LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 46 p. 112-p. 113 para. 1
  • Ġeħova juri li hu l-Alla l-veru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova juri li hu l-Alla l-veru
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Iddefenda l-Qima Pura
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Hu Ddefenda l-Qima Pura
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Se Tkun Int Leali Bħal Elija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Baqa’ Jgħasses u Jistenna
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 46 p. 112-p. 113 para. 1
In-nar minn Ġeħova jaħraq l-offerta taʼ Elija

LEZZJONI 46

Ġeħova juri li hu l-Alla l-veru

L-​għaxar tribujiet tas-​saltna taʼ Iżrael kellhom ħafna slaten li kienu ħżiena, imma Aħab kien wieħed mill-​agħar slaten. Hu żżewweġ mara kattiva ħafna li kienet tqim lil Bagħal. Din kien jisimha Ġeżabel. Aħab u Ġeżabel imlew l-​art bil-​qima taʼ Bagħal u qatlu lill-​profeti taʼ Ġeħova. Ġeħova x’għamel? Hu bagħat lill-​profeta Elija għand Aħab biex jagħtih messaġġ.

Elija qal lis-​Sultan Aħab li minħabba l-​ħażen tiegħu ma kinitx se tagħmel xita f’Iżrael. Għal iktar minn tliet snin, il-​ħxejjex ma kibrux u n-​nies kienu bil-​ġuħ. Imbagħad, Ġeħova bagħat lil Elija lura għand Aħab. Is-​sultan qallu: ‘Int qlajt dan l-​inkwiet! Kollu tort tiegħek.’ Elija wieġbu: ‘Mhux jien kont li ġegħelt biex ma tagħmilx xita. Ġara hekk għax int qed tqim lil Bagħal. Ejja naraw min hu l-​Alla l-​veru! Iġbor lin-​nies kollha u lill-​profeti taʼ Bagħal fuq il-​Muntanja Karmel.’

In-​nies inġabru fuq il-​muntanja. Elija qal: ‘Issa ddeċiedu. Jekk hu Ġeħova l-​Alla l-​veru, aqdu lilu. Imma jekk hu Bagħal, aqdu lilu. Ejja naraw! L-​450 profeta taʼ Bagħal għandhom jippreparaw offerta u jgħajtu lill-​alla tagħhom, u jien nipprepara offerta u ngħajjat lil Ġeħova. Il-​wieħed li jwieġeb bin-​nar ikun l-​Alla l-​veru.’ In-​nies qablu li jsir hekk.

Il-​profeti taʼ Bagħal ippreparaw l-​offerta. Damu ġurnata sħiħa jgħajtu lill-​alla tagħhom: ‘O Bagħal, wiġibna!’ Meta Bagħal ma wiġibhomx, Elija beda jwaqqaʼ ’l-​alla tagħhom għaċ-​ċajt, u jgħidilhom: ‘Għajtu kemm tifilħu. Forsi raqad, u hemm bżonn li xi ħadd iqajmu.’ Wasal filgħaxija, u l-​profeti taʼ Bagħal baqgħu jgħajtulu. Imma baqaʼ ma wiġibhomx.

Elija poġġa l-​offerta tiegħu fuq l-​artal u ferraʼ l-​ilma fuqha. Imbagħad hu talab: ‘O Ġeħova, jekk jogħġbok, ħalli n-​nies jaraw li int l-​Alla l-​veru.’ Mill-​ewwel, Ġeħova bagħat nar mis-​sema biex jaħraq l-​offerta. In-​nies għajtu b’leħen għoli: ‘Ġeħova hu l-​Alla l-​veru!’ Elija qalilhom: ‘Tħallux lill-​profeti taʼ Bagħal jaħarbu!’ Dakinhar inqatlu l-​450 profeta taʼ Bagħal.

Meta dehret sħaba żgħira fuq il-​baħar, Elija qal lil Aħab: ‘Ġejja maltempata. Arma l-​karru u mur id-​dar.’ Is-​sema ddallmet bis-​sħab, ir-​riħ beda jonfoħ, u bdiet nieżla ħafna u ħafna xita. Fl-​aħħar, in-​nixfa kienet spiċċat. Aħab saq il-​karru tiegħu b’kemm kellu saħħa. Bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, Elija tant ġera li għadda lil Aħab! Imma l-​problemi t’Elija kienu spiċċaw? Ejja naraw.

“Biex in-​nies ikunu jafu li int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-​Iktar Għoli fuq l-​art kollha.”—Salm 83:18

Mistoqsijiet: Fuq il-​Muntanja Karmel, Ġeħova kif wera li hu l-​Alla l-​veru? Ġeħova kif wieġeb it-​talba t’Elija?

1 Slaten 16:29-33; 17:1; 18:1, 2, 17-46; Ġakbu 5:16-18

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja