X’Tgħallimt mill-1 Parti
Iddiskuti dawn il-mistoqsijiet maʼ min qed tistudja:
Liema wegħda mill-Bibbja togħġbok l-iżjed?
(Ara Lezzjoni 02.)
Għala taħseb li l-Bibbja hi l-Kelma t’Alla?
(Ara Lezzjonijiet 03 u 05.)
Għala hu importanti li tuża l-isem taʼ Ġeħova?
(Ara Lezzjoni 04.)
Il-Bibbja tgħid li ‘Alla ħalaq l-affarijiet kollha.’ (Rivelazzjoni 4:11) Int x’taħseb?
(Ara Lezzjoni 06.)
Aqra Proverbji 3:32.
Ġeħova għala hu l-aħjar ħabib li jistaʼ jkollok?
Ġeħova x’jistenna mill-ħbieb tiegħu? Taħseb li jagħmel sens?
(Ara Lezzjonijiet 07 u 08.)
Aqra Salm 62:8.
X’inhuma xi affarijiet li tlabt lil Ġeħova dwarhom? Dwar xiex tistaʼ titlob iżjed?
Ġeħova kif iwieġeb it-talb?
(Ara Lezzjoni 09.)
Aqra Ebrej 10:24, 25.
Il-laqgħat tax-Xhieda taʼ Ġeħova kif jistgħu jgħinuk?
Taħseb li hu worth it li tagħmel sforz biex tmur il-laqgħat?
(Ara Lezzjoni 10.)
Għala hu tajjeb li taqra l-Bibbja b’mod regulari? Meta sibt li hu tajjeb għalik biex taqra l-Bibbja kuljum?
(Ara Lezzjoni 11.)
X’qed jogħġbok l-iżjed mill-istudju tal-Bibbja?
Għandek xi problemi minħabba li bdejt tistudja l-Bibbja? X’se jgħinek tibqaʼ tistudja?
(Ara Lezzjoni 12.)