bagħat nar mis-​sema u ħaraq l-​offerti li kien hemm fuq l-​artal. B’dan il-​mod, Ġeħova wera li aċċetta t-​tempju. Meta l-​Iżraelin raw dan, t’għidx kemm ferħu!

Ġeħova jibgħat nar mis-sema u jaħraq l-offerti taʼ fuq l-artal

Is-​Sultan Salamun kien magħruf għall-​għerf tiegħu maʼ Iżrael kollu u wkoll man-​nies taʼ pajjiżi oħra li kienu ’l bogħod. In-​nies kienu jmorru għand Salamun biex jgħinhom fil-​problemi tagħhom. Anka s-​sultana taʼ Xeba ġiet biex tittestjah b’mistoqsijiet diffiċli. Meta semgħet dak li qalilha, hi qaltlu: ‘Jien m’emmintx il-​kliem li n-​nies qaluli dwarek, imma issa qed nara li l-​għerf tiegħek huwa ħafna iktar milli qalu. Ġeħova, Alla tiegħek, bierkek.’ L-​Iżraelin kienu qed jgħixu ħajja kuntenta. Imma l-​affarijiet dalwaqt kienu se jinbidlu.

“Ara, xi ħadd akbar minn Salamun qiegħed hawn.”—Mattew 12:42

Mistoqsijiet: Ġeħova għala ta għerf speċjali lil Salamun? Ġeħova kif wera li aċċetta t-​tempju?

1 Slaten 2:12; 3:4-28; 4:29-34; 5:1-18; 6:37, 38; 7:15-51; 8:1-66; 10:1-13; 2 Kronaki 7:1; 9:22

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja