LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 8/15 pp. 3-7
  • Għala l-Bibbja Hija l-Għotja Spirata t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala l-Bibbja Hija l-Għotja Spirata t’Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Bibbja u x-​Xjenza
  • Taʼ min Joqgħod fuqha f’Dettalji Storiċi
  • L-​Akbar Evidenza
  • Il-Ktieb li Jirrivela l-Għarfien Dwar Alla
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
  • Profeziji Li Seħħew
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • It-Tbassir tal-Bibbja Kemm Hu taʼ Min Jorbot Fuqu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Il-​Bibbja​—Ktieb Mingħand Alla
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 8/15 pp. 3-7

Għala l-​Bibbja Hija l-​Għotja Spirata t’Alla

IL-​BIBBJA tgħid li “Alla hu mħabba” u tikkredita l-​għerf u l-​qawwa lilu. (1 Ġwann 4:8; Ġob 12:13; Isaija 40:26) Tgħidilna li “l-​mogħdijiet tiegħu kollha huma ġustizzja”. (Dewteronomju 32:4) Skond il-​Bibbja, Alla juri wkoll kwalitajiet bħalma huma l-​ħniena u l-​mogħdrija.—Eżodu 34:6; Rumani 9:15.

Minħabba li l-​Bibbja tikkredita kwalitajiet bħal dawn lil Alla Jehovah, hi tiġbed lill-​bnedmin inċerti lejh. Dan il-​ktieb jitkellem dwar il-​ħolqien, l-​oriġini tad-​dnub u l-​mewt, u l-​mezz taʼ rikonċiljazzjoni maʼ Alla. Jippreżenta tama tal-​għaġeb taʼ Ġenna rrestawrata fuq l-​art. Imma dan kollu hu taʼ valur biss jekk jiġi ppruvat li l-​Bibbja hija għotja spirata mingħand Alla.

Il-​Bibbja u x-​Xjenza

Il-​Bibbja ttrijonfat b’mod konsistenti fuq il-​kritika. Per eżempju, meta tiġi moqrija b’moħħ miftuħ, tinstab li hi f’armonija max-​xjenza vera. M’għandniex xi ngħidu, il-​Bibbja ġiet ippreparata bħala gwida spiritwali, mhux bħala ktieb tax-​xjenza. Imma ejjew naraw jekk il-​Bibbja taqbilx maʼ fatti xjentifiċi.

Anatomija: Il-​Bibbja tgħid b’mod preċiż li ‘l-​partijiet kollha’ tal-​embryo uman huma “miktubin”. (Salm 139:​13-16) Il-​moħħ, il-​qalb, il-​pulmuni, il-​għajnejn​—dawn u l-​partijiet l-​oħra kollha tal-​ġisem huma ‘mniżżlin’ fil-​kodiċi ġenetiku tal-​bajda ffertilizzata fil-​ġuf tal-​omm. Ġewwa dan il-​kodiċi hemm l-​iskedi interni għad-​dehra taʼ kull waħda minn dawn il-​partijiet f’ordni xierqa. U aħseb ftit! Dan il-​fatt dwar l-​iżvilupp tal-​ġisem uman ġie mniżżel fil-​Bibbja kważi 3,000 sena qabel ma x-​xjenzati skoprew il-​kodiċi ġenetiku.

Il-ħajja taʼ l-​annimali: Skond il-​Bibbja, “il-​liebru. . .jixtarr.” (Levitiku 11:6) François Bourlière (The Natural History of Mammals, 1964, paġna 41) igħid: “Id-​drawwa taʼ ‘li jittrejqu,’ jew li jgħaddu l-​ikel darbtejn mill-​imsaren minflok darba biss, jidher li hu fenomenu komuni fil-​fniek u l-​liebri. Fniek domestiċi ġeneralment jieklu u jibilgħu mingħajr ma jomogħdu l-​ħmieġ tagħhom taʼ bil-​lejl, li sa fil-​għodu jifforma daqs nofs il-​kontenut totali tal-​istonku. Il-​liebru jittrejjaq darbtejn kuljum, u l-​istess drawwa hija rrapportata rigward il-​liebru Ewropew.” F’konnessjoni maʼ dan, Mammals of the World (minn E. P.Walker, 1964, it-​II volum, paġna 647) jistqarr: “Dan jixbah lill-​mod li bih jixtarru l-​mammali li għandhom erbaʼ taqsimiet fl-​istonku.”

Arkeoloġija: Slaten, bliet, u ġnus Bibliċi ħadu l-​ħajja bl-​iskoperta taʼ twavel tat-​tafal, oġġetti tal-​fuħħar, kliem imnaqqax, u affarijiet bħal dawn. Per eżempju, nies bħalma huma l-​Ħittin li huma msemmijin fl-​iskrittura fil-​fatt veru eżistew. (Eżodu 3:8) Fil-​ktieb tiegħu The Bible Comes Alive, Sir Charles Marston qal: “Dawk li warrbu l-​fidi popolari fil-​Bibbja, u dgħajfu l-​awtorità tagħha, jiddgħajfu huma nfushom bl-​evidenza li nkixfet, u l-​awtorità tagħhom inqerdet. Il-​pala qed timbotta l-​kritika distruttiva ’l barra mill-​għalqa taʼ fatti dubjużi f’dik taʼ qlajjiet rikonoxxuti.”

L-Arkeoloġija appoġġjat lill-​Bibbja f’ħafna modi. Per eżempju, skoperti kkonfermaw il-​postijiet u l-​ismijiet misjubin f’​Ġenesi kapitlu 10. Skavaturi kixfu lil Ur, il-​belt tal-​Kaldin, iċ-​ċentru kummerċjali u reliġjuż fejn kien twieled Abraham. (Ġenesi 11:​27-31) ’Il fuq min-​nixxiegħa taʼ Giħon fix-​Xlokk taʼ Ġerusalemm, l-​arkeoloġisti sabu l-​belt Ġebużita mirbuħa mis-​Sultan David. (2 Samwel 5:​4-10) L-​Iskrizzjoni taʼ Siloam imnaqqxa fuq tarf wieħed tat-​trinka, jew akkwidott, tas-​Sultan Ħeżekija ġiet skoperta fl-​1880. (2 Slaten 20:20) Il-​waqgħa taʼ Babilonja f’idejn Ċiru l-​Kbir fis-​sena 539 Q.E.K. hija rrakkontata fil-​Kronaka taʼ Nabonidus, li nstabet mirduma fis-​seklu 19 E.K. Dettalji fil-​ktieb taʼ Ester ġew ikkonfermati minn tinqix mill-​Persepolis u l-​iskoperta tal-​palazz tas-​Sultan Xerxes (Aħaswerus) f’Xuxan, jew Susa, bejn is-​sena 1880 u s-​sena 1890 E.K. Iskrizzjoni misjuba fl-​1961 fil-​ħerba taʼ teatru Ruman f’Ċesarija tat prova tal-​eżistenza tal-​gvernatur Ruman Ponzju Pilatu, li ta lil Ġesù biex jiġi mdendel.​—Mattew 27:​11-26.

Astronomija: Kważi 2,700 sena ilu​—ħafna qabel ma n-​nies inġenerali kienu jafu li l-​art hija tonda​—il-​profeta Isaija kiteb: “Hemm Wieħed li qiegħed igħammar ’il fuq miċ-​ċirku tal-​art.” (Isaija 40:22) Il-​Kelma Ebrajka chugh hawn tradotta “ċirku,” tistaʼ tingħata wkoll bħala “sfera”. (A Concordance of the Hebrew and Chaldee Scriptures, minn B. Davidson) Imbagħad, ukoll, “iċ-​ċirku” tal-​orizzont tal-​art jistaʼ jidher ċar mill-​ispazju u xi kultant matul xi vjaġġ bl-​ajruplan meta dan jivvjaġġa fil-​għoli. Taʼ min jinnota li Ġob 26:7 igħid li Alla qiegħed “idendel l-​art fuq xejn.” Dan huwa minnu, għax l-​astronomi jafu li l-​art m’għandha ebda mezz viżibbli taʼ appoġġ.

Botanija: Xi wħud jikkonkludu b’mod żballjat li l-​Bibbja mhix eżatta minħabba li Ġesù Kristu tkellem dwar “żerriegħa tal-​mustarda” bħala “l-​iċken miż-​żrieragħ kollha”. (Mark 4:​30-32) X’aktarx, Ġesù alluda għall-​pjanta s-​sewda tal-​mustarda (Brassica nigra jew Sinapis nigra), li hija biss madwar minn 0.0039 sa 0.063 taʼ pulzier fid-​dijametru. Għalkemm hemm żrieragħ iżgħar, bħalma huma ż-​żrieragħ irqaq daqs it-​trab tal-​orkidea, Ġesù ma kienx qed jitkellem maʼ nies li kienu jkabbru l-​orkidej. Dawk il-​Lhud Galilej kienu jafu li fost ix-​xorta taʼ żrieragħ varji li jinżergħu mill-​bdiewa lokali, iż-​żerriegħa tal-​mustarda kienet l-​iċken. Ġesù kien qed jitkellem dwar is-​Saltna, u mhux jagħti lezzjoni dwar il-​botanija.

Ġeoloġija: Rigward ir-​rakkont tal-​Bibbja dwar il-​Ħolqien, il-​ġeoloġista famuż Wallace Pratt qal: “Jekk jien bħala ġeoloġista niġi msejjaħ biex nispjega fil-​qosor l-​ideat moderni tagħna tal-​oriġini tal-​art u l-​iżvilupp tal-​ħajja fuqha lil nies sempliċi, raħħala, kif kienu t-​tribujiet li lilhom il-​Ktieb taʼ Ġenesi kien indirizzat, l-​aħjar għalija kien ikun li nsegwi mill-​qrib kemm jistaʼ jkun ħafna mil-​lingwa tal-​ewwel kapitlu taʼ Ġenesi.” Pratt innota li l-​ordni tal-​ġrajjiet f’Ġenesi​—l-​oriġini tal-​oċeani, meta tfaċċat l-​art, u mbagħad id-​dehra tal-​ħajja fil-​baħar, l-​għasafar, u l-​mammali​—hija essenzjalment is-​sekwenza tat-​taqsimiet prinċipali taż-​żmien ġeoloġiku.

Mediċina: Fil-​ktieb tiegħu The Physician Examines the Bible, C. Raimer Smith kiteb: “Hija taʼ sorpriża għalija li l-​Bibbja hija daqshekk eżatta mil-​lat mediku. . .. Fejn tissemma l-​kura, bħal għal bżieżaq, feriti, eċċ., hija korretta saħansitra mal-​livelli moderni. . .. Ħafna superstizzjonijiet għadhom jiġu emmnuti minn numri kbar taʼ nies bħalma huma li, werqa tal-​qastan fil-​but se tħarsek mir-​ramattiżmu; jekk tmiss rospu jitilgħulek il-​felul; jekk tilbes biċċa flanella ħamra madwar għonqok igħaddulek griżmejk; borża bl-​assafetida tħarsek mill-​mard; li kull darba li jimirdu t-​tfal ikollhom id-​dud; eċċ., imma stqarrijiet bħal dawn ma ssibhomx fil-​Bibbja. Dan fih innifsu huwa tal-​għaġeb u għalija hija prova oħra tal-​oriġini divina tagħha.”

Taʼ min Joqgħod fuqha f’Dettalji Storiċi

Fil-​ktieb tiegħu A Lawyer Examines the Bible, l-​avukat Irwin H. Linton għamel l-​osservazzjoni: “Waqt li fir-​rumanzi, fil-​leġġendi u f’xhieda falza joqogħdu attenti li jpoġġu l-​ġrajjiet li jirrakkontaw f’xi post ’il bogħod u f’xi żmien indefinit, u b’hekk jiksru l-​ewwel regoli li aħna l-​avukati nitgħallmu dwar stqarrijiet tajbin, li ‘d-​dikjarazzjoni trid tgħid iż-​żmien u l-​post’, ir-​rakkont tal-​Bibbja jagħtina d-​data u l-​post tal-​affarijiet irrakkontati bl-​akbar preċiżjoni.”

Biex jagħti prova taʼ dan il-​punt, Linton semma Luqa 3:​1, 2. Hemm il-​kittieb tal-​Vanġelu semma sebaʼ uffiċjali sabiex jistabbilixxi ż-​żmien meta Ġesù Kristu beda l-​ministeru Tiegħu. Innota d-​dettalji li Luqa pprovda f’dawn il-​kelmiet: “Fis-​sema ħmistax tar-​renju taʼ Tiberju Ċesri, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-​Ġudea, u Erodi kien ħakkiem distrettwali tal-​pajjiż taʼ Iturea u Trakonitis, u Liżanja kien ħakkiem distrettwali taʼ Abilene, fil-​jiem tal-​qassis ewlieni Anna u taʼ Qajfa, id-​dikjarazzjoni t’Alla ġiet għand Ġwanni bin Żakkarija fix-​xagħri.”

Il-Bibbja hija mimlija b’dettalji simili. Barra minn hekk, partijiet minnha bħalma huma l-​Vanġeli kienu miktubin matul perijodu taʼ żvilupp kbir fil-​kultura Lhudija, Griega, u Rumana. Kien żmien taʼ avukati, kittieba, amministraturi, u nies bħal dawn. Żgur, allura, illi kieku d-​dettalji li jinsabu fil-​Vanġeli u f’partijiet oħra tal-​Bibbja ma kinux minnhom, kienu jiġu mikxufin bħala li huma foloz. Imma l-​kittieba tal-​istorja sekulari kkonfermaw punti bħall-​eżistenza taʼ Ġesù Kristu. Per eżempju, dwar Ġesù u s-​segwaċi Tiegħu l-​kittieb Ruman tal-​istorja Taċitus kiteb: “Kristus, li minnu oriġina l-​isem [Kristjani], sofra l-​agħar kastig matul ir-​renju taʼ Tiberju f’idejn wieħed mill-​prokuraturi tagħna, Ponzju Pilatu.” (Annals, Ktieb XV, 44) L-​eżattezza storika tal-​Bibbja tgħin biex tagħti prova li hi l-​għotja t’Alla lill-​umanità.

L-​Akbar Evidenza

Għalkemm l-​arkeoloġija, l-​astronomija, l-​istorja, u xorta oħra taʼ għarfien jappoġġjaw lill-​Bibbja, il-​fidi fiha ma tiddependix fuq konfermi bħal dawn. Fost il-​ħafna provi li l-​Bibbja hija l-​għotja spirata t’Alla lilna, l-​ebda evidenza akbar ma tistaʼ tingħata ħlief it-​twettieq tal-​profeziji tagħha.

Alla Jehovah huwa s-​Sors tal-​profezija vera. Permezz tal-​profeta tiegħu Isaija, huwa qal: “L-​ewwel affarijiet​—hawn ġew, imma affarijiet ġodda qiegħed ingħid. Qabel ma jibdew jinbtu, jien inġigħelkom tisimgħuhom.” (Isaija 42:9) Barra minn hekk, il-​Bibbja tgħid li l-​kittieba tagħha kienu spirati minn Alla permezz tal-​ispirtu qaddis, jew il-​forza attiva tiegħu. Per eżempju, l-​appostlu Kristjan Pawlu kiteb: “L-​Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla.” (2 Timotew 3:16) L-​appostlu Pietru kiteb: “Ebda profezija tal-​Iskrittura ma toħroġ minn xi interpretazzjoni privata. Għax il-​profezija f’ebda żmien ma nġiebet bir-​rieda tal-​bniedem, imma bnedmin tkellmu minn Alla waqt li kienu mqanqlin mill-​ispirtu qaddis.” (2 Pietru 1:​20, 21) Mela ejjew nagħtu titwila lejn il-​profezija tal-​Bibbja.

Fost il-​mijiet taʼ profeziji fil-​Bibbja hemm dawk dwar il-​kapitali Assirjana, Nineve, il-​“belt taʼ tixrid id-​demm” li qanqlet terrur fil-​Lvant Nofsani tal-​qedem kollu għal iktar minn 15-il seklu. (Naħum 3:1) Madankollu, meta Nineve kienet fl-​aqwa tagħha, il-​Bibbja bassret: “[Alla] se jagħmel lil Nineve ħerba, reġjun mingħajr ilma bħax-​xagħri. U f’nofsha, merħliet ċertament li se jimteddu, l-​annimali selvaġġi kollha taʼ ġens. Kemm il-​pellikan u kemm il-​qanfud se jqattgħu l-​lejl eżatt fost il-​kaptelli tagħha. Leħen se jibqaʼ jkanta fit-​tieqa. Se jkun hemm ħerba sħiħa fuq il-​għatba; għax hu ċertament li se jikxef beraħ lill-​istess injam taċ-​ċedru.” (Sofonija 2:​13, 14) Illum, dawk li jżuruha jaraw biss munzelli li jimmarkaw l-​inħawi magħmulin ħerba taʼ Nineve tal-​qedem. Iktar minn hekk, merħliet taʼ ngħaġ jirgħu hemm, kif kien imbassar.

Fil-viżjoni, il-​profeta t’Alla Danjel ra kibx b’żewġt iqran u bodbod b’qarn kbir bejn għajnejh. Il-​bodbod darab lill-​kibx, billi kissirlu ż-​żewġt iqran tiegħu. Wara dan, il-​qarn il-​kbir tal-​bodbod inkiser, u erbat iqran ħarġu minfloku. (Danjel 8:​1-8) L-​anġlu Gabrijel spjega: “Il-​kibx li int rajt li kellu ż-​żewġt iqran jirrappreżenta lis-​slaten tal-​Medja u tal-​Persja. U l-​bodbod muswaf jirrappreżenta lis-​sultan tal-​Greċja; u nkwantu għall-​qarn kbir li kien bejn għajnejh, jirrappreżenta lill-​ewwel sultan. U peress li dak inkiser, u għalhekk kien hemm erbgħa li fl-​aħħarnett telgħu minfloku, hemm erbaʼ saltniet mill-​ġens tiegħu li se jqumu bil-​wieqfa, imma mhux bil-​qawwa tiegħu.” (Danjel 8:​20-22) Kif ġie ppruvat mill-​istorja, il-​kibx b’żewġt iqran​—l-​Imperu tal-​Medo-Persja​—ġie megħlub mis-​“sultan tal-​Greċja.” Il-​bodbod figurattiv kellu “qarn kbir” fil-​persuna taʼ Alessandru l-​Kbir. Wara mewtu, l-​erbaʼ ġenerali tiegħu ħadu post dak il-​“qarn kbir” billi ħadu l-​poter f’idejhom stess f’“erbaʼ saltniet”.

Partita profeziji fl-​Iskrittura Ebrajka (“It-​Testment il-​Qadim”) twettqu f’konnessjoni maʼ Ġesù Kristu. Xi wħud minn dawn ġew applikati għalih minn kittieba spirati b’mod divin tal-​Iskrittura Griega Kristjana (“It-​Testment il-​Ġdid”). Per eżempju, il-​kittieb tal-​Vanġelu Mattew wera t-​twettieq tal-​profeziji Skritturali bit-​twelid taʼ Ġesù permezz taʼ verġni, billi kellu wieħed li mar qablu, u bid-​dħul tiegħu f’Ġerusalemm fuq felu taʼ ħmara. (Qabbel Mattew 1:​18-23; 3:​1-3; 21:​1-9 maʼ Isaija 7:​14; 40:3; Żakkarija 9:9.) Profeziji li twettqu bħal dawn igħinu biex jagħtu prova li l-​Bibbja hija tabilħaqq l-​għotja spirata t’Alla.

It-twettieq preżenti tal-​profezija tal-​Bibbja jagħti prova li qegħdin ingħixu fl-​“aħħar jiem.” (2 Timotew 3:​1-5) Il-​gwerer, in-​nuqqas taʼ ikel, il-​pesti, u t-​terremoti kbar li qatt ma kien hawn bħalhom huma parti mis-​“sinjal” tal-​“preżenza” taʼ Ġesù fil-​qawwa tas-​Saltna. Dak is-​sinjal jinkludi wkoll l-​attività madwar id-​dinja kollha taʼ iktar minn erbaʼ miljuni Xhieda taʼ Jehovah li qegħdin jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna stabbilita. (Mattew 24:​3-14; Luqa 21:​10, 11) Il-​profezija tal-​Bibbja li issa qiegħda titwettaq tiżżgurana wkoll li l-​gvern tas-​sema t’Alla f’idejn Ġesù Kristu dalwaqt se jġib dinja ġdida taʼ hena eterna għall-​umanità ubbidjenti.​—2 Pietru 3:13; Rivelazzjoni 21:​1-5.

It-tabella inkluża hawn li għandha t-​titlu “Il-​profeziji tal-​Bibbja li Twettqu” tippreżenta biss ftit mill-​mijiet taʼ profeziji tal-​Bibbja li setgħu jiġu mniżżlin. It-​twettieq taʼ xi wħud minn dawn ġie mniżżel fl-​Iskrittura nfisha, imma taʼ min jinnota speċjalment il-​profeziji li qegħdin jiġu mwettqin illum.

X’aktarx, int tistaʼ tara ċerti żviluppi mad-​dinja kollha li ġew imbassrin fil-​Bibbja. Imma għala ma titkixxifx iktar? Ix-​Xhieda taʼ Jehovah bil-​qalb kollha jipprovdulek dettalji oħra jekk titlobhom. U jalla t-​tfittxija sinċiera tiegħek għall-​għarfien tal-​Iktar Għoli u tal-​għanijiet tiegħu jikkonvinċuk li l-​Bibbja hija tassew il-​għotja spirata t’Alla.

[Tabella paġna 6]

PROFEZIJI TAL-​BIBBJA LI TWETTQU

PROFEZIJA TWETTIEQ

Ġenesi 49:10 Ġuda għamel it-​tribù rjali taʼ Iżrael

(1 Kronaki 5:2; Ebrej 7:14)

Sofonija 2:13, 14 Nineve magħmula ħerba madwar 632 Q.E.K.

Ġeremija 25:1-11; Isaija 39:6 Il-​konkwista taʼ Ġerusalemm tagħti

bidu għall-​ħerba taʼ 70 sena

(2 Kronaki 36:17-21; Ġeremija 39:1-9)

Isaija 13:1, 17-22; Ċiru jikkonkwista lil Babilonja;

44:24:-28; 45:1, 2 il-​Lhud jerġgħu lura lejn art

twelidhom (2 Kronaki 36:17-21;

Eżra 1:1-4; 2:1)

Danjel 8:3-8, 20-22 Il-​Medo-Persja megħluba minn

Alessandru l-​kbir u l-​Imperu Grieg

jinqasam

Isaija 7:14; Mikea 5:2 Ġesù mwieled minn verġni f’Betlem

(Mattew 1:18-23; 2:1-6)

Danjel 9:24-26 Id-​dlik taʼ Ġesù bħala l-​Messija

(29 E.K.) (Luqa 3:1-3, 21-23)

Isaija 9:1, 2 Il-​ministeru li jdawwal taʼ Ġesù

jibda fil-​Galilija (Mattew 4:12-23)

Isaija 53:4, 5, 12 Il-​mewt taʼ Kristu bħala

sagrifiċċju taʼ rahan (Mattew 20:28; 27:50)

Salm 22:18 Itellgħu x-​xorti għall-​ilbies taʼ

Ġesù (Ġwann 19:23, 24)

Salm 16:10; L-​irxoxt taʼ Kristu fit-​tielet jum

Mattew 12:40 (Mark 16:1-6; 1 Korintin 15:3-8)

Luqa 19:41-44; 21:20-24 Il-​qerda taʼ Ġerusalemm mir-​Rumani

(70 E.K.)

Luqa 21:10, 11; Gwerer, ġuħ, terremoti, pesti,

Mattew 24:3-13; 2 Timotew 3:1-5 nuqqas taʼ liġi, li ma kien hawn

qatt bħalhom u affarijiet bħaldawn,

li jfissru “l-​aħħar jiem”

Mattew 24:14; Isaija 43:10; Il-​proklamazzjoni mad-​dinja kollha

Salm 2:1-9 mix-​Xhieda taʼ Jehovah li s-​Saltna

t’Alla hija stabbilita u dalwaqt se

tikkonkwista l-​opponenti kollha.

Mattew 24:21-34; Familja internazzjonali tax-​Xhieda

Rivelazzjoni 7:9-17 taʼ Jehovah li qiegħda tqim lil Alla

u tħejji biex tibqaʼ ħajja wara

t-​“tribulazzjoni l-​kbira”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja