LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 97 p. 226-p. 227 para. 2
  • Kornelju jirċievi l-ispirtu qaddis

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kornelju jirċievi l-ispirtu qaddis
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Pietru Jmur Għand Kornelju
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “Alla Jqis lil Kulħadd l-Istess”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • Alla Hu Imparzjali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Imxi fil-Biżaʼ taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 97 p. 226-p. 227 para. 2
Kornelju jilqaʼ lil Pietru fid-dar tiegħu

LEZZJONI 97

Kornelju jirċievi l-ispirtu qaddis

F’Ċesarija kien hemm fizzjal importanti tal-​armata Rumana jismu Kornelju. Għalkemm hu ma kienx Lhudi, il-​Lhud kienu jirrispettawh. Hu kien jgħin b’mod ġeneruż lin-​nies foqra u lil dawk fil-​bżonn. Kornelju kien jemmen f’Ġeħova u kien jitolbu kontinwament. Darba waħda, anġlu deher lil Kornelju u qallu: ‘Alla semaʼ t-​talb tiegħek. Issa ibgħat irġiel fil-​belt taʼ Ġaffa, fejn qed joqgħod Pietru, u huma għandhom jgħidulu li int tridu jiġi għandek.’ Kornelju mill-​ewwel bagħat tlett irġiel f’Ġaffa, li kienet tinsab fin-​Nofsinhar taʼ Ċesarija, 50 kilometru ’l bogħod.

Fl-​istess ħin, f’Ġaffa, Pietru kellu viżjoni. Hu ra annimali li skont il-​Liġi taʼ Ġeħova ma kinux nodfa, u għalhekk il-​Lhud ma setgħux jikluhom. Imbagħad, semaʼ leħen jgħidlu biex jiekol, imma hu ma riedx jagħmel hekk, u qal: ‘Jien qatt ma kilt annimal mhux nadif f’ħajti.’ Il-​leħen imbagħad qallu: ‘Tgħidx li dawn l-​annimali mhux nodfa. Alla għamilhom nodfa.’ Il-​leħen qallu wkoll: ‘Hemm tlett irġiel wara l-​bieb tiegħek. Mur magħhom.’ Pietru mar ħdejn il-​bieb u staqsiehom għala kienu hemm. Huma wiġbuh: ‘Lilna bagħatna Kornelju, fizzjal tal-​armata Rumana. Int għandek tiġi magħna fid-​dar tiegħu f’Ċesarija.’ Pietru mbagħad stidinhom biex dak il-​lejl jorqdu għandu bħala mistidnin. L-​għada, hu mar magħhom f’Ċesarija flimkien maʼ xi aħwa minn Ġaffa.

Meta fl-​aħħar Kornelju ra lil Pietru, hu niżel għarkopptejh. Imma Pietru qallu: ‘Qum! Jien raġel bħalek. Alla qalli biex niġi d-​dar tiegħek, allavolja l-​Lhud ma jidħlux fid-​djar tal-​Ġentili (mhumiex Lhud). Issa, jekk jogħġbok, għidli għala bgħatt għalija.’

Kornelju qal lil Pietru: ‘Erbat ijiem ilu kont qed nitlob lil Alla, u anġlu qalli biex nibgħat għalik. Jekk jogħġbok, għallimna l-​kliem taʼ Ġeħova.’ Pietru qallu: ‘Jien tgħallimt li Alla mhux parzjali.’ Dan kien ifisser li Alla ma jurix preferenzi u ma jħarisx lejn kif persuna tidher minn barra, imma jara l-​qalb. Pietru kompla jgħid: ‘Hu jaċċetta lil kull min irid jaqdih.’ Pietru għallimhom ħafna affarijiet dwar Ġesù. Imbagħad, l-​ispirtu qaddis ġie fuq Kornelju u fuq dawk li kienu hemm miegħu, u kollha tgħammdu.

“F’kull ġens min jibżaʼ [minn Alla] u jagħmel is-​sewwa hu aċċettat minnu.”—Atti 10:35

Mistoqsijiet: Pietru għala ma riedx jiekol annimali mhux nodfa? Ġeħova għala qal lil Pietru biex imur ġo dar taʼ wieħed mill-​Ġentili?

Atti 10:1-48

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja