LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 10/15 pp. 12-16
  • Dejjem Iġri Wara l-Qalb Tajba bl-Imħabba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dejjem Iġri Wara l-Qalb Tajba bl-Imħabba
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Qalb Tajba Tagħmilna Ospitabbli u Mhux Egoisti
  • Il-​Qalb Tajba Ġġagħalna Nuru Konsiderazzjoni
  • Il-​Qalb Tajba Ssaħħaħ ir-​Rabtiet
  • Meta n-​Nisa Juru Qalb Tajba
  • Ibqaʼ Iġri Wara l-​Qalb Tajba bl-​Imħabba
  • Uri l-Qalb Tajba bl-Imħabba maʼ Dawk fil-Bżonn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ħalli “l-Liġi tal-Qalb Tajba bl-Imħabba” Tħarislek Ilsienek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Nibbenefikaw mill-Qalb Tajba bl-Imħabba taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ogħġob lil Jehovah Billi Tkun Qalbek Tajba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 10/15 pp. 12-16

Dejjem Iġri Wara l-​Qalb Tajba bl-​Imħabba

“Dak li qed jiġri wara t-​tjieba u l-​qalb tajba bl-​imħabba se jsib ħajja, tjieba u glorja.”−PROVERBJI 21:21.

1. Għala għandna nistennew li dawk li huma ggwidati mill-​ispirtu t’Alla juru qalb tajba?

JEHOVAH għandu qalbu tajba u jagħder. Huwa “Alla kollu ħniena u twajjeb, idum biex jirrabja u abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità.” (Eżodu 34:​6, 7) Mhux taʼ b’xejn, mela, li l-​frott tal-​ispirtu qaddis tiegħu jinkludi l-​imħabba u l-​qalb tajba.​—Galatin 5:​22, 23.

2. X’eżempji se nikkunsidraw issa?

2 Dawk li huma ggwidati mill-​ispirtu qaddis, jew il-​forza attiva, taʼ Jehovah juru l-​frott tal-​qalb tajba. Huma juru qalb tajba bl-​imħabba fir-​relazzjonijiet tagħhom maʼ oħrajn. Tabilħaqq, huma jsegwu l-​eżempju tal-​appostlu Pawlu, billi jirrikkmandaw lilhom infushom bħala ministri t’Alla “bil-​qalb tajba” u b’modi oħra. (2 Korintin 6:​3-10) L-​ispirtu tagħhom taʼ qalb tajba, mogħdrija, u li jaħfer, huwa f’armonija mal-​personalità taʼ Jehovah, li hu “abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba” u li fil-​Kelma tiegħu nsibu ħafna eżempji taʼ qalb tajba. (Salm 86:15; Efesin 4:32) X’nistgħu nitgħallmu minn xi wħud min dawn?

Il-​Qalb Tajba Tagħmilna Ospitabbli u Mhux Egoisti

3. Abraham kif kien eżemplari f’li juri qalb tajba, u liema inkuraġġiment jagħti Pawlu f’dan ir-​rigward?

3 Il-​patrijarka Abraham (Abram)​—“il-​ħabib taʼ Jehovah” u “l-​missier taʼ dawk kollha li għandhom fidi”−ta eżempju mill-​aħjar f’li juri qalb tajba. (Ġakbu 2:23; Rumani 4:11) Għall-​kmand t’Alla, hu u l-​familja tiegħu inkluż neputih Lot, telqu mill-​belt tal-​Kaldin jisimha Ur u daħlu f’Kangħan. Għalkemm Abraham kien l-​ixjeħ raġel u l-​kap tal-​familja, hu kien qalbu tajba u mhux egoist f’li jħalli lil Lot jieħu l-​aqwa artijiet għall-​mergħa, waqt li hu nnifsu ħa dak li kien fadal. (Ġenesi 13:​5-18) Qalb tajba bħal din tistaʼ tqanqalna biex inħallu lill-​oħrajn ikollhom vantaġġi bi spiża għalina. Qalb tajba bla egoiżmu bħal din hija f’armonija mal-​parir tal-​appostlu Pawlu: “Ħalli kull wieħed jibqaʼ jfittex, mhux il-​vantaġġ tiegħu stess, imma dak tal-​persuna l-​oħra.” Pawlu nnifsu ‘għoġob lin-​nies kollha f’kollox, mhux billi fittex il-​vantaġġ tiegħu stess imma dak tal-​ħafna, sabiex jistgħu jiġu salvati.’​—1 Korintin 10:​24, 33.

4. Abraham u Sara kif kienu ppremjati talli wrew qalb tajba fil-​forma taʼ ospitalità?

4 Xi drabi l-​qalb tajba tieħu l-​forma taʼ ospitalità mill-​qalb. Abraham u martu, Sara, kienu qalbhom tajba u ospitabbli lejn tliet stranġieri li jum wieħed kienu għaddejjin minn ħdejhom. Abraham sfurzahom biex jibqgħu magħhom għal ftit żmien, waqt li hu u Sara malajr malajr ippreparaw ikla mill-​aħjar għall-​viżitaturi. Dawk l-​istranġieri ma kinux ħlief l-​anġli taʼ Jehovah, u wieħed minnhom għadda l-​wegħda li Sara li kienet imdaħħla sew fiż-​żmien u bla tfal kellha jkollha iben. (Ġenesi 18:1-15) X’rigal dak għall-​ospitalità b’qalb tajba!

5. Gajus b’liema mod wera qalb tajba, u kif nistgħu aħna nagħmlu xi ħaġa simili?

5 Mod wieħed kif il-​Kristjani kollha jistgħu juru l-​qalb tajba hu billi jkunu ospitabbli. (Rumani 12:13; 1 Timotew 3:​1, 2) Fi qbil maʼ dan, il-​qaddejja taʼ Jehovah jestendu b’qalb tajba l-​ospitalità lejn indokraturi li jivvjaġġaw. Dan ifakkarna fil-​qalb tajba murija mill-​Kristjan tal-​ewwel seklu Gajus. Hu wettaq “xogħol fidil” f’li laqaʼ aħwa rġiel b’mod ospitabbli​—u huma kienu “stranġieri” li ma kienx jafhom qabel. (3 Ġwann 5-8) Is-​soltu aħna nkunu nafuhom lil dawk li nestendulhom l-​ospitalità mill-​qalb. Forsi ninnotaw li oħt spiritwali hija minsija. Żewġha jistaʼ jkun wieħed li ma jemminx jew saħansitra bniedem li ġie maqtugħ mis-​sħubija. X’opportunità biex nuru qalb tajba billi nistednuha biex tgawdi sħubija spiritwali u xi ikla mal-​familja tagħna kultant żmien! Għalkemm ma nagħmlux xi festa kbira, żgur li l-​familja tagħna se ssib il-​ferħ f’li turi l-​qalb tajba lil xi oħt bħal din. (Qabbel Proverbji 15:17.) U hi bla dubju se tesprimi l-​gratitudni tagħha bil-​kliem jew billi tikteb xi nota taʼ ringrazzjament.

6. Lidja kif uriet qalb tajba, u għala huwa importanti li turi apprezzament għall-​egħmejjel taʼ qalb tajba?

6 Wara li l-​mara devota Lidja kienet imgħammda, “hi qalet b’supplika: ‘Jekk intom l-​irġiel [Pawlu u l-​imseħbin tiegħu] iġġudikajtuni li jien leali lejn Jehovah, idħlu fid-​dar tiegħi u ibqgħu hemm.’ U hi sempliċement ġegħlitna niġu,” żied Luqa. Bla dubju, il-​qalb tajba taʼ Lidja kienet apprezzata. (Atti 16:​14, 15, 40) Imma nuqqas taʼ li wieħed juri apprezzament jistaʼ jkun traġiku. Darba minnhom, oħt taʼ 80 sena, li ma tantx kienet f’saħħitha u ma tantx kienet tat-​tajjeb, bil-​qalb tajba kollha ħadet ix-​xogħol biex tipprepara ikla għal ftit mistednin. Hi speċjalment kienet iddiżappuntata meta żagħżugħ lanqas biss qalilha li ma setax jiġi. F’okkażjoni oħra, żewġt aħwa nisa naqsu li jmorru għall-​ikla li oħt żagħżugħa ppreparat speċjalment għalihom. “Ħassejtni mfarrka,” qalet hi, “għax ebda waħda minnhom ma kienet insiet. . .. Kont nippreferi nismaʼ li huma kienu nsew dwar l-​ikla, imma minflok l-​ebda waħda ma kienet qalbha tajba u ma wriet imħabba biex iċċempilli.” Kienet il-​frotta tal-​ispirtu qaddis tal-​qalb tajba tqanqlek biex turi apprezzament u turi li tagħti kas taħt ċirkustanzi simili?

Il-​Qalb Tajba Ġġagħalna Nuru Konsiderazzjoni

7. Liema punt rigward il-​qalb tajba huwa muri bl-​isforz magħmul biex jaqtgħu x-​xewqa taʼ fejn kellu jindifen Ġakobb?

7 Il-​qalb tajba għandha ġġagħalna nikkunsidraw lil oħrajn u lill-​istess xewqat tagħhom. Biex nagħtu eżempju: Ġakobb (Iżrael) talab lil ibnu Ġużeppi biex jeżerċita l-​qalb tajba bl-​imħabba miegħu billi ma jidfnux fl-​Eġittu. Għalkemm dan kien jirrikjedi li l-​ġisem taʼ Ġakobb jinġarr għal distanza mhux ħażin, Ġużeppi u l-​ulied subien l-​oħra taʼ Ġakobb “ġarrewh fl-​art taʼ Kangħan u difnuh fil-​għar tal-​għalqa taʼ Makpelah, il-​għalqa li Abraham kien xtara biex ikollu post taʼ difna mingħand Efron il-​Ħitti quddiem Mamre.” (Ġenesi 47:29; 49:​29-31; 50:​12, 13) Fi qbil maʼ dak l-​eżempju, m’għandhiex il-​qalb tajba bl-​imħabba tqanqalna biex naqtgħu x-​xewqa taʼ xi membru Kristjan tal-​familja għal arranġamenti tad-​difna li jaqblu mal-​Iskrittura?

8. Il-​każ taʼ Raħab x’igħallimna dwar li nħallsu lura l-​qalb tajba?

8 Meta oħrajn juruna qalb tajba bl-​imħabba, m’għandniex aħna nesprimu apprezzament jew inpattuhulu b’xi mod? Żgur li hekk għandna nagħmlu. Raħab il-​prostituta wriet qalb tajba billi ħbiet l-​ispiji Iżraeliti. B’hekk, l-​Iżraeliti wrewha qalb tajba bl-​imħabba billi ppreservaw lilha u lil taʼ darha meta huma kienu se jeqirdu l-​belt taʼ Ġeriko. (Ġożwè 2:1-21; 6:​20-23) X’eżempju mill-​aħjar li jindika li għandna nħallsu lura l-​qalb tajba billi nuru konsiderazzjoni u qalb tajba aħna stess!

9. Għala kieku inti tgħid li huwa xieraq li nitolbu lil xi ħadd biex jurina qalb tajba bl-​imħabba?

9 Safejn hu kkonċernat dan, huwa xieraq li nitolbu lil xi ħadd biex juri qalb tajba bl-​imħabba lejna. Dan sar minn Ġonatan, bin l-​ewwel sultan taʼ Iżrael, Sawl. Ġonatan talab lill-​maħbub ħabib tiegħu David li kien iżgħar minnu biex juri qalb tajba bl-​imħabba miegħu u maʼ taʼ daru. (1 Samwel 20:​14, 15; 2 Samwel 9:​3-7) David ftakar f’dan meta hu tħallas minn Sawl talli kien qarraq bil-​Gibjoniti. Billi ftakar “il-​ħalfa taʼ Jehovah” bejnu u bejn Ġonatan, David eżerċita l-​qalb tajba bl-​imħabba u ħeles mill-​mewt lil bin Ġonatan Mefiboxet. (2 Samwel 21:​7, 8) Aħna bl-​istess mod iinħallu l-​Iva tagħna tfisser Iva’? (Ġakbu 5:12) U jekk aħna anzjani fil-​kongregazzjoni, nagħdru aħna bl-​istess mod meta sħabna fit-​twemmin ikunu jinħtieġu qalb tajba bl-​imħabba?

Il-​Qalb Tajba Ssaħħaħ ir-​Rabtiet

10. Il-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Rut kif ġiet imbierka?

10 Il-​qalb tajba bl-​imħabba ssaħħaħ ir-​rabtiet tal-​familja u ġġib ’il quddiem il-​hena. Dan kien muri fil-​każ taʼ Rut il-​Moabita. Hi kienet titħabat bħala waħda li tlaqqat wara l-​ħsad fil-​għalqa tax-​xwejjaħ Bogħaż qrib Betlem, billi pprovdiet ikel għaliha stess u għall-​kunjata armla tagħha li kienet fil-​bżonn, Naomi. (Rut 2:​14-18) Bogħaż iktar tard qal lil Rut: “Int esprimejt il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek aħjar fl-​aħħar darba milli fl-​ewwel darba, f’li ma tmurx wara l-​imseħbin żgħażagħ kemm jekk huma fqar jew sinjuri.” (Rut 3:10) L-​ewwel, Rut uriet qalb tajba bl-​imħabba lil Naomi. “Fl-​aħħar darba,” il-​Moabita wriet qalb tajba bl-​imħabba billi kienet lesta li tiżżewweġ lix-​xwejjaħ Bogħaż sabiex tqajjem isem għar-​raġel mejjet tagħha u għax-​xwejħa Naomi. Permezz taʼ Bogħaż, Rut saret omm in-​nannu taʼ David, Obed. U Alla taha l-​“ħlas perfett” taʼ li tkun waħda mill-​antenati taʼ Ġesù Kristu. (Rut 2:12; 4:​13-17; Mattew 1:​3-6, 16; Luqa 3:​23, 31-33) Il-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Rut kemm kienet tfisser barkiet għaliha u għall-​familja tagħha! Illum, barkiet, hena, u tisħiħ tar-​rabtiet tal-​familja wkoll iseħħu meta l-​qalb tajba bl-​imħabba tiffjorixxi fi djar qaddisin.

11. Il-​qalb tajba taʼ Filemon kellha liema effett?

11 Il-​qalb tajba ssaħħaħ ir-​rabtiet fil-​kongregazzjonijiet tal-​poplu taʼ Jehovah. Ir-​raġel Kristjan Filemon kien magħruf talli wera qalb tajba bl-​imħabba maʼ sħabu fit-​twemmin. Pawlu qallu: “Jien dejjem nirringrazzja lil Alla tiegħi meta nsemmik fit-​talb tiegħi, hekk kif inkompli nismaʼ dwar l-​imħabba u l-​fidi tiegħek li int għandek lejn il-​Mulej Ġesù u lejn il-​qaddisin kollha . . . Jien ħadt ħafna ferħ u faraġ minħabba l-​imħabba tiegħek, għaliex l-​affezzjonijiet teneri tal-​qaddisin ġew imserrħin permezz tiegħek, ħu.” (Filemon 4-7) L-​Iskrittura ma tgħidx kif l-​affezzjonijiet teneri tal-​qaddisin kienu rrifreskati permezz taʼ Filemon. Madankollu, hu bil-​fors li wera qalb tajba bl-​imħabba maʼ sħabu midlukin b’diversi modi li wrew li kienu rifreskanti għalihom, u dan bla dubju saħħaħ ir-​rabtiet taʼ bejniethom. Affarijiet simili jiġru meta Kristjani juru l-​qalb tajba bl-​imħabba llum.

12. X’irriżulta mill-​qalb tajba murija minn Onesiforus?

12 Il-​qalb tajba taʼ Onesiforus ukoll kellha effett tajjeb. “Jalla l-​Mulej jagħti ħniena lin-​nies tad-​dar taʼ Onesiforus,” qal Pawlu, “għaliex hu spiss ġabli serħan, u ma sarx jistħi minħabba l-​ktajjen tiegħi. Għall-​kuntrarju, meta nzerta li kien f’Ruma, hu b’mod għaqli fittixni u sabni. Jalla l-​Mulej jagħtih li jsib ħniena mingħand Jehovah dak in-​nhar. U s-​servizzi kollha li hu ta f’Efesu int tafhom sewwa biżżejjed.” (2 Timotew 1:​16-18) Jekk aħna neżerċitaw lilna nfusna biex nuru qalb tajba bl-​imħabba maʼ sħabna fit-​twemmin, aħna se nkunu henjin u se nkunu qed insaħħu r-​rabtiet tal-​affezzjoni tal-​aħwa fil-​kongregazzjoni Kristjana.

13, 14. Il-​kongregazzjoni taʼ Filippi kif kienet eżemplari, u Pawlu kif wieġeb għall-​qalb tajba tagħha?

13 Meta l-​kongregazzjoni kollha kemm hi turi l-​qalb tajba bl-​imħabba lejn sħabhom fil-​qima, dan isaħhaħ ir-​rabta bejniethom. Rabta mill-​qrib bħal din eżistiet bejn Pawlu u l-​kongregazzjoni fil-​belt taʼ Filippi. Fil-​fatt, raġuni waħda għala hu kiteb l-​ittra tiegħu lill-​Filippin kienet biex hu jesprimi gratitudni għall-​qalb tajba tagħhom u għall-​għajnuna materjali. Hu kiteb: “Fil-​bidu taʼ li niddikjara l-​aħbar tajba, meta jien tlaqt minn Maċedonja, lanqas kongregazzjoni waħda ma ħadet sehem miegħi fil-​kwistjoni taʼ li tagħti u tirċievi, ħlief intom waħedkom; għaliex, saħansitra f’Tessalonika, intom bgħattu xi ħaġa lili kemm darba u kemm it-​tieni darba għall-​bżonn tiegħi. . .. Għandi l-​affarijiet kollha bis-​sħiħ u għandi abbundanza. Jien mimli, issa li rċevejt mingħand Epafroditus l-​affarijiet mingħandkom, riħa li tinxtamm ħelwa, sagrifiċċju aċċettabbli, li jogħġob sewwa lil Alla.”−Filippin 4:​15-18.

14 Mhux taʼ b’xejn li l-​Filippin kienu msemmijin fit-​talb taʼ Pawlu! Hu qal: “Jien niżżi ħajr lil Alla tiegħi dejjem kull meta niftakar fikom f’kull tħannina tiegħi għalikom ilkoll hekk kif noffri t-​tħannin tiegħi bil-​ferħ, minħabba l-​kontribuzzjoni li tajtu għall-​aħbar tajba mill-​ewwel jum sa dan il-​mument.” (Filippin 1:​3-5) Appoġġ ħanin u ġeneruż bħal dan tax-​xogħol tal-​ippridkar tas-​Saltna qatt ma se jagħmel lil xi kongregazzjoni fqira. Wara li l-​Filippin b’qalb tajba għamlu dak kollu li setgħu f’dan ir-​rigward, Pawlu assigurahom: “Mill-​banda l-​oħra, Alla tiegħi se jforni bis-​sħiħ il-​bżonn kollu tagħkom skond kemm għandu rikkezzi fi glorja permezz taʼ Kristu Ġesù.” (Filippin 4:19) Iva, Alla jħallas lura l-​qalb tajba u l-​ġenerożità. Il-​Kelma tiegħu tgħid: “Kull wieħed, jagħmel liema ġid jistaʼ jagħmel, se jirċievi dan lura mingħand Jehovah.”−Efesin 6:8.

Meta n-​Nisa Juru Qalb Tajba

15, 16. (a) Il-​qalb tajba taʼ Dorkas kif ftakru fiha, u x’ġara meta mietet? (b) Nisa Kristjani taʼ qalb tajba kif huma abbundanti fl-​egħmejjel tajbin illum?

15 Il-​qalb tajba bl-​imħabba tad-​dixxipla Dorkas (Tabita) minn Ġoppa ma baqgħetx bla ma ġiet ippremjata. “Hi kienet kotrana f’egħmejjel tajbin u għotjiet taʼ ħniena,” u meta ‘mardet u mietet,’ id-​dixxipli bagħtu għal Pietru f’Lidda. Malli wasal, “huma mexxewh ’il fuq fil-​kamra taʼ fuq; u r-​romol kollha ppreżentaw ruħhom lilu jibku u juru ħafna lbiesi taʼ taħt u lbiesi taʼ fuq li Dorkas kienet tagħmel waqt li kienet magħhom.” Ġib quddiem għajnejk dik ix-​xena: Romol imnikktin u mbikkijin qalu lill-​appostlu kemm kellha qalbha tajba Dorkas u wrewh dawk il-​ħwejjeġ bħala evidenza tal-​imħabba u l-​qalb tajba tagħha. Billi bagħat lil kulħadd ’il barra, Pietru niżel għarkobbtejh f’talba u dar lejn il-​ġisem. Isma’! Hu qal: “Tabita, qum!” U ħares! “Hi fetħet għajnejha u, hekk kif lemħet lil Pietru, qamet bil-​qiegħda. Billi taha idu, hu qajjimha ’l fuq, u sejjaħ lill-​qaddisin u lir-​romol u pprezentaha ħajja.” (Atti 9:​36-41) X’barka dik mingħand Alla!

16 Dan kien l-​ewwel irxoxt irrekordjat li twettaq minn appostlu taʼ Ġesù Kristu. U ċ-​ċirkustanzi li wasslu għal dan il-​miraklu tal-​għaġeb kellhom l-​egħruq fil-​qalb tajba. Min jistaʼ jgħid jekk Dorkas kinetx tiġi mqajma għall-​ħajja li kieku hi ma kinetx abbundanti fl-​egħmejjel tajbin u rigali taʼ ħniena​—kieku hi ma kinetx abbundanti fil-​qalb tajba bl-​imħabba? Mhux talli Dorkas u dawk ir-​romol ġew imberkin imma l-​miraklu tal-​irxoxt ta xiehda tal-​glorja t’Alla. Iva, “dan sar magħruf maʼ Ġoppa kollu, u ħafna saru jemmnu fil-​Mulej.” (Atti 9:42) Illum, nisa Kristjani taʼ qalb tajba wkoll huma abbundanti fl-​egħmejjel tajbin​—forsi jħitu ħwejjeġ għal sħabhom fit-​twemmin, jippreparaw ikliet għax-​xjuħ fostna, jestendu ospitalità lil oħrajn. (1 Timotew 5:​9, 10) X’xiehda hi din għall-​osservaturi! lmma l-​iktar, kemm aħna henjin li d-​devozzjoni lejn Alla u l-​qalb tajba bl-​imħabba jqanqlu lil din l-​‘armata kbira taʼ nisa biex igħidu l-​aħbar tajba’ għall-​glorja t’Alla tagħna, Jehovah!​—Salm 68:11.

Ibqaʼ Iġri Wara l-​Qalb Tajba bl-​Imħabba

17. X’jintqal fi Proverbji 21:​21, u dawn il-​kelmiet kif japplikaw għal individwi qaddisa?

17 Dawk kollha li jixtiequ l-​favur t’Alla jridu jiġru wara l-​qalb tajba bl-​imħabba. “Dak li qed jiġri wara t-​tjieba u l-​qalb tajba bl-​imħabba se jsib ħajja, tjieba u glorja,” jgħid proverbju għaref. (Proverbji 21:21) Bniedem qaddis jiġri b’mod diliġenti wara t-​tjieba t’Alla, billi dejjem jiġi ggwidat mil-​livelli divini. (Mattew 6:33) Hu kontinwament juri imħabba leali, jew qalb tajba bl-​imħabba, maʼ oħrajn b’modi materjali u speċjalment spiritwali. B’hekk, hu jsib it-​tjieba, għax l-​ispirtu taʼ Jehovah igħinu biex igħix b’mod tajjeb. Fil-​fatt, huwa ‘mlibbes bit-​tjieba’ bħalma kien il-​bniedem qaddis Ġob. (Ġob 29:14) Bniedem bħal dan ma jfittixx il-​glorja tiegħu nnifsu. (Proverbji 25:27) Minflok, hu jieħu dik il-​glorja li Jehovah jħallih jirċievi, forsi fil-​forma taʼ rispett minn sħabu bnedmin imqanqlin minn Alla biex jimxu b’qalb tajba miegħu minħabba l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu lejhom. Barra minn hekk, dawk li lealment qed jagħmlu r-​rieda t’Alla se jsibu l-​ħajja​—mhux sempliċement għal ftit snin li jgħaddu malajr imma għal dejjem.

18. Għala għandna niġru wara l-​qalb tajba bl-​imħabba?

18 Għalhekk, ħalli dawk kollha li jħobbu lil Alla Jehovah ikomplu jiġru wara l-​qalb tajba bl-​imħabba. Din il-​kwalità tħabbibna maʼ Alla u maʼ oħrajn. Iġġib ’il quddiem l-​ospitalità u tgħinna nuru konsiderazzjoni. Il-​qalb tajba ssaħħaħ ir-​rabta fil-​familja u fil-​kongregazzjoni Kristjana. Nisa li juru qalb tajba bl-​imħabba huma apprezzati u miżmumin fuq wiċċ l-​idejn. U dawk kollha li qed jiġru wara din il-​kwalità sabiħa ferm iġibu glorja lil dak Alla tal-​qalb tajba bl-​imħabba, Jehovah.

Kieku Int Kif Tweiġeb?

◻ Abraham kif kien eżemplari f’li juri qalb tajba?

◻ Il-​każ taʼ Raħab x’igħallimna dwar li nħallsu lura l-​qalb tajba?

◻ Il-​kongregazzjoni taʼ Filippi kif uriet qalb tajba?

◻ Nisa Kristjani taʼ qalbhom tajba kif huma abbundanti fl-​egħmejjel tajbin illum?

◻ Għala għandna niġru wara l-​qalb tajba bl-​imħabba?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja