LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 11/1 pp. 3-5
  • Qaddejja Żghażagħ fi Żminijiet Bibliċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qaddejja Żghażagħ fi Żminijiet Bibliċi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Mosè u Oħrajn Lejali fiż-​Żgħożija
  • David, Ġosija, u Ġeremija
  • Danjel, Ġesù, u Timotew
  • Liema Xorta taʼ Futur Trid Int?
  • Żgħażagħ Ferħanin fis-Servizz taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Kemm tafu sew lil Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Jaqdi “fl-​Aħħar Parti tal-​Jiem”
    Il-Kelma t’Alla Għalina Permezz taʼ Ġeremija
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 11/1 pp. 3-5

Qaddejja Żghażagħ fi Żminijiet Bibliċi

IL-​BIBBJA tgħidilna dwar ħafna nies żgħażagħ mill-​aħjar li ħadu s-​servizz tagħhom lejn Alla bis-​serjetà u li kienu mberkin bil-​kbir talli għamlu hekk. Kemm jekk aħna żgħażagħ jew kbar jew xagħarna griż, dawn l-​eżempji Bibliċi mill-​aħjar jistgħu jipprovdu inkuraġġiment kbir.

Ġużeppi kellu biss 17-il sena meta ġie mibjugħ fi skjavitù lejn l-​Eġittu. Hemm, ’il bogħod mill-​familja tiegħu u mhux taħt għajn dawk li jafuh, Ġużeppi ta prova tal-​integrità tiegħu. Meta l-​mara taʼ Potifar ippruvat tisseduċi lil Ġużeppi, hu qal: “Kif nistaʼ nikkommetti dan il-​ħażen kbir u attwalment nidneb kontra Alla?” Saħansitra quddiem is-​setgħan Farawni, l-​iktar sultan qawwi taʼ żmienu, Ġużeppi ħataf l-​opportunità biex jagħti kredtu lil Alla għall-​interpretazzjoni tal-​ħolm taʼ Farawni. Hu kien imbierek bil-​kbir. Alla wżah biex isalva kemm lill-​Eġizzjani u kemm lill-​familja tiegħu mill-​mewt bil-​ġuħ u biex iġib lil missieru, Ġakobb, u lir-​razza kollha ’l isfel lejn l-​Eġittu.—Ġenesi 37:2; 39:7-9; 41:15, 16, 32.

Mosè u Oħrajn Lejali fiż-​Żgħożija

Bint Farawni ħadet lil Mosè bħala binha stess, imma omm u missier Mosè setgħu jgħallmuh dwar il-​veru Alla. Il-​Bibbja tgħid li meta kiber, Mosè “ma riedx li jissejjaħ bin bint Farawni, billi għażel li jkun maħqur mal-​poplu t’Alla iktar milli jkollu t-​tgawdija temporanja tad-​dnub.” Alla uża lil Mosè biex joħroġ lill-​poplu tiegħu ’l barra mill-​Eġittu, biex jirċievi l-​Liġi f’Sinaj, u biex jikteb biċċa kbira mill-​Bibbja. Hi x’inhi l-​età tiegħek, qiegħed int tiżżviluppa determinazzjoni biex taqdi ’l Alla bħalma għamel Mosè?—Ebrej 11:23-29; Eżodu 2:1-10.

L-Iskrittura tgħidilna dwar “ċkejknin” li semgħu mal-​bqija tal-​ġens meta l-​Liġi t’Alla ġiet moqrija lil Iżrael. (Dewteronomju 31:10-13) “Dawk kollha intelliġenti biżżejjed biex jisimgħu” qagħdu bil-​wieqfa “minn sbieħ il-​jum sa nofs in-​nhar” biex jisimgħu l-​Liġi fi żmien Neħemija. (Neħemija 8:1-8) Anki jekk iċ-​ċkejknin ma fehmux kollox, setgħu japprezzaw li huma kellhom iħobbu, iqimu, u jobdu lil Alla Jehovah. Hi x’inhi l-​età tiegħek, smajt int f’konvenzjonijiet u f’assemblejat fejn il-​Kelma t’Alla ġiet diskussa? Tgħallimt l-​importanza taʼ li tobdih, kif għamlu dawk l-​Iżraeliti żgħażagħ?

David, Ġosija, u Ġeremija

Alla għażel lil David, l-​iżgħar mit-​tmien ħutu subien, għal servizz speċjali u qal dwaru: “Jien sibt lil David bin Ġesse, raġel li jaqbel għal qalbi, li se jagħmel l-​affarijiet kollha li nixtieq jien.” Alla għażlu biex ikun “ragħaj” tal-​poplu tiegħu, u David wettaq dak is-​servizz, waqt li ta prova tal-​imħabba tiegħu għal Jehovah matul ħafna snin. Hu kiteb iktar minn 70 mis-​Salmi u sar antenat taʼ Ġesù Kristu. Kemm jekk inti żagħżugħ jew kbir, tapprezzahom int il-​mogħdijiet t’Alla, u tagħmel int l-​affarijiet li jixtieq hu, bħalma għamel David?—Atti 13:22; Salm 78:70, 71; 1 Samwel 16:10, 11; Luqa 3:23, 31.

Ġosija sar sultan meta kellu biss tmien snin. Taʼ madwar 15-il sena, “meta kien għadu tifel, hu beda jfittex għal dak Alla taʼ David missieru tal-​qedem.” Qabel ma għalaq il-​20, Ġosija beda kampanja kontra l-​qima falza. Iktar tard, hu ġiegħel li jissewwa t-​tempju, u rrestawra l-​qima pura fl-​art. Naqraw: “Jiemu kollha ma darux fil-​ġenb milli jsegwu lil Jehovah dak Alla taʼ misserijiethom tal-​qedem.” Aħna ma nistgħux inkunu kollha sultan bħal Ġosija, imma aħna nistgħu naqdu ’l Alla u nieqfu sodi kontra l-​qima falza, hi x’inhi l-​età tagħna.—2 Kronaki 34:3, 8, 33.

Alla li jistaʼ kollox qal lil Ġeremija: “Qabel ma kont qed insawrek fiż-​żaqq kont nafek u qabel ma int issoktajt toħroġ mill-​ġuf jien qaddistek. Profeta għall-​ġnus għamiltek.” Ġeremija pprotesta li hu kien għadu żgħir wisq biex ikun profeta: “Jaħasra, O Mulej Sovran Jehovah! Hawn jien attwalment ma nafx kif nitkellem, għax jien sempliċi tifel.” Jehovah irrispondieh: “Tgħidx, ‘Jien sempliċi tifel.’ Imma għand dawk kollha li għandhom se nibagħtek, għandek tmur; u kull ħaġa li se nikkmandak, għandek titkellem.” Għal iktar minn 40 sena Ġeremija għamel eżatt dak, u saħansitra meta ried iċedi, ma setax jieqaf. Il-​kelma t’Alla “wriet li kienet bħal nar jaqbad magħluq f’għadm[u].” Hu ried bil-​fors jitkellem! Hi x’inhi l-​eta tiegħek qiegħed int tiżżviluppa x-​xorta taʼ fidi li kellu Ġeremija, billi timxi ’l quddiem fis-​servizz t’Alla bil-​mod li għamel hu?—Ġeremija 1:4-8; 20:9.

Danjel, Ġesù, u Timotew

Ma smajtx b’Danjel? Hu għandu mnejn kellu ħafna inqas minn 20 sena meta hu nġarr maʼ “tfal” oħra bħala rsiera lejn il-​qorti tas-​setgħan Nebukadneżżar, is-​sultan taʼ Babilonja. Minkejja ż-​żgħożija taʼ Danjel, hu kien determinat li jobdi lil Alla. Danjel u sħabu rrifjutaw li jniġġsu lilhom infushom b’ikel li forsi kien imur kontra l-​Ligi t’Alla jew kien imniġġes b’ritwali pagani. Għal iktar minn 80 sena, Danjel qatt ma ċeda, billi żamm l-​integrità tiegħu sal-​punt li rrifjuta li jieqaf jitlob lil Alla, saħansitra għalkemm dan kellu jirriżulta f’li jkun mitfugħ lill-​iljuni. Tikkunsidrahom int is-​servizz tiegħek lejn Alla u t-​talb tiegħek daqshekk bis-​serjetà? Hekk għandek tagħmel.—Danjel 1:3, 4, 8; 6:10, 16, 22.

Fl-età taʼ 12-il sena, Ġesù nstab bil-​qiegħda f’nofs il-​għalliema reliġjużi fit-​tempju f’Ġerusalemm, “jismaʼ mingħandhom u jistaqsihom. Imma dawk kollha li kienu jisimgħu mingħand [iż-żagħżugħ Ġesù] kienu fi stagħġib il-​ħin kollu għall-​fehma tiegħu u t-​tweġibiet tiegħu.” Kienet tinteressak diskussjoni Skritturali bejn irġiel ixjeħ fit-​tempju bħalma interessat lil Ġesù? Kienu oħrajn jibqgħu mbellħin bil-​fehma u t-​tweġibiet tiegħek? Illum, ħafna Xhieda żgħażagħ li jistudjaw, jisimgħu bir-​reqqa, u jipparteċipaw fil-​laqgħat Kristjani għandhom għarfien Skritturali li jissorprendi lil uħud akbar.—Luqa 2:42, 46, 47.

Inti bħal Timotew, li bħala tifel ġie mgħallem “il-​kitbiet qaddisa”? Meta kien żagħżugħ, Timotew “kien irrapportat tajjeb dwaru mill-​aħwa” f’minn tal-​inqas żewġ kongregazzjonijiet. L-​appostlu Pawlu għażel lil Timotew biex jivvjaġġa miegħu, mhux sempliċement biex iġorr l-​affarijiet, imma biex igħin lil Pawlu f’li jgħallem lil oħrajn. Kieku int tkun magħżul għal privileġġi bħal dawn? L-​attività tiegħek hija ‘irrapportata tajjeb,’ mhux biss fil-​kongregazzjoni tiegħek stess imma wkoll f’oħrajn?—2 Timotew 3:15; Atti 16:1-4.

Liema Xorta taʼ Futur Trid Int?

Huwa possibbli għal żgħażagħ illum li jkunu lejali bħalma kienu Ġużeppi, Mosè, David, u oħrajn? Iva huwa. Veru, ħafna żgħażagħ huma interessati biss f’li jgawdu. Imma oħrajn qed jużaw iż-​żgħożija tagħhom bil-​għaqal, billi jsiru jafu lil Alla u r-​rieda tiegħu għalihom. Dawn iwettqu l-​profezija Biblika: “In-​nies tiegħek se joffru lilhom infushom minn rajhom fil-​jum tal-​forza militari tiegħek. . . . Int għandek il-​kumpanija tiegħek taʼ rġiel żgħażagħ l-​istess bħal qtar tan-​nida.”—Salm 110:3.

Żgħażagħ mill-​aħjar bħal dawn juru għerf kbir għall-​età tagħhom, ladarba Alla jistaʼ jgħinhom biex jagħmlu suċċess mill-​ħajja preżenti tagħhom kif ukoll jagħtihom futur glorjuż fid-​dinja l-​ġdida li ġejja. (1 Timotew 4:8) Kif, iżda, jistaʼ żagħżugħ modern jiżżviluppa fidi bħal taʼ dawn iż-​żgħażagħ imsemmijin fil-​Bibbja? Jekk trid tkun taf, nistednuk biex taqra l-​artiklu “Żgħażagħ Ferħanin fis-​Servizz taʼ Jehovah,” li jibda f’paġna 6 taʼ din ir-​rivista.

[Stampi f’paġna 4]

Għalkemm Ġeremija ħass li kien “sempliċi tifel,” hu ppriedka b’mod karaġġuż messaġġ li ma kienx popolari

Taʼ 12-il sena, Ġesù għaġġeb lill-​anzjani tiegħu bil-​fehma tiegħu tal-​Kelma t’Alla

[Stampa f’paġna 5]

F’Iżrael saħansitra ż-​żgħar semgħu meta l-​Liġi t’Alla kienet tinqara. Inti tismaʼ?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja