X’Tgħallimt mit-3 Parti
Iddiskuti dawn il-mistoqsijiet maʼ min qed tistudja:
Aqra Proverbji 27:11.
Għala trid tkun leali lejn Ġeħova?
(Ara Lezzjoni 34.)
Kif tistaʼ tiddeċiedi tajjeb meta l-Bibbja ma tagħtix kmand ċar?
(Ara Lezzjoni 35.)
Kif tistaʼ tkun dejjem onest?
(Ara Lezzjoni 36.)
Aqra Mattew 6:33.
Meta tiddeċiedi dwar ix-xogħol u l-flus, kif tistaʼ ‘tfittex l-ewwel is-saltna’?
(Ara Lezzjoni 37.)
Semmi xi modi kif tistaʼ tapprezza l-ħajja bħalma japprezzaha Ġeħova.
(Ara Lezzjoni 38.)
Aqra Atti 15:29.
Kif tistaʼ tobdi l-kmand taʼ Ġeħova dwar id-demm?
Taħseb li qed jistenna wisq mingħandek?
(Ara Lezzjoni 39.)
Aqra t-2 Korintin 7:1.
Xi jfisser li jkollok ġismek u l-affarijiet tiegħek nodfa? Xi jfisser li tkun moralment nadif?
(Ara Lezzjoni 40.)
Aqra l-1 Korintin 6:9, 10.
Il-Bibbja x’tgħid dwar is-sess? Int taqbel?
Il-Bibbja x’tgħid dwar l-alkoħol?
(Ara Lezzjonijiet 41 u 43.)
Aqra Mattew 19:4-6, 9.
Alla kif jixtieq li jkun iż-żwieġ?
Meta xi ħadd jiżżewweġ jew jiddivorzja, għala għandu jagħmel dan b’mod legali?
(Ara Lezzjoni 42.)
X’ċelebrazzjonijiet u festi ma jogħġbux lil Ġeħova? Għala?
(Ara Lezzjoni 44.)
Aqra Ġwanni 17:16 u Atti 5:29.
Kif tistaʼ tkun newtrali?
X’tagħmel jekk xi liġi tal-pajjiż ma taqbilx mal-liġi t’Alla?
(Ara Lezzjoni 45.)
Aqra Marku 12:30.
Kif tistaʼ turi li tħobb lil Ġeħova?
(Ara Lezzjonijiet 46 u 47.)