LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 75 p. 178-p. 179 para. 4
  • Ix-Xitan jittanta lil Ġesù

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xitan jittanta lil Ġesù
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Ma Rridux Inċedu għat-Tentazzjonijiet
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • “Opponu lix-Xitan” Bħalma Għamel Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Tgħallem mill-mod kif Ġesù ffaċċja t-tentazzjonijiet
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Nitgħallmu mit-Tentazzjonijiet taʼ Ġesù
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 75 p. 178-p. 179 para. 4
Ġesù jirrifjuta li jaqbeż mill-iktar parti għolja tat-tempju

LEZZJONI 75

Ix-Xitan jittanta lil Ġesù

Ġesù jirrifjuta li jbiddel il-ġebel f’ħobż

Wara li Ġesù tgħammed, l-​ispirtu qaddis ħadu fid-​deżert. Hu kellu ħafna ġuħ għax ma kien kiel xejn għal 40 ġurnata. Imbagħad, ix-​Xitan ġie biex jittanta lil Ġesù u qallu: ‘Jekk int vera l-​Iben t’Alla, għid lil dan il-​ġebel isir ħobż.’ Imma Ġesù wieġbu mill-​Iskrittura billi qallu: ‘Hu miktub li l-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix, imma billi jismaʼ minn kull kelma li jgħid Ġeħova.’

Wara dan, ix-​Xitan reġaʼ ttanta lil Ġesù: ‘Jekk int vera l-​Iben t’Alla, aqbeż mill-​iktar parti għolja tat-​tempju. Hemm miktub li Alla jibgħatlek l-​anġli tiegħu biex jilqgħuk.’ Imma Ġesù reġaʼ wieġbu mill-​Iskrittura billi qallu: ‘Hu miktub li m’għandekx tgħaddi lil Ġeħova minn prova.’

Ġesù jirrifjuta l-offerta taʼ Satana li jtih is-saltniet kollha tad-dinja

Imbagħad, Satana wera lil Ġesù s-​saltniet kollha tad-​dinja u r-​rikkezzi u l-​glorja tagħhom, u qallu: ‘Dawn is-​saltniet u l-​glorja tagħhom kollha nagħtihomlok jekk tagħmilli att wieħed taʼ qima.’ Imma Ġesù wieġbu: ‘Mur ’l hemm, Satana! Hu miktub li għandek tqim biss lil Ġeħova.’

Wara, ix-​Xitan telaq. Imbagħad ġew l-​anġli u taw l-​ikel lil Ġesù ħalli jiekol. Minn dak inhar ’il quddiem, Ġesù pprietka l-​aħbar tajba tas-​Saltna. Dan kien ix-​xogħol li għalih hu kien intbagħat fuq l-​art biex jagħmel. In-​nies kienu jieħdu pjaċir jisimgħu dak li kien jgħallimhom, u kull fejn kien imur kienu jmorru warajh.

“Meta [ix-​Xitan] jigdeb, jitkellem skond il-​karattru tiegħu, għax hu giddieb u missier il-​gidba.”—Ġwanni 8:44

Mistoqsijiet: X’kienu t-​tliet tentazzjonijiet taʼ Ġesù? Ġesù kif wieġbu lix-​Xitan?

Mattew 4:1-11; Marku 1:12, 13; Luqa 4:1-15; Dewteronomju 6:13, 16; 8:3; Ġakbu 4:7

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja