LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 5/15 p. 3
  • “L-Era tar-Regħba”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “L-Era tar-Regħba”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kemm Hi Mifruxa?
  • Ir-​Regħba Trid Tiġi Meqruda
  • Immaġina Dinja Mingħajr Regħba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Irnexxi f’li Tevita n-Nasba tar-Regħba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Int Tistaʼ Taħrab min-Nases taʼ Satana!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Ismaʼ leħen Ġeħova kull fejn tkun
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 5/15 p. 3

“L-​Era tar-​Regħba”

JEKK bniedem isibha diffiċli biex jeħles minn riħ komuni, x’ċans għandu biex jelimina l-​marda iktar komplessa tar-​regħba?

Jidher li r-​regħba u l-​egoiżmu lanqas biss iridu jiġu mgħallmin—mid-​dehra diġà jkunu hemm mit-​tfulija. Tistaʼ tara żewġt itfal ċkejknin waqt li qed jilagħbu bil-​ġugarelli tagħhom u tarah dan.

Ir-regħba individwali umana hija komuni biżżejjed u ħażina biżżejjed, imma meta niġu għar-​regħba nazzjonali jew internazzjonali, miljuni huma effettwati għad-​detriment tagħhom. Ħu per eżempju, il-​kummerċ internazzjonali tad-​drogi. Rivista bil-​lingwa Spanjola ssostni li dan hu l-​akbar negozju tad-​dinja—300 elf miljun dollaru fis-​sena. Miljuni taʼ ħajjiet jiġu rvinati, u numru bla għadd taʼ mwiet qabel iż-​żmien jiġu kkaġunati mill-​użu ħażin tad-​drogi. X’inhu l-​għerq tal-​kawża taż-​żjieda allarmanti tal-​kummerċ tad-​drogi? Bla dubju, hija r-​regħba.

World Press Review jenfasizza dan il-​mottiv tar-​regħba. Hu jikkwota r-​rivista taʼ aħbarijiet taʼ Madrid Cambio 16, li tistqarr li “bil-​kemm 10 sa 20 fil-​mija tal-​profitti mill-​bejgħ tad-​drogi jmorru għand il-​pajjiżi produtturi. 10 fil-​mija oħra jiġu mgħoddija lura fi traffikar permezz taʼ investimenti f’laboratorji, vetturi u armi.... Il-​bqija jispiċċaw fil-​pajjiżi konsumaturi fis-​sistema bankarja dinjija biex jiffrankaw it-​taxxi.”

Dan jikkontradixxi l-​ħarsa li l-​bżonn hu r-​raġuni għar-​regħba, u li r-​regħba hija biss karatteristika tal-​foqra jew taʼ dawk inqas privileġġati. Ovvjament, ir-​regħba hija nuqqas uman mifrux li jinvolvi l-​ispettru sħiħ tas-​soċjetà inklużi dawk li m’huma xejn affattu fil-​bżonn. Waħda mill-​karatteristiċi strambi tar-​regħba hi li hi tant sottili—saħansitra nies li normalment huma kuntenti b’dak li għandhom fil-​ħajja se juru regħba jekk bla mistenni jingħataw l-​opportunità.

Il-kittieba Meg Greenfield tilmenta: “Iftaħ il-​gazzetta meta trid, u taqra dwar ġurijiet kbar u prosekuturi speċjali u sejħiet dubjużi, l-​għaġla u l-​makakkerija u l-​qerq, u dan huwa taʼ dwejjaq mhux ħażin. Anki jekk naċċettaw li xi wħud mill-​akkużi li jinġiebu huma nfondati u xi oħrajn antiki, jien jidhirli li ħafna drabi n-​nies għamlu affarijiet u tħallew igħadduha lixxa b’affarijiet li misshom qatt ma tħallew isiru.... Dan hu sa fejn wasalna: saħansitra ħafna mill-​altruiżmu tagħna hu biex nogħġbu lilna nfusna, rgħiba.”

Kemm Hi Mifruxa?

Ir-​regħba m’hijiex xi ħaġa ġdida fost il-​bnedmin, għalkemm bla dubju żdiedet ferm minħabba l-​pressjonijiet tal-​għixien tas-​seklu 20. Tant saret mifruxa li editorjal f’The Christian Century jagħti isem lill-​għaxar snin tas-​snin tmenin li jħoss li jaqbel mal-​ismijiet bħal “L-​Era tal-​Anzjetà” tas-​snin 50 jew “L-​Għaxar snin taʼ l-​Ewwel Jien” tas-​snin 70. Isejjaħ lis-​snin 80 bħala “L-​Era tar-​Regħba”!

Illum, ir-​regħba tidher f’kull qasam fejn in-​nies jinġabru flimkien—fil-​postijiet tax-​xogħol, fl-​iskejjel u fil-​komunità inġenerali. Daħħlet l-​influwenza korrotta tagħha fil-​kummerċ, fil-​politika, u saħansitra fir-​reliġjonijiet prinċipali tad-​dinja.

Iktar iva milli le, ir-​regħba żviluppat f’korruzzjoni illegali jew frodi. The Canberra Times, per eżempju, tagħti lill-​Awstralja l-​unur dubjuż taʼ li qiegħda fuq quddiem fid-​dinja fil-​frodi tal-​assigurazzjoni tal-​karozzi. Il-​Law Society Journal Awstraljan jidher li jappoġġa dan, billi jistqarr: “Talbiet/stqarrijiet qarrieqa magħmulin minn persuni nxurjati jiswew lill-​kumpaniji tal-​assigurazzjoni, u indirettament lill-​persuni nxurjati miljuni taʼ dollari kull sena.” Il-​ġurnal iżid li “hija problema serja li dejjem tiżdied fl-​assigurazzjoni taʼ oġġetti, partikolarment fil-​qasam taʼ ħruq apposta, serq mix-​xatt, u affarijiet tal-​karozza u tad-​dar.”

Għalhekk huwa faċli biex tifhem għala ħafna nies jidħku bl-​ideja li r-​regħba qatt se tispiċċa. Għax, huma jħossu li r-​regħba se tkun dejjem magħna u li dinja meħlusa mir-​regħba hija biss ħolma impossibbli.

Ir-​Regħba Trid Tiġi Meqruda

Fuq liema bażi tistaʼ tiġi magħmula din id-​dikjarazzjoni li tidher impossibbli t’hawn fuq? Hija bbażata fuq il-​fatt li ħajja mingħajr regħba diġà qiegħda titwettaq. Waqt li dan it-​twettieq m’huwiex perfett, dan juri li jistaʼ jsir b’edukazzjoni u motivazzjoni xierqa. L-​artiklu li jmiss se juri eżatt kif jistaʼ jkun hemm dinja sħiħa mingħajr regħba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja