LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 3/1 pp. 5-6
  • Hija Kwalunkwe Reliġjon Tajba Biżżejjed?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hija Kwalunkwe Reliġjon Tajba Biżżejjed?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ħtieġa li Tagħżel
  • Kif Tagħżel ir-​Reliġjon it-​Tajba
  • Il-​Verità u l-​Frott
  • Il-​Vera Reliġjon Qed Tiġi Pprattikata Llum
  • X’Jgħallmu r-Reliġjonijiet Foloz Dwar Alla?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • It-Tmiem tar-Reliġjon Falza Huwa fil-Qrib!
    It-Tmiem tar-Reliġjon Falza Huwa fil-Qrib!
  • Tassew Jgħodd X’Reliġjon Għandek
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Ninħelsu mir-Reliġjon Falza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 3/1 pp. 5-6

Hija Kwalunkwe Reliġjon Tajba Biżżejjed?

“Id-​destin taʼ żmienna huwa traġiku. Neħtieġu reliġjon, imma mkien ma nsibu Alla li jabel għaliha.”​—Lucian Blaga poeta, u filosfu Rumen

“Ir-​reliġjon u l-​kleru kienu u għadhom, u forsi jibqgħu għal żmien twil, fost l-​akbar għedewwa tal-​progress u tal-​ħelsien.”​—Khristo Botev, poeta Bulgaru

IL-​KWOTAZZJONIJIET li hawn maʼ dan l-​artiklu jidwu d-​dilemma li fiha jsibu rwieħhom ħafna nies sinċieri. Fil-​fond taʼ qalbhom huma jħossu l-​ħtieġa għal reliġjon, imma l-​Alla misterjuż li l-​kleru jgħallmu dwaru m’huwiex Alla li jistgħu jifhmuh u jħobbuh. Barra minn hekk, huma jirrealizzaw li l-​kleru u r-​reliġjonijiet tagħhom għamlu ħafna affarijiet biex ifixklu l-​progress u l-​ħelsien tal-​bniedem. Iva, waqt li l-​ħtieġa għal reliġjon qed tiġi iktar rikonoxxuta, nies onesti mhux se jikkuntentaw sempliċement bi kwalunkwe reliġjon.

Fis-seklu 18, il-​filosfu Franċiż Voltaire għamel distinzjoni interessanti. Hu kiteb: “Ir-​reliġjon, tgħidu intom, ipproduċiet għemejjel infami bla għadd. Intom għandkom minflok tgħidu s-​superstizzjoni, is-​superstizzjoni li qed tirrenja fuq il-​globu tal-​biki tagħna. Is-​superstizzjoni hija l-​għadu l-​iktar kiefer tal-​qima pura li aħna għandna nagħtu lill-​Esseri Suprem.” Voltaire tqabad kontra l-​intolleranza reliġjuża taʼ żmienu, imma hu żamm it-​twemmin tiegħu f’Alla bħala l-​Ħallieq tal-​univers. Hu ra d-​distinzjoni bejn ir-​reliġjon vera u dik falza.

Il-​Ħtieġa li Tagħżel

Mhux kulħadd jaqbel maʼ Voltaire. Xi wħud isostnu li jaraw it-​tajjeb f’kull reliġjon; b’hekk, huma ma jħossu l-​ebda ħtieġa li jfittxu l-​vera reliġjon. Individwi bħal dawn għandhom jagħtu kas it-​twissija mogħtija mill-​profeta Isaija, li kiteb: “Gwaj għal dawk li qegħdin igħidu li t-​tajjeb huwa ħażin u li l-​ħażin huwa tajjeb, dawk li qegħdin ipoġġu d-​dlam għad-​dawl u d-​dawl għad-​dlam, dawk li qegħdin ipoġġu l-​morr għall-​ħelu u l-​ħelu għall-​morr!” (Isaija 5:20) Ir-​reliġjon falza pproduċiet dak li hu ħażin għall-​umanità. Ir-​riżultat fi dlam spiritwali u ħalliet togħma morra fil-​ħluq taʼ nies taʼ qalb onesta.

Il-għażla, għalhekk, m’hijiex bejn li tkun ateu u li temmen fi kwalunkwe reliġjon. M’hijiex daqshekk sempliċi. Ladarba wieħed ikun ħass il-​ħtieġa għal Alla, dak il-​wieħed irid ifittex il-​vera reliġjon. Kif poġġieha tajjeb ir-​riċerkatur Émile Poulat f’Le Grand Atlas des Religions (L-Atlas il-​Kbir tar-​Reliġjonijiet): “L-​affarijiet [li r-​reliġjonijiet] igħallmu u jesiġu jvarjaw tant li huwa mpossibbli li temminhom kollha.” Fi qbil maʼ dan, l-​Encyclopoedia Universalis (l-Enċiklopedija Universali) tgħid: “Li kieku s-​seklu 21 veru jerġaʼ lura għar-​reliġjon, . . . il-​bniedem ikollu jiddeċiedi jekk l-​affarijiet sagri li qed jiġi offrut humiex veri jew foloz.”

Kif Tagħżel ir-​Reliġjon it-​Tajba

X’se jiggwidana biex nagħżlu r-​reliġjon it-​tajba? L-​Encyclopedia Universalis hija korretta meta turi l-​importanza tal-​verità. Reliġjon li tgħallem il-​gideb ma tistax tkun vera. L-​akbar profeta li qatt mexa fuq l-​art stqarr: “Alla huwa Spirtu, u dawk li qed iqimuh iridu jqimu bl-​ispirtu u l-​verità.”−Ġwann 4:24.

Dak il-​profeta kien Ġesù Kristu, u hu ddikjara wkoll: “Kunu għassa għall-​għalliema reliġjużi foloz, li jiġu għandkom libsin taʼ ngħaġ imma huma verament ilpup rgħiba. Tistaʼ tagħrafhom mill-​frott tagħhom. . . . Kull siġra tajba tipproduċi frott sħiħ, imma siġra mħassra tipproduċi frott ħażin.” (Mattew 7:15-17, Phillips) Billi jaraw il-​frott ħażin tar-​reliġjonijiet il-​“kbar” tad-​dinja, u saħansitra tas-​setet u l-​kulti li ħarġu, ħafna nies sinċieri qed jibdew iħarsu lejhom kollha bħala ‘siġar imħassrin,’ sempliċement m’humiex tajbin biżżejjed. Imma kif jistgħu huma jsibu l-​vera reliġjon?

Ovvjament ikun impossibbli li nistudjaw l-​eluf taʼ reliġjonijiet kollha fil-​Kristjaneżmu u barra l-​Kristjaneżmu qabel ma nagħmlu għażla. Madankollu, jekk—bħalma qal Ġesù—nużaw il-​verità u l-​frott bħala kriterji, huwa possibbli li nidentifikaw il-​vera reliġjon.

Il-​Verità u l-​Frott

Ġesù semma l-​verità. Inkwantu għal dan, liema grupp taʼ kredenti jirrifjutaw il-​gideb reliġjuż li ġej mill-​mitoloġija antika u l-​filosofija Griega li ppenetraw fil-​biċċa l-​kbira tar-​reliġjonijiet? Gidba waħda minn dawn hi t-​tagħlim li r-​ruħ umana hija b’mod inseparabbli immortali.a Dan it-​tagħlim wassal għad-​duttrina tan-​nar tal-​infern li tiddiżonora lil Alla.

Ġesù semma wkoll il-​frott. Inkwantu għal dan, taf int b’xi reliġjon li pproduċiet sħubija internazzjonali ġenwina fejn differenzi razzjali, lingwistiċi, u nazzjonalistiċi jiġu megħlubin bl-​imħabba u bi ftehim reċiproku? Taf int b’xi komunità reliġjuża mad-​dinja kollha li l-​membri tagħha jippreferu jkunu ppersegwitati milli jħallu lill-​politikanti jew lill-​mexxejja reliġjużi jqanqluhom biex jobogħdu lil ħuthom irġiel u nisa u joqtluhom f’isem in-​nazzjonaliżmu jew ir-​reliġjon? Reliġjon li rrifjutat gideb reliġjuż bħal dan u pproduċiet frott bħal dan kieku hi evidenza qawwija li hi l-​waħda vera, mhux hekk?

Il-​Vera Reliġjon Qed Tiġi Pprattikata Llum

Hemm reliġjon bħal din? Iva, hemm. Imma int trid tammetti li m’hijiex waħda mir-​reliġjonijiet il-​kbar tad-​dinja. Għandu dan jissorprendina? Le. Fil-​famuża Priedka tiegħu taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù stqarr: “Idħlu mir-​rixtellu d-​dejjaq; għaliex wiesgħa u spazjuża hi t-​triq li tieħu għall-​qerda, u ħafna huma dawk li deħlin fiha; fil-​waqt li dejjaq hu r-​rixtellu u marsusa t-​triq li tieħu għall-​ħajja, u ftit huma dawk li qed isibuha.”−Mattew 7:13, 14.

Għalhekk fejn tistaʼ tinstab il-​vera reliġjon? Bl-​umiltà u bl-​onestà kollha, irridu ngħidu li x-​Xhieda taʼ Jehovah jiffurmaw komunità internazzjonali li qed jimxu matul it-​‘triq dejqa u marsusa.’ Veru, ir-​reliġjonijiet prinċipali b’disprezz isejħu lix-​Xhieda taʼ Jehovah setta. Imma dak hu eżattament dak li l-​mexxejja reliġjużi apostati fl-​ewwel seklu E.K. sejħu lill-​Kristjani tal-​bidu.—Atti 24:1-14.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah għala huma daqshekk kunfidenti li għandhom il-​vera reliġjon? Sewwa, huma jiffurmaw fratellanza internazzjonali li tilħaq ’il fuq minn 200 art u li qed tegħleb il-​firdiet taʼ nazzjonalità, razza lingwa, u klassi soċjali. U huma jirrifjutaw li jemmnu duttrini—antiki kemm huma antiki—li jikkontradixxu b’mod ċar lil dak li tgħid il-​Bibbja. Imma kif waslu għal sitwazzjoni bħal din taʼ min jixtieqha? U l-​ipprattikar tal-​vera reliġjon x’jinvolvi? Dawn u mistoqsijiet oħrajn dwar ir-​reliġjon se jiġu diskussi fiż-​żewġ artikli li jmiss.

[Nota taʼ taħt]

a Għal prova ddokumentata tajjeb tal-​oriġini mitika taʼ dan it-​twemmin, ara l-​ktieb Mankind’s Search for God, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., paġni 52-7.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja