LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 102 p. 236-p. 237 para. 2
  • Il-viżjonijiet taʼ Ġwanni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-viżjonijiet taʼ Ġwanni
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Viżjonijiet taʼ dawk li jgħixu fis-​smewwiet inviżibbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Ġenna tal-Art mill-Ġdid!
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 102 p. 236-p. 237 para. 2
L-appostlu Ġwanni jikteb il-ktieb tar-Rivelazzjoni

LEZZJONI 102

Il-viżjonijiet taʼ Ġwanni

Waqt li l-​appostlu Ġwanni kien priġunier fil-​gżira taʼ Patmos, Ġesù wrieh bil-​quddiem 16-​il viżjoni, jew stampa, waħda wara l-​oħra. Dawn il-​viżjonijiet urew kif isem Ġeħova se jiġi mqaddes, kif se tiġi s-​Saltna tiegħu, u kif ir-​rieda tiegħu se titwettaq fis-​sema u fuq l-​art.

F’viżjoni waħda, Ġwanni jara lil Ġeħova fuq it-​tron glorjuż tiegħu fis-​sema, imdawwar b’24 anzjan lebsin ħwejjeġ bojod u fuq rashom għandhom kuruni tad-​deheb. Dawl taʼ sajjetti u ħsejjes taʼ ragħad ħerġin mit-​tron. L-​24 anzjan imilu quddiem Ġeħova u jqimuh. F’viżjoni oħra, Ġwanni jara folla kbira taʼ nies minn kull pajjiż, poplu, u lingwa li jqimu lil Ġeħova. Il-​Ħaruf, li hu Ġesù, jieħu ħsiebhom u jiħodhom lejn l-​ilmijiet tal-​ħajja. Iktar tard, f’viżjoni oħra, Ġesù jibda jmexxi bħala Sultan fis-​sema, flimkien mal-​24 anzjan. Fil-​viżjoni taʼ wara, Ġwanni jara lil Ġesù jiġġieled mad-​dragun, li hu Satana, u d-​demonji tiegħu. Ġesù jkeċċihom ’il barra mis-​sema u jitfagħhom ’l isfel lejn l-​art.

Ġesù u l-144,000 fuq il-Muntanja Sijon

Imbagħad Ġwanni jara stampa sabiħa tal-​Ħaruf u l-​144,000 weqfin fuq il-​Muntanja Sijon. Jara wkoll anġlu jtir madwar id-​dinja li qed jgħid lin-​nies biex jobdu u jfaħħru lil Alla.

Fil-​viżjoni taʼ wara, tiġi miġġielda l-​gwerra t’Armageddon. Waqt dik il-​gwerra, Ġesù u l-​armata tiegħu jirbħu lis-​sistema ħażina taʼ Satana. Fl-​aħħar viżjoni, Ġwanni jara l-​paċi kemm fis-​sema kif ukoll fuq l-​art. Satana u dawk li jimxu warajh jiġu meqrudin għalkollox. Kulħadd, fis-​sema u fuq l-​art, iqis l-​isem taʼ Ġeħova bħala li hu qaddis u jqim lilu biss.

“Inqanqal għadwa bejnek u bejn il-​mara u bejn nislek u nisilha. Hu jisħaqlek rasek u int tisħaqlu għarqubu.”—Ġenesi 3:15

Mistoqsijiet: Ġwanni kemm ra viżjonijiet? Ġesù x’se jagħmel fil-​gwerra t’Armageddon?

Rivelazzjoni 1:1-3; 4:1-11; 7:4, 9-17; 11:15-18; 12:5-12; 14:1, 6, 7; 16:14, 16; 21:5

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja