LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 5/15 pp. 4-5
  • Immaġina Dinja Mingħajr Regħba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Immaġina Dinja Mingħajr Regħba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Neliminaw ir-​Regħba Permezz taʼ Edukazzjoni
  • Veritajiet tal-​Bibbja fl-​Azzjoni
  • Dinja Ġdida Ħielsa mir-​Regħba
  • “L-Era tar-Regħba”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Irnexxi f’li Tevita n-Nasba tar-Regħba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Int Tistaʼ Taħrab min-Nases taʼ Satana!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Ismaʼ leħen Ġeħova kull fejn tkun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 5/15 pp. 4-5

Immaġina Dinja Mingħajr Regħba

TISTAʼ timmaġina dinja fejn in-​nies jikkoperaw minflok ma jimpikaw? Fejn bnedmin jittrattaw lill-​oħrajn bħalma kieku jridu li huma nfushom jiġu ttrattati? Dawn huma l-​karatteristiċi taʼ dinja mingħajr regħba. X’dinja tkun kieku din! Qatt se tiġi? Iva, dażgur. Imma r-​regħba—li tant hi minquxa fl-​umanità—kif tistaʼ tiġi meqruda?

Biex nieħdu t-​tweġiba, irridu l-​ewwel nifhmu l-​oriġini tar-​regħba. Il-​Bibbja tindika li ma kinetx minn dejjem karatteristika tar-​razza umana. Il-​profeta Mosè jfakkarna li l-​ebda difett bħalma hija r-​regħba ma kien jinsab fil-​bidu fl-​ewwel raġel, il-​ħolqien perfett taʼ Ħallieq ħieles mir-​regħba. “Il-​blata, perfetta hi l-​attività tiegħu, għax il-​mogħdijiet tiegħu kollha huma ġustizzja.” Għalhekk, mela, minn fejn ġiet ir-​regħba? L-​ewwel koppja umana ħallewha tiżviluppa fihom infushom—Eva bi stennija kollha regħba taʼ dak li kienet se takkwista billi tiekol il-​frotta li Alla kien ipprojbixxa, Adam f’li b’regħba ma riedx li jitlef lill-​mara sabiħa tiegħu. Mosè żied, fi kliem li wkoll kien veru dwar Adam u Eva: “Huma aġixxew b’mod li jġib rovina min-​naħa tagħhom; m’humiex it-​tfal tiegħu, id-​difett hu tagħhom.”−Dewteronomju 32:4, 5; 1 Timotew 2:14.

Saż-żmien tad-​dulluvju globali taʼ żmien Noè, ir-​regħba u ż-​żina żviluppaw tant li waslu fi stat taʼ li “l-​ħażen tal-​bniedem kien kotran fl-​art u kull xaqliba tal-​ħsibijiet taʼ qalbu kienet biss ħażina l-​ħin kollu.”−Ġenesi 6:5.

Din l-​attitudni dominanti tar-​regħba fil-​bniedem kompliet s’issa, u milli jidher laħqet il-​quċċata fis-​soċjetà ingrata u rgħiba tal-​lum.

Neliminaw ir-​Regħba Permezz taʼ Edukazzjoni

Bħalma r-​regħba fil-​bnedmin żdiedet, huwa possibbli li jiġri l-​maqlub. Ir-​regħba tistaʼ tiġi megħluba. Iżda, biex dan iseħħ, edukazzjoni u taħriġ xierqa huma meħtieġa, bi gwida jew regoli stretti taʼ kondotta li jridu jiġu segwiti. Dan jistaʼ jkun plawsibbli, imma min jistaʼ jagħti dik ix-​xorta taʼ edukazzjoni u jassigura li dak li qed jiġi mgħallem qed jitpoġġa fil-​prattika—saħansitra bil-​forza jekk ikun meħtieġ?

Edukazzjoni bħal din trid tiġi minn sors li hu nnifsu huwa ħieles mir-​regħba. Ma jridx ikun hemm xi mottivi ulterjuri jew stennija taʼ xi ħaġa bi bdil maʼ taħriġ bħal dan. Iktar minn hekk, il-​valur u l-​prattiċità tan-​nuqqas taʼ egoiżmu jrid jiġi mgħallem u muri. Min qed jitgħallem jeħtieġ li jkun konvint mhux biss li mod taʼ ħajja bħal dan huwa possibbli imma li hu l-​mod preferut, bil-​benefiċċji għalih u għal taʼ madwaru.

Alla tas-​sema biss jistaʼ jipprovdi din ix-​xorta taʼ edukazzjoni, għax liema bniedem jew organizzazzjoni fuq l-​art ikollha l-​kwalifiki u l-​isfond? Il-​bnedmin kollha m’humiex kwalifikati fuq il-​bażi taʼ din il-​verità Biblika: “Kollha dinbu u ma jilħqux il-​glorja t’Alla”−Rumani 3:23.

B’ferħ, Jehovah, Alla tas-​sema, jipprovdi edukazzjoni bħal din bil-​miktub fil-​ktieb, jew manwali tiegħu, il-​Bibbja Mqaddsa. Ibnu, Ġesù Kristu, appoġġa dan ix-​xorta taʼ tagħlim meta kien bniedem fuq l-​art. F’nofs il-​famuża Priedka tal-​Muntanja taʼ Ġesù, hu tkellem dwar mod taʼ ħajja li nstamaʼ stramb għall-​biċċa l-​kbira taʼ dawk li semgħuh, għax ħaddan in-​nuqqas taʼ egoiżmu saħansitra lejn l-​egħdewwa jew opponenti taʼ bniedem. Ġesù qal: “Komplu ħobbu lill-​egħdewwa tagħkom u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom; biex turu rwieħkom ulied Missierkom li hu fis-​smewwiet, ladarba jagħmel ix-​xemx tiegħu titlaʼ fuq nies ħżiena u tajbin u jagħmel ix-​xita tinżel fuq nies tajbin u mhux tajbin. Għax jekk tħobbu lil dawk li jħobbukom, x’rigal għandkom? Mhux l-​istess ħaġa wkoll qegħdin jagħmlu dawk li jiġbru t-​taxxi?”—Mattew 5:44-46.

Parti mill-​missjoni taʼ Ġesù fuq l-​art kienet biex tħarreġ għalliema mhux egoisti sabiex huma min-​naħa tagħhom jistgħu jedukaw oħrajn f’dan il-​mod taʼ ħajja ħieles mir-​regħba. Xi ftit żmien wara l-​mewt u l-​irxoxt taʼ Ġesù, l-​appostlu Pawlu sar wieħed mill-​għalliema. F’ħafna mill-​ittri mnebbħin tiegħu, Pawlu ħeġġeġ l-​eliminar tar-​regħba. Per eżempju, hu kiteb lill-​Efesin: “Ħalli ż-​żina u n-​nuqqas taʼ ndafa taʼ kull xorta jew ir-​regħba lanqas biss jissemmew fostkom, sewwa sew bħalma jixraq lil nies qaddisa.”−Efesin 5:3.

Bl-istess mod illum, ix-​Xhieda taʼ Jehovah qed igħallmu rġiel u nisa biex irażżnu t-​tendenzi tar-​regħba. Maż-​żmien dawn ukoll isiru kwalifikati biex joħorġu u jgħallmu oħrajn modi qaddisa bħal dawn.

Veritajiet tal-​Bibbja fl-​Azzjoni

Imma int forsi tistaqsi: ‘Jistgħu nies imperfetti, li għandhom imnaqqxa fihom ir-​regħba, verament iqaċċtuha mill-​egħruq mill-​personalitajiet tagħhom?’ Iva, jistgħu. Mhux perfettament, naturalment, imma sa ċertu punt li tant jolqtok. Ejjew nikkunsidraw eżempju taʼ dan.

Ċertu ħalliel gwapp kien joqgħod fi Spanja. Id-​dar tiegħu kienet mimlija b’affarijiet misruqin. Imbagħad beda studju tal-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah. Bħala riżultat, il-​kuxjenza tiegħu bdiet tinkwetah, għalhekk iddeċieda li jrodd lura lil sidhom l-​affarijiet li kien seraq. Resaq lejn dak li kien iħaddmu qabel u ammetta li kien seraqlu magna tal-​ħasil ġdida. Dak li kien iħaddmu, tant kien impressjonat bl-​attitudni mibdula tiegħu, li ddeċieda li ma jinformax lill-​pulizija imma sempliċement ħallih iħallas il-​prezz tal-​magna tal-​ħasil.

Wara, dan il-​ħalliel mibdul iddeċieda li jżur lil kull wieħed li ftakar li kien seraqlu xi ħaġa u jrodd lura l-​affarijiet. Lil kulmin żar baqaʼ miblugħ li minħabba li hu applika l-​prinċipji tal-​Bibbja, kien għamel tant bidla kbira fl-​attitudni tiegħu.

Issa diffikultà kbira kkonfrontatu. Ma kienx jaf taʼ min kienu ħafna mill-​affarijiet li kien għad kellu. Għalhekk, wara li talab lil Jehovah, mar il-​għassa tal-​pulizija u tahom sitt ‘radios bl-​istereo’ li kien seraq mill-​karozzi. Il-​pulizija stagħġbu, għax hu kellu rekord nadifa magħhom. Iddeċidew li kellu jħallas multa u sentenza qasira taʼ ħabs.

Dan li kien ħalliel issa għandu kuxjenza nadifa, billi abbanduna l-​ħajja taʼ qabel taʼ delitti u regħba biex isir parti mill-​kongregazzjoni mad-​dinja tax-​Xhieda taʼ Jehovah.

Eluf taʼ eżempji simili jistgħu faċilment jingħataw. Għalkemm uħud bħal dawn li għamlu tibdiliet fil-​ħajjiet tagħhom jiffurmaw minoranza mill-​abitanti tal-​art, il-​fatt li ħafna għamlu hekk juri l-​qawwa għat-​tajjeb li tiġi milli wieħed ikun jaf u japplika l-​prinċipji tal-​Bibbja.

Hekk kif tgħaddi sena wara sena, iktar u iktar nies iħaddnu dan il-​mod taʼ ħajja. Struzzjoni mill-​Bibbja qed tiġi mogħtija f’iktar minn 60,000 kongregazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Jehovah maʼ l-​art kollha. Ix-​Xhieda ma jistennewx li jbiddlu għalissa d-​dinja kollha billi jeliminaw r-​regħba minn fost l-​eluf taʼ miljuni li qed igħixu issa. Madankollu, il-​profezija tal-​Bibbja tindika li fil-​qrib ħafna issa, mod taʼ ħajja ħielsa mir-​regħba se jirbaħ mad-​dinja kollha!

Dinja Ġdida Ħielsa mir-​Regħba

Ma se jkun hemm ebda post għar-​regħba u egoiżmu fid-​dinja ġdida li ġejja. L-​appostlu Pietru jassigurana li t-​tjieba se tkun it-​tikketta mhux biss tas-​“smewwiet ġodda” imma wkoll tal-​“art ġdida.” (2 Pietru 3:13) Ir-​regħba se tkun fost “l-​affarijiet taʼ qabel” li jkunu għaddew, flimkien mal-​mard, niket, u saħansitra l-​mewt.—Rivelazzjoni 21:4.

B’hekk, jekk inti qalbek sewda minħabba ż-​żjieda tar-​regħba u l-​mod egoist taʼ ħajja li jidher madwarna llum, agħmel kuraġġ! Ibda issa biex tgħix għad-​dinja ġdida li ġejja li dalwaqt issir realtà. Bil-​għajnuna t’Alla, stinka biex tneħħi r-​regħba minn ħajtek stess. Ingħaqad f’li tgħin lil oħrajn jaraw il-​benefiċċji li minn issa jistgħu jitgawdew permezz taʼ għixien Kristjan. Poġġi l-​fidi u l-​fiduċja fil-​wegħda t’Alla Jehovah li r-​regħba dalwaqt se tkun fost il-​ħafna affarijiet mhux pjaċevoli li ‘ma jitfakkrux, lanqas ma jidħlu fi qlubna.’—Isaija 65:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja