LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 3/1 pp. 3-5
  • Hija r-Reliġjon Verament Neċessarja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hija r-Reliġjon Verament Neċessarja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Iż-​Żjieda fis-​Sekulariżmu
  • L-​Irtirar tas-​Sekulariżmu
  • Interess mill-​Ġdid fir-​Reliġjon
  • Hija Kwalunkwe Reliġjon Tajba Biżżejjed?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ir-Reliġjon—Kif Inhi taʼ Ġid?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ninħelsu mir-Reliġjon Falza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Nipprattikaw ir-Reliġjon Pura Biex Nibqgħu Ħajjin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 3/1 pp. 3-5

Hija r-Reliġjon Verament Neċessarja?

HIJA r-​reliġjon importanti għalik? Qiegħed int, forsi, membru f’xi grupp reliġjuż jew knisja? Jekk inhu hekk, int tixbah ħafna lil nies li kienu jgħixu lura fl-​1844, is-​sena meta l-​filosfu Ġermaniż Karlu Marx kiteb: “Ir-​reliġjon . . . hija l-​oppju tan-​nies.” F’dak iż-​żmien kważi kulħadd kien imur il-​knisja u r-​reliġjon kellha influwenza qawwija fuq il-​livelli kollha tas-​soċjetà. Illum, dan inbidel b’mod drastiku, u r-​reliġjon għandha ftit li xejn effett fuq il-​ħajjiet taʼ mijiet taʼ miljuni taʼ nies. Jekk inti tmur il-​knisja, int x’aktarx wieħed mill-​ftit fil-​komunità tiegħek.

X’kien li kkaġuna l-​bidla? Raġuni minnhom kienet li Karlu Marx żviluppa filosofija antireliġjuża li bdiet tinfluwenza lil ħafna nies. Marx milli jidher ikkunsidra r-​reliġjon bħala ostaklu għall-​progress uman. Hu sostna li l-​ħtiġijiet umani setgħu jinkisbu l-​aħjar permezz tal-​materjaliżmu, filosofija li ma ħalliet ebda post għal Alla jew għar-​reliġjon tradizzjonali. Dan wasslu biex jistqarr: “L-​ewwel ħtieġa għall-​hena tan-​nies hija t-​tneħħija għalkollox tar-​reliġjon.”

Il-filosofija taʼ Marx tal-​materjaliżmu ġiet żviluppata iktar mis-​soċjalista Ġermaniż Friedrich Engels u mill-​mexxej Komunista Russu Vladimir Lenin. Bdiet tissejjaħ Marxiżmu-Leniniżmu. Sa ftit ilu, ’il fuq minn terz tal-​umanità kienu jgħixu taħt reġimi politiċi li segwew xi ftit jew wisq lil din il-​filosofija atea. Ħafna rġiel u nisa għadhom jagħmlu hekk.

Iż-​Żjieda fis-​Sekulariżmu

Imma t-​tixrid tal-​filosofija Komunista ma kienx l-​uniku ħaġa li dgħajfet il-​qabda tar-​reliġjon fuq l-​umanità. Żviluppi fil-​qasam tax-​xjenza kellhom sehem ukoll. Per eżempju, il-​popolarità li kisbet it-​teorija tal-​evoluzzjoni ġiegħlet lil ħafna wħud biex jiddubitaw l-​eżistenza taʼ Ħallieq. U kien hemm fatturi oħrajn.

L-Encyclopoedia Britannica ssemmi “l-​iskoperta taʼ spjegazzjonijiet xjentifiċi għal fenomeni li qabel kienu attribwiti lil kawżi sopranaturali” u “l-​eliminar tal-​influwenza tar-​reliġjon organizzata minn sferi taʼ attività bħalma huma l-​mediċina, l-​edukazzjoni u l-​arti.” Żviluppi bħal dawn wasslu għaż-​żjidiet fis-​sekulariżmu. X’inhu s-​sekulariżmu? Huwa definit bħala “ħarsa tal-​ħajja . . . ibbażata fuq l-​istqarrija li r-​reliġjon u l-​konsiderazzjonijiet reliġjużi għandhom jiġu injorati jew imħollijin barra apposta.” Is-​sekulariżmu għandu influwenza kbira f’artijiet Komunisti u f’dawk li m’humiex Komunisti.

Imma s-​sekulariżmu u l-​Marxiżmu-Leniniżmu ma kinux l-​uniċi f’li jdgħajfu l-​influwenza tar-​reliġjon. Il-​knejjes tal-​Kristjaneżmu jridu jaqsmu fil-​ħtija. Għala? Għaliex għal sekli sħaħ huma abbużaw bl-​awtorità tagħhom. U huma għallmu duttrini bbażati fuq tradizzjonijiet mhux skritturali u filosofiji umani minflok il-​Bibbja. B’hekk, ħafna ġewwa l-​merħliet tagħhom saru wisq dgħajfin spiritwalment biex jikkumbattu l-​attakk vjolenti mis-​sekulariżmu.

Barra minn hekk, il-​knejjes infushom fil-​parti l-​kbira tagħhom fl-​aħħar ċedew għas-​sekulariżmu. Fis-​seklu 19, studjużi reliġjużi fil-​Kristjaneżmu ħarġu bl-​idea taʼ forma taʼ kritika iktar għolja li qerdet, fil-​ħafna, il-​kredibilità tal-​Bibbja bħala l-​Kelma mnebbħa t’Alla. Il-​knejjes, inkluża l-​Knisja Kattolika Rumana, aċċettaw it-​teorija tal-​evoluzzjoni. Iva, huma baqgħu jsostnu li jemmnu fil-​ħolqien. Imma ħallew lok għal possibiltà li l-​ġisem tal-​bniedem evolva, waqt li r-​ruħ biss ġiet maħluqa minn Alla. Matul is-​snin sittin, il-​Protestantiżmu ħareġ b’teoloġija li pproklamat il-​“mewt t’Alla.” Ħafna mill-​kleru Protestanti ma dejjaqhomx il-​mod taʼ ħajja materjalistiku. Huma ttolleraw is-​sess qabel iż-​żwieġ u saħansitra l-​omosesswalità. Xi teoloġi Kattoliċi żviluppaw it-​teoloġija tal-​liberazzjoni, billi ħalltu l-​Kattoliċiżmu mal-​Marxiżmu revoluzzjonarju.

L-​Irtirar tas-​Sekulariżmu

B’hekk, is-​sekulariżmu wasal biex ikun predominanti, b’mod partikulari matul is-​snin sittin u sa madwar nofs is-​snin sebgħin. Imbagħad l-​affarijiet reġgħu nbidlu. Ir-​reliġjon, għalkemm mhux, fil-​parti l-​kbira, il-​knejjes popolari, dehret li reġgħet ħadet spinta. Madwar id-​dinja kollha, fl-​aħħar tas-​snin sebgħin u fis-​snin tmenin bdew jitfaċċaw gruppi reliġjużi ġodda.

Għala l-​qawmien mill-​ġdid tar-​reliġjon? Is-​soċjologu Franċiż Gilles Kepel stqarr li “nies lajċi edukati b’mod sekulari . . . isostnu li l-​kultura sekulari ma wasslithom imkien u li billi jinsistu għal-​liberazzjoni tagħhom minn Alla, il-​bnedmin qed jaħsdu dak li huma żergħu bis-​suppervja u l-​vanità tagħhom, jiġifieri, id-​delinkwenza, id-​divorzju, l-​AIDS, l-​abbuż tad-​drogi, [u] s-​suwiċidju.”

L-irtirar tas-​sekulariżmu ġab qawwa ġdida mill-​isfaxxar riċenti li deher fil-​Marxiżmu-Leniniżmu. Għal ħafna nies din il-​filosofija atea kienet verament saret reliġjon. Immaġina, allura, l-​istagħġib taʼ dawk li poġġew il-​fiduċja tagħhom fiha! Rapport tal-​Washington Post minn Moska kkwota lil dak li qabel kien rettur tal-​Iskola Għolja tal-​Partit Komunista li qal: “Pajjiż igħix mhux biss fuq l-​ekonomija u l-​istituzzjonijiet tiegħu, imma wkoll fuq il-​mitoloġija u l-​missirijiet fundaturi tiegħu. Hija ħaġa devastanti għal kwalunkwe soċjetà li tiskopri li l-​ħrejjef kbar tagħhom ma humiex ibbażati fuq il-​verità imma fuq il-​propaganda u l-​fantasija. Imma dan hu dak li qed naraw issa fil-​każ taʼ Lenin u r-​revoluzzjoni.”

Billi tkellem kemm dwar id-​dinja Komunista u dik kapitalista, is-​soċjologu u filosfu Franċiż Edgar Morin ammetta: “Mhux biss rajna l-​isfaxxar tal-​futur brillanti li ġie offrut lill-​proletarjat imma rajna wkoll l-​isfaxxar tal-​progress awtomatiku u naturali tas-​soċjetà sekulari, li fiha x-​xjenza, ir-​raġuni, u d-​demokrazija kellhom suppost javvanzaw b’mod awtomatiku. . . . L-​ebda progress ma hu issa assigurat. Il-​futur li ttamajna fih sfaxxa fix-​xejn.” Hekk iħossuhom vojta dawk il-​ħafna li poġġew il-​fiduċja tagħhom fl-​isforzi tal-​bniedem biex joħloq dinja aħjar mingħajr Alla.

Interess mill-​Ġdid fir-​Reliġjon

Dan is-​sens taʼ diżappunt madwar id-​dinja kollha qed jikkaġuna lil numru taʼ individwi sinċieri biex jagħrfu l-​ħtieġa għal aspett spiritwali fil-​ħajjiet tagħhom. Huma jaraw il-​ħtieġa għal reliġjon. Imma huma m’humiex sodisfatti bil-​knejjes popolari, u xi wħud għandhom ukoll dubji dwar ir-​reliġjonijiet il-​ġodda ​—inklużi l-​kulti taʼ fejqan, gruppi kariżmatiċi, setet esoteriċi, u saħansitra gruppi taʼ adoraturi taʼ Satana. Il-​fanatiċiżmu reliġjuż ukoll qed jixref dik ir-​ras kerha tiegħu. Mela, iva, ir-​reliġjon qed terġaʼ tieħu spinta b’xi mod. Imma huwa ritorn bħal dan tar-​reliġjon xi ħaġa tajba għall-​umanità? Tassew, kwalunkwe reliġjon tilħaq verament il-​ħtiġijiet spiritwali tal-​umanità?

[Stampa f’paġna 3]

“Ir-​reliġjon hija t-​tnehida tal-​ħlejqa mgħakksa, is-​sentiment taʼ dinja bla qalb, u r-​ruħ taʼ kundizzjoni bla ruħ. Hija l-​oppju tan-​nies”

[Sors]

Ritratt: New York Times, Berlin—33225115

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja