LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 53 p. 128
  • Il-kuraġġ li wera Ġeħojada

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-kuraġġ li wera Ġeħojada
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ġeħogħas Telaq lil Ġeħova Minħabba Kumpanija Ħażina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Għala Għandna Nirrispettaw Ħafna lil Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Ġeħova Jberikna Meta Nkunu Kuraġġużi
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Mara Ambizzjuża u mill-Agħar Tiġi Kkastigata
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 53 p. 128
Il-Qassis il-Kbir Ġeħojada juri s-sultan iż-żgħir Ġeħogħas lin-nies

LEZZJONI 53

Il-kuraġġ li wera Ġeħojada

Ġeżabel kellha tifla jisimha Għatalija, li kienet kattiva daqsha. Għatalija kienet miżżewġa lis-​sultan taʼ Ġuda. Meta r-​raġel tagħha miet, it-​tifel beda jmexxi minfloku. Imma meta miet it-​tifel, Għatalija ddeċidiet li tibda tmexxi hi lill-​poplu taʼ Ġuda. Imbagħad, hi bdiet tipprova teqred il-​linja rjali kollha, billi qatlet lil kull min kellu d-​dritt imexxi minflokha, anki lis-​subien tat-​tifel tagħha stess. Kulħadd kien jibżaʼ minnha.

Il-​Qassis il-​Kbir Ġeħojada u martu, Ġeħoseba, kienu jafu li dak li kienet qed tagħmel Għatalija kien ħażin ħafna. Huma rriskjaw ħajjithom biex jaħbu lit-​tarbija, Ġeħogħas, li kien jiġi it-​tifel tat-​tifel taʼ Għatalija. Huma rabbewh fit-​tempju.

Meta Ġeħogħas kellu sebaʼ snin, Ġeħojada laqqaʼ lill-​kapijiet u l-​Leviti u qalilhom: ‘Oqogħdu għassa mal-​bibien tat-​tempju, u tħallu lil ħadd jidħol.’ Imbagħad, Ġeħojada libbes kuruna lil Ġeħogħas u għamlu sultan taʼ Ġuda. In-​nies taʼ Ġuda għajtu bil-​ferħ: ‘Ħa jgħix is-​sultan!’

Is-Sultana Għatalija tgħajjat

Is-​Sultana Għatalija semgħet l-​għajjat tan-​nies, u allura telqet tiġri lejn it-​tempju. Meta rat lis-​sultan il-​ġdid, hi għajtet: “Konfoffa! Konfoffa!” Il-​kapijiet qabdu lil din is-​sultana l-​kattiva, ħarġuha ’l barra, u qatluha. Xi ngħidu dwar l-​eżempju ħażin li Għatalija ħalliet fuq in-​nies?

Ġeħojada għen lin-​nies tiegħu biex jagħmlu patt maʼ Ġeħova li fih wiegħdu li se jaqdu biss Lilu. Ġeħojada qered it-​tempju taʼ Bagħal u kisser l-​idoli f’biċċiet. Hu għażel qassisin u Leviti biex jaħdmu fit-​tempju ħalli n-​nies ikunu jistgħu jerġgħu jqimu fih. Poġġa rġiel għassa mal-​bibien tat-​tempju biex nies li ma kinux nodfa f’għajnejn Ġeħova ma jidħlux. Imbagħad, Ġeħojada u l-​kapijiet ħadu lil Ġeħogħas ġol-​palazz u qegħduh fuq it-​tron. In-​nies taʼ Ġuda ferħu ħafna. Fl-​aħħar, huma setgħu jqimu lil Ġeħova, għax is-​sultana l-​kattiva Għatalija u l-​qima taʼ Bagħal ġew meqrudin. Tistaʼ tara kif il-​kuraġġ taʼ Ġeħojada għen lil ħafna nies?

“Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-​ġisem imma ma jistgħux joqtlu r-​ruħ; imma minflok ibżgħu minn dak li jistaʼ jeqred kemm ir-​ruħ u kemm il-​ġisem f’Geħenna.”—Mattew 10:28

Mistoqsijiet: Ġeħojada kif wera kuraġġ? Taħseb li Ġeħova jistaʼ jgħin lilek ukoll turi kuraġġ?

2 Slaten 11:1-21; 12:1-12; 2 Kronaki 21:1-6; 22:10-12; 23:1-21; 24:1-16

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja