LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 10/1 pp. 7-12
  • Il-Final li Ġej tal-“Ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Final li Ġej tal-“Ktieb tal-Gwerer taʼ Jehovah”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah
  • Melkiżedek Akbar—Gwerrier
  • Alla l-​Gwerrier Jagħmel Isem Sabiħ Għalih Innifsu
  • Isolvi l-Kwistjoni Universali Għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Il-qawwa qerridija—Ġeħova hu “gwerrier”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Xhieda Kontra l-Allat Foloz
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 10/1 pp. 7-12

Il-​Final li Ġej tal-​“Ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah”

“Jintqal fil-​ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah.”—NUMRI 21:14.

1, 2. F’liema okkażjoni tal-​qedem Jehovah wera lill-​Eġizzjani li hu kien Alla gwerrier, u kif għamel dan?

FTIT li xejn hu apprezzat min-​nies tal-​lum li dak Alla tal-​Bibbja, Jehovah, hu gwerrier, persuna raġel tal-​gwerra. Dan il-​fatt ġie dramatizzat meta hu ħeles lill-​poplu tiegħu tal-​qedem mill-​oppressjoni fl-​Eġittu. Farawni kien ġie mqanqal mill-​għadu inviżibbli taʼ dak il-​poplu, Satana x-​Xitan, biex jipprova jħaddimhom għall-​mewt. Issa, billi kien irrealizza x’kien se jitlef billi jħalli l-​Iżraeliti jmorru ħielsa, Farawni u l-​qawwiet militari tiegħu telqu għal warajhom.

2 Farawni, madankollu, ma għarafx li dak Alla tal-​Iżraeliti setaʼ jsir Alla gwerrier sabiex jeħles lill-​poplu Tiegħu. Hekk kif il-​forzi Eġizzjani kienu għaddejjin bil-​għaġla minn ġol-​art niexfa tal-​Baħar l-​Aħmar biex b’vendetta jilħquhom, dak Alla tal-​Iżraeliti fil-​periklu ħa azzjoni u għarraq lill-​irġiel bil-​karrijiet u biż-​żwiemel, billi ħalla l-​ħitan taʼ ilmijiet jaqgħu fuq il-​passaġġ taʼ ħarba li kien ġie miftuħ b’mod mirakoluż għall-​Iżraeliti.—Eżodu 14:14, 24-28.

3. Fil-​għanja tagħhom taʼ rebħa, l-​Iżraeliti ikkaratterizzaw lil Jehovah bħala liema xorta taʼ Alla, imma liema fatt jinjoraw il-​ġnus tal-​lum?

3 Salvi fuq ix-​xatt tal-​Lvant tal-​Baħar l-​Aħmar, l-​Iżraeliti se jtiru bil-​ferħ kantaw għanja taʼ rebħa, billi eżaltaw lill-​Ħellies tagħhom tas-​sema: “Ħallini nkanta lil Jehovah, għax hu sar imfaħħar fil-​għoli. Iż-​żiemel u r-​rikkieb tiegħu huwa xeħet ġewwa l-​baħar. Saħħti u s-​setgħa tiegħi hu Jah, ladarba jservi għas-​salvazzjoni tiegħi. Dan hu Alla tiegħi, u jien se nfaħħru; Alla taʼ missieri, u jien se ngħollih ’il fuq. Jehovah hu persuna raġel tal-​gwerra. Jehovah hu ismu. Il-​karrijiet taʼ Farawni u l-​qawwiet militari tiegħu ġew mitfugħin ġewwa l-​baħar, u l-​għażla tal-​gwerriera tiegħu ġew imgħarrqin fil-​Baħar l-​Aħmar.” (Eżodu 15:l-4) Hemm fil-​Baħar l-​Aħmar, Jehovah wera lilu nnifsu bħala gwerrier li kapaċi jagħmel egħmejjel spettakulari. Dan il-​fatt ġie njorat mill-​ġnus tad-​dinja.

4, 5. Dawk it-​12-il tribù taʼ Iżrael se jtiru bil-​ferħ ħarġu minn liema antenat komuni, u l-​ħabib taʼ min sar dan il-​wieħed u minħabba f’liema kwalità?

4 Il-​profeta Mosè, li mexxa l-​kant taʼ dik il-​għanja mnebbħa, tkellem dwar Jehovah bħala “Alla taʼ missieri.” L-​Ebrew Abraham kien antenat notevoli tal-​ġens taʼ Iżrael. Minnu, permezz taʼ Iżakk u Ġakobb u t-​12-il ulied subien taʼ Ġakobb, ħarġu t-​12-il tribù taʼ Iżrael. Abraham wera li kien adoratur eżemplari taʼ Alla Jehovah. Kien raġel taʼ fidi tant qawwija li meta Jehovah sejjaħlu biex iħalli daru f’Ur tal-​Kaldin, hu bla ma qagħad jaħsibha erħielha lejn l-​art li Jehovah kien se jurih, fiduċjuż li Alla kien se jwettaq il-​wegħda Tiegħu biex jagħtiha lilu u lil nislu.

5 Minħabba l-​fidi meraviljuża taʼ Abraham, Jehovah wiegħed li jagħti lil Abraham “żerriegħa,” jew nisel, li permezz tagħha l-​familji kollha tal-​art, inklużi l-​familji tal-​lum, kellhom ibierku lilhom infushom. (Ġenesi 12:2, 3; 22:17, 18) Abraham inġab f’relazzjoni tant intima maʼ Alla tiegħu li hu kien magħruf bħala “l-​ħabib taʼ Jehovah,” billi Alla nnifsu sejjaħ lil dak il-​patrijarka lejali “l-​ħabib tiegħi.”—Ġakbu 2:23; Isaija 41:8.

6. Għalkemm kien jiġġerra fil-​paċi fl-​Art Imwiegħda, Abraham kif wera li kien ġellied li jafda f’Jehovah?

6 Għalkemm iġġerra bħala stranġier fl-​Art Imwiegħda, Abraham wera li hu setaʼ jaġixxi taʼ ġellied, gwerrier. Darba minnhom erbaʼ slaten minn barra invadew l-​Art Imwiegħda u ħadu magħhom lil Lot, in-​neputi taʼ Abraham, u lill-​familja taʼ Lot. Abraham, imqanqal minn rabtiet qawwija tal-​familja, ramaʼ 318 mill-​qaddejja rġiel tiegħu, u flimkien maʼ rinforzi minn tlieta mill-​allejati lokali tiegħu, Aner, Exkol, u Mamre, hu ġera wara l-​ħallelin. Billi attakkahom b’sorpiża bil-​lejl, Abraham u l-​ġemgħa tiegħu għelbu lil dawk li invadew, avolja huma kienu forza ħafna iżjed superjuri. “Tbiċċir taʼ slaten” irriżulta. (Ebrej 7:1; Ġenesi 14:13-17) Abraham ħeles lil Lot u l-​familja tiegħu u ħa lura dak kollu li kien insteraq.

7-9. (a) Lil liema qassis żar Abraham, u x’barka akkwista? (b) Abraham kif wera li hu ried jintgħamel sinjur biss minn dak Alla l-​Iktar Għoli? (ċ) Kif ikkonfermat minn Melkiżedek, min ta lil Abraham ir-​rebħa militari?

7 Abraham għaraf li l-​bravura militari tiegħu kienet spiċċat b’suċċess biss bil-​għajnuna taʼ Alla Jehovah, u matul il-​vjaġġ trijonfali tiegħu lura lejn id-​dar, hu setaʼ jirrikonoxxi pubblikament dak il-​fatt. Hu kien jaf li l-​qassis approvat taʼ Alla tiegħu kien jinsab fil-​belt taʼ Salem. Għalhekk immarċja lejn dik il-​belt. Il-​parti aħħarija taʼ Ġenesi kapitlu 14 tinfurmana dwar x’ġara wara dan:

8 “U Melkiżedek sultan taʼ Salem ġieb ’il barra ħobż u nbid, u hu kien qassis taʼ dak Alla l-​Iktar Għoli. Imbagħad bierku u qallu: ‘Ikun imbierek Abram taʼ dak Alla l-​Iktar Għoli, Dak li Pproduċa s-​sema u l-​art; u jkun imbierek dak Alla l-​Iktar Għoli, li wassal lill-​opponenti tiegħek ġewwa idek!’ U Abram tah għaxra minn kull ħaġa. Wara dan is-​sultan taʼ Sodom qal lil Abram: ‘Agħtini l-​erwieħ, imma ħu l-​affarijiet għalik innifsek.’ Għal dan Abram qal lis-​sultan taʼ Sodom: ‘Nerfagħha lil idi f’ħalfa lil Jehovah dak Alla l-​Iktar Għoli, Dak li Pproduċa s-​sema u l-​art, li, minn ħajta sa lazz tas-​sandli, le, jien ma se nieħu xejn minn dak li hu tiegħek, sabiex int ma tmurx tgħid, “Kont jien li għamilt lil Abram għani.” Xejn għalija! Dak biss li diġà kielu ż-​żgħażagħ, u s-​sehem tal-​irġiel li ġew miegħi Aner, Exkol u Mamre—ħallihom jieħdu sehemhom.’”—Ġenesi 14:18-24.

9 Kif juru dawn il-​versi, Melkiżedek, il-​qassis irjali tal-​belt taʼ Salem, ikkonferma l-​konvinzjoni taʼ Abraham li kien Alla l-​Iktar Għoli li ġġieled għalih u għall-​qawwiet tiegħu u tah ir-​rebħa. Is-​Sultan Qassis Melkiżedek ma naqqasx mill-​parti taʼ Jehovah f’din il-​ħaġa.

Il-​Ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah

10. Fejn tissemma l-​ewwel gwerra fil-​Bibbja, u għala kienet biss il-​bidu tal-​gwerer vittorjużi taʼ Jehovah?

10 Id-​deskrizzjoni f’Ġenesi 14 tal-​invażjoni tal-​Art Imwiegħda u r-​rebħa taʼ Abraham fuq dawk li invadew u li kienu armati hija l-​ewwel rakkont taʼ gwerra fl-​Iskrittura Mqaddsa. B’hekk, iktar minn erbaʼ mitt sena qabel il-​bravura tiegħu ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar, Jehovah wera lilu nnifsu bħala gwerrier, “persuna raġel tal-​gwerra.” Madankollu, dak kien biss il-​bidu. Rebħiet bil-​wisq akbar u iżjed rinomati kellhom jiġu wara, inkluża waħda finali f’din il-​“konklużjoni tas-​sistema taʼ affarijiet.”—Mattew 24:3.

11. X’inhu “l-​ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah” imma fejn iżjed hemm abbundanza taʼ rakkonti dwar il-​bravuri militari tiegħu?

11 Skond ma jintqal f’Numri 21:14, “ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah” ġie miktub. Din il-​kitba, jew storja taʼ min joqgħod fuqha, tal-​gwerer t’Alla għan-​nom tal-​poplu tiegħu, x’aktarx kellha l-​bidu tagħha b’din il-​battalja għan-​nom tal-​lejali Abraham. Mosè kien jaf dwar dan il-​ktieb imma ma jagħtiniex iktar dettalji dwaru. Għaldaqstant, m’aħniex infurmati dwar il-​modi kollha fejn Jehovah wera lilu nnifsu gwerrier matul il-​perijodu taʼ żmien li jkopri dak il-​ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah. Madankollu minn mindu ssemma dak il-​ktieb, inkiteb il-​porzjon ewlieni tal-​Bibbja Mqaddsa, u dan jagħtina ħafna rakkonti tal-​bravuri militari taʼ Jehovah.

Melkiżedek Akbar—Gwerrier

12. Melkiżedek iffigura lil liema Uffiċjal akbar taʼ dak Alla l-​Iktar Għoli, u liema salm ikkomponut minn David huwa indirizzat lil dan il-​wieħed bħala qassis u gwerrier’

12 Wara li Abraham għeleb lil Ċedorlaomer u lis-​slaten imseħbin miegħu, Melkiżedek bierku. Is-​Sultan Qassis Melkiżedek b’mod profetiku ta stampa taʼ Wieħed li kellu jkun il-​Qassis il-​Kbir taʼ dak Alla l-​Iktar Għoli kif ukoll gwerrier setgħan appoġġjat minn dak Alla Suprem. Salm 110, ikkomponut taħt ispirazzjoni mis-​sultan gwerrier David, huwa indirizzat lil dan il-​Wieħed akbar minn Melkiżedek taʼ Salem meta jgħid: “Il-​bastun tal-​qawwa tiegħek Jehovah se jibgħat ’il barra minn Sijon, billi jgħid: ‘Mur rażżan f’nofs l-​egħdewwa tiegħek.’ Jehovah ħalef (u ma se jħoss ebda dispjaċir): ‘Int qassis għal żmien indefinit skond l-​ordni taʼ Melkiżedek!’ Jehovah innifsu fuq il-​leminija tiegħek żgur li se jkisser lil slaten f’biċċiet f’jum il-​għadab tiegħu.”−Salm 110:2, 4, 5.

13. F’Ebrej kapitli 7 u 8, il-​Wieħed akbar minn Melkiżedek tal-​qedem huwa identifikat bħala min, u f’liema post għoli daħal dan il-​Wieħed u b’liema xorta taʼ sagrifiċċju?

13 Il-​kittieb imnebbaħ tal-​ktieb taʼ Ebrej irrivela l-​identità taʼ dak il-​Wieħed li lilu kienu verament indirizzati dawk il-​kelmiet meta qal: “Wieħed li jiġri quddiem daħal għalina, Ġesù, li sar qassis il-​kbir skond il-​manjiera taʼ Melkiżedek għal dejjem.” (Ebrej 6:20) Fil-​kapitlu taʼ wara taʼ Ebrej, il-​kobor taʼ Melkiżedek tal-​qedem jiġi spjegat. Imma l-​kobor saċerdotali tiegħu hu, xorta waħda, issuperat minn dak il-​Wieħed li hu kien jiffigura bil-​quddiem, Ġesù Kristu rxoxtat u gglorifikat, li daħal fil-​preżenza qaddisa taʼ Alla Jehovah innifsu bil-​valur taʼ sagrifiċċju bil-​wisq iżjed grandjuż minn kwalunkwe ħaġa li s-​Sultan Qassis Melkiżedek taʼ Salem setaʼ qatt offra.—Ebrej 7:l-8:2.

14. Awtorizza Melkiżedek Akbar lill-​kleru tal-​Kristjaneżmu biex jieħdu sehem fl-​attentati militari tal-​hekk imsejħa ġnus Kristjani?

14 Il-​qassis irjali Melkiżedek bierek gwerrier, il-​vittorjuż Abraham. Imma xi ngħidu dwar Melkiżedek Akbar—il-​Fundatur tal-​Kristjanità vera? Il-​kleru tal-​Kristjaneżmu jgħidu li jirrappreżentaw lil Ġesù Kristu f’li jbierku l-​armati taʼ ġnus hekk imsejħa Kristjani u jitolbu għalihom. Imma l-​Qassis il-​Kbir taʼ Jehovah fis-​sema appoġġjah lill-​kleru tal-​Kristjaneżmu f’dan? Aċċetta hu b’hekk ir-​responsabbiltà għat-​tixrid kollu taʼ demm li seħħ matul l-​hekk imsejħa Era Kristjana, inkluż id-​demm li ġie mxerred matul l-​Ewwel u t-​Tieni Gwerer Dinjin? Assolutament le! Hu fl-​ebda żmien ma awtorizza lid-​dixxipli tiegħu biex jagħmlu lilhom infushom parti minn did-dinja u jingħaqdu fil-​militariżmu taʼ tixrid taʼ demm tagħha.

Alla l-​Gwerrier Jagħmel Isem Sabiħ Għalih Innifsu

15, 16. Jehovah x’għamel għalih innifsu meta ġġieled għall-​poplu tiegħu biex jeħlishom mill-​Eġittu?

15 Neħemija 9:10 jirreferi għal meta Jehovah ħeles lit-​12-il tribù taʼ Iżrael mill-​Eġittu, billi jgħid: “Imbagħad inti tajt sinjali u mirakli kontra Farawni u l-​qaddejja kollha tiegħu u n-​nies kollha taʼ artu, għax int kont taf li huma aġixxew bi prużunzjoni kontrihom [l-Iżraeliti]; u int issoktajt tagħmel isem għalik innifsek bħal f’dan il-​jum.”−Qabbel Eżodu 14:18.

16 Il-​profeta Isaija jirreferi għall-​kwalità taʼ dan l-​isem meta jitkellem dwar Jehovah bħala “Dak li jagħmel id-​driegħ sabiħ Tiegħu jmur maʼ id il-​leminija taʼ Mosè; Dak li jifred l-​ilmijiet minn quddiemhom sabiex jagħmel isem li jdum indefinittivament għalih stess.” U billi jindirizza lil Jehovah, hu jgħid: “B’hekk int mexxejt lill-​poplu tiegħek sabiex tagħmel isem sabiħ għalik stess.” (Isaija 63:12-14) Billi jappella lil Jehovah biex jaġixxi mill-​ġdid għall-​poplu tiegħu, Danjel indirizzah bħala “int li ħriġt lill-​poplu tiegħek ’il barra mill-​art tal-​Eġittu b’id qawwija u ssoktajt tagħmel isem għalik innifsek f’dan il-​jum.”—Danjel 9:15; Ġeremija 32:20.

17. Jehovah lil min se jibgħat ‘il quddiem biex jiġġieled f’ismu, u b’hekk x’se jurihom lill-​ġnus kollha llum?

17 Meta jasal il-​waqt, Alla Jehovah se jibgħat ’il quddiem lil Ġesù Kristu, Melkiżedek Akbar, bħala gwerrier setgħan. Permezz tiegħu, Jehovah se jagħmel isem għalih innifsu li jissupera kwalunkwe ħaġa fil-​passat kif deskritta fil-​ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah jew fl-​Iskrittura Ebrajka tal-​Bibbja Mqaddsa. Fl-​aħħar kapitlu tal-​ktieb taʼ qabel tal-​aħħar tal-​Iskrittura Ebrajka, attakk internazzjonali kontra Ġerusalemm huwa mbassar. Imbagħad, skond Żakkarija 14:3, “Jehovah ċertament li se jmur ’il quddiem u jiggwerra kontra dawk il-​ġnus bħal fil-​jum tal-​iggwerrar tiegħu, f’jum il-​ġlied.” B’dan il-​mod Dak Alla tal-​Bibbja se juri lill-​ġnus moderni kollha li hu għadu Alla l-​gwerrier li kien fil-​jiem taʼ Iżrael tal-​qedem.

18, 19. Liema Ġerusalemm se tkun suġġetta għal attakk minn kull naħa mill-​ġnus?

18 Dan hu prospett li għad irid jiġi. Imma liema Ġerusalemm se ssofri attakk bħal dan minn kull naħa? Il-​profezija ma twettqitx fuq Ġerusalemm taʼ żmien Żakkarija. Dik il-​belt ġiet meqruda mill-​armati taʼ Ruma fis-​70 E.K. Ġerusalemm madankollu nbniet mill-​ġdid, u llum hija meqjusa bħala sagra mill-​Kristjaneżmu kif ukoll mill-​ġens taʼ Iżrael tal-​laħam. Fil-​gwerra taʼ sitt ijiem tal-​1967, Iżrael tal-​laħam ħadu pussess taʼ Ġerusalemm tal-​art kollha, li ġiet mibnija mill-​ġdid. Madankollu, m’hemmx nitfa evidenza li Alla Jehovah ħa xi sehem fil-​ġlied dak in-​nhar. Is-​Sultan tiegħu fuq it-​tron, Ġesù Kristu, ma jirrenjax f’Ġerusalemm tal-​art, u m’għadhiex “il-​belt tas-​Sultan il-​kbir,” jiġifieri, taʼ Jehovah.—Mattew 5:35.

19 Le, din il-​belt kapitali uffiċċjali tal-​membru Lhudi tal-​Ġnus Magħquda mhix il-​Ġerusalemm imsemmija fil-​profezija taʼ Żakkarija. Minflok, Żakkarija qed jirreferi għall-​Ġerusalemm li naqraw dwarha fil-​ktieb taʼ Ebrej. Hemm, Pawlu jindirizza Kristjani midlukin u jgħid: “Intom ersaqtu lejn Muntanja Sijon u belt taʼ Alla l-​ħaj, Ġerusalemm tas-​sema, u mirjadi taʼ anġli.” (Ebrej 12:22) Din il-​Ġerusalemm tas-​sema m’hi xejn għajr is-​Saltna Messjanika t’Alla, irrappreżentata fuq l-​art illum minn grupp żgħir taʼ Kristjani midlukin li jħaddnu t-​tama li jkunu mexxejja sħab maʼ Ġesù Kristu f’dik is-​Saltna. Dawn se jkunu l-​mira taʼ dak l-​attakk ipprofetizzat.

20. Xi kliem qal is-​Sultan Ħeżekija lill-​poplu mhedded tiegħu biex isaħħaħhom, u bil-​kliem taʼ liema Sultan akbar minn Ħeżekija jsaħħu lilhom infushom ix-​Xhieda taʼ Jehovah illum?

20 Madankollu, la dawn u lanqas il-​folla kbira taʼ Kristjani bit-​tama għall-​art li ġew mill-​ġnus kollha biex jingħaqdu magħhom fil-​qima pura ma għandhom għalfejn jibżgħu mir-​riżultat taʼ dan l-​attakk. Meta l-​armati li jqanqlu l-​biżaʼ taʼ Sennakerib, sultan tal-​Assirja, ġew kontra Ġerusalemm matul ir-​renju tas-​Sultan Ħeżekija, l-​Iżraeliti fil-​periklu ngħataw ħarsa li sserraħ il-​moħħ tas-​sitwazzjoni meta s-​Sultan Ħeżekija qalilhom: “Miegħu hemm driegħ tal-​laħam, imma magħna hemm Jehovah Alla tagħna biex igħinna u biex jiġġieled il-​battalji tagħna.” Ir-​riżultat kien li “n-​nies bdew jitqawwew maʼ kliem Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda.” (2 Kronaki 32:8) Ix-​Xhieda taʼ Jehovah tal-​lum, meta jkunu mhedda mill-​forzi nazzjonali tas-​sistema taʼ did-dinja, jistgħu jsaħħu lilhom infushom bi kliem simili minn sultan akbar minn Ħeżekija, Ġesù Kristu.

21. (a) Il-​kliem taʼ Ġaħażjel għala se jiġi miftakar matul l-​attakk li ġej fuq Ġerusalemm tas-​sema? (b) X’se jkun ir-​riżultat tal-​battalja li trid tiġi miġġielda?

21 F’dak iż-​żmien, il-​kliem li jqanqal il-​fidi taʼ Ġaħażjel il-​Levita se jiġi miftakar: “Ma jkollkomx bżonn tiġġieldu din id-​darba. Ħudu postkom, ieqfu dritti u araw is-​salvazzjoni taʼ Jehovah għalikom. O Ġuda u Ġerusalemm, tkunux beżgħana jew imwerwrin. Għada oħorġu kontrihom, u Jehovah ikun magħkom.” (2 Kronaki 20:17) Iva, matul dak iż-​żmien perikoluż, Jehovah se jkun mal-​poplu tiegħu. Il-​ħarsien u l-​ħelsien tagħhom se jiddependu fuq li hu jiġġieled għalihom. U hekk se jagħmel, permezz tas-​Sultan gwerrier tiegħu, Ġesù Kristu! Ir-​riżultat? Il-​qerda totali tal-​organizzazzjoni viżibbli tax-​Xitan fuq l-​art.—Rivelazzjoni 19:1l-21.

22. (a) X’se tkun il-​konklużjoni trijonfanti tal-​ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah, u b’hekk Jehovah x’se jagħmel għalih innifsu? (b) X’se jiġu mqanqlin biex jagħmlu dawk li jħobbu l-​isem taʼ Jehovah bil-​vittorja tiegħu?

22 X’isem sabiħ Alla se jagħmel għalih innifsu bir-​rebħa tiegħu li tqanqal l-​istagħġib f’din “il-​gwerra tal-​jum il-​kbir taʼ Alla li Jistaʼ Kollox” f’Ħar-Magedon! (Rivelazzjoni 16:14, 16) Kapitlu ġdid, bħal li kieku, se jiżdied mal-​ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah. Se tkun konklużjoni trijonfanti, final grandjuż rigward din is-​sistema taʼ affarijiet. Il-​ktieb kollu se juri li Alla li Jistaʼ Kollox qatt ma tilef battalja waħda. Kemm se jgħajtu bil-​ferħ dawk li jħobbu l-​isem taʼ Jehovah huma u jfaħħruh wara dan! Imbagħad, tabilħaqq, l-​aħħar vers tal-​ktieb taʼ Salmi se jitwettaq b’mod grandjuż: ”Kull ħaġa li tieħu n-​nifs—ħalliha tfaħħar lil Jaħ. Faħħru lil Jaħ!”−Salm 150:6.

Mistoqsijiet għal Reviżjoni

◻ Nies tal-​lum x’jonqsu li japprezzaw dwar dak Alla tal-​Bibbja, Jehovah?

◻ Xi gwerra ġġieled Abraham, u min tah ir-​rebħa?

◻ X’inhu “l-​ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah”?

◻ X’se jkun il-​final tal-​“ktieb tal-​Gwerer taʼ Jehovah,” u fiex se jirriżulta?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja