LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 3/1 pp. 3-5
  • Huma x-Xhieda taʼ Jehovah Kult?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma x-Xhieda taʼ Jehovah Kult?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Turi L-​Evidenza
  • Reliġjon Magħrufa Sewwa
  • “Mehdijin Fl-​Umanità”
  • Żamma Stretta Mal-​Bibbja
  • Min Hu L-​Mexxej Tagħhom?
  • Huma x-Xhieda taʼ Ġeħova kult?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Il-Kristjani u s-Soċjetà Umana Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani Veri?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Niddefendu l-Fidi Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 3/1 pp. 3-5

Huma x-Xhieda taʼ Jehovah Kult?

ĠESÙ KRISTU ġie akkużat li kien sakranazz, wikkiel, wieħed li jikser is-​Sabat, xhud falz, jidgħi b’Alla, u messaġġier taʼ Satana. Hu kien akkużat ukoll li kien sovversiv.—Mattew 9:34; 11:19; 12:24; 26:65; Ġwann 8:13; 9:16; 19:12.

Wara l-​mewt u l-​irxoxt taʼ Ġesù, id-​dixxipli tiegħu kienu bl-​istess mod il-​mira taʼ akkużi serji. Grupp wieħed taʼ Kristjani taʼ l-​ewwel seklu ġew imkaxkrin quddiem il-​ħakkiema tal-​belt min-​nies li bdew igħajtu: ‘Dawn l-​irġiel qalbu taʼ taħt fuq l-​art abitata.’ (Atti 17:6) F’okkażjoni oħra l-​appostlu Pawlu u sieħbu Silas ġew meħudin quddiem l-​awtoritajiet u akkużati b’li ddisturbaw bil-​kbir il-​belt taʼ Filippi.—Atti 16:20.

Pawlu iktar tard ġie akkużat b’li kien ‘sieħeb irritanti li jqajjem it-​tixwix fost il-​Lhud kollha fl-​art abitata kollha’ u li jipprova ‘jipprofana t-​tempju.’ (Atti 24:5, 6) L-​irġiel ewlenin tal-​Lhud f’Ruma ddeskrivew preċiżament is-​sitwazzjoni tas-​segwaċi taʼ Ġesù meta rrikonoxxew: “Għax verament inkwantu għal din is-​setta huwa magħruf minna li kullimkien jitkellmu kontra tagħha.”—Atti 28:22.

B’mod evidenti, dan il-​grupp il-​ġdid stabbilit minn Ġesù Kristu ġie kkunsidrat minn xi wħud bħala grupp reliġjuż b’opinjonijiet u prattiċi radikali li kienu f’konflitt maʼ dak li kien aċċettat f’dawk iż-​żminijiet bħala mġieba soċjali normali. Bla dubju taʼ xejn, ħafna llum kieku jikkunsidraw lill-​Kristjani kult distruttiv. L-​akkużaturi kienu taʼ spiss membri prominenti u rispettati tal-​komunità, u dan milli jidher saħħaħ l-​allegazzjonijiet. Ħafna emmnu l-​akkużi kontra Ġesù u d-​dixxipli tiegħu. Madankollu, kif x’aktarx li diġà taf, kull waħda minn dawn l-​akkużi kienet falza! Il-​fatt li n-​nies qalu dawn l-​affarijiet m’għamilhomx veri.

Xi ngħidu għal-​lum? Ikun eżatt jekk tirreferi għax-​Xhieda taʼ Jehovah bħala grupp reliġjuż b’opinjonijiet u prattiċi radikali li huma f’konflitt maʼ dak li hu aċċettat bħala mġieba normali u soċjali? Huma x-​Xhieda taʼ Jehovah kult?

X’Turi L-​Evidenza

Uffiċjal governattiv tal-​belt taʼ St. Petersburg, fir-​Russja, spjega: “Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ġew ippreżentati lilna bħala xi xorta taʼ setta li jaħdmu fis-​sigriet billi jiltaqgħu fid-​dlam u jbiċċru lil uliedhom u joqtlu lilhom infushom.” Madankollu, in-​nies tar-​Russja riċentement saru jafu aħjar il-​karattru u l-​kwalitajiet veri tax-​Xhieda. Wara li ħadem flimkien max-​Xhieda taʼ Jehovah f’konnessjoni maʼ konvenzjoni internazzjonali, l-​istess uffiċjal ikkummenta: “Issa qiegħed nara nies normali, daħkanin, u saħansitra aħjar minn ħafna nies li naf. Huma jħobbu l-​paċi u huma kalmi, u jħobbu lil xulxin ferm.” Huwa żied: “Jien verament ma nistax nifhem għala n-​nies igħidu gideb bħal dan dwarhom.”

Ix-Xhieda taʼ Jehovah ma jagħmlux laqgħat ritwalistiċi, lanqas ma hi l-​qima tagħhom imdawra bis-​segretezza. Julia Mitchell Corbett, awtriċi li mhix Xhud taʼ Jehovah, tinnota: “Meta jiltaqgħu, normalment iktar minn darba fil-​ġimgħa, fis-​Swali tas-​Saltna (il-postijiet fejn jiltaqgħu ma jissejħux knejjes), il-​biċċa l-​kbira tal-​ħin tagħhom iqattgħuh fi studju tal-​Bibbja u diskussjoni.” Il-​postijiet fejn jiltaqgħu huma indikati b’mod ċar b’tabella. Il-​laqgħat huma miftuħin, u l-​pubbliku inġenerali huwa mistieden biex jattendi. Mistednin li jiġu għall-​għarrieda jiġu milqugħin bil-​qalb kollha.

Ix-“Xhieda kisbu r-​reputazzjoni bħala nies onesti, dħulin, u ħabrieka,” iżżid Corbett fil-​ktieb tagħha Religion in America. Ħafna li m’humiex Xhieda lesti li jirrikonoxxu li m’hemm xejn stramb jew li jbeżżaʼ dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Il-​kondotta tagħhom m’hijiex f’konflitt maʼ dak li hu aċċettat bħala mġieba normali u soċjali. The New Encyclopædia Britannica tistqarr preċiżament li x-​Xhieda “jinsistu dwar kodiċi morali għolja fil-​kondotta persunali.”

Id-direttur taʼ aħbarijiet u proġetti speċjali għal stazzjon televiżiv fl-​Istati Uniti kiteb lix-​Xhieda taʼ Jehovah bi tweġiba għal rapport ippreġudikat dwar ix-​Xhieda f’60 Minutes, programm taʼ aħbarijiet fuq it-​TV. Hu qal: “Li kieku iktar nies igħixu kif igħixu tat-​twemmin tagħkom, kieku dan in-​nazzjon mhux qiegħed fl-​istat li jinsab fih. Jiena wieħed minn dawk il-​ġurnalisti li jaf li l-​organizzazzjoni tagħkom hija mibnija fuq imħabba u fidi soda fil-​Ħallieq. Irridkom tkunu tafu li mhux in-​nies kollha inkarigati mill-​Aħbarijiet huma daqshekk preġudikati.”

Reliġjon Magħrufa Sewwa

Huwa ġust li tgħid li x-​Xhieda taʼ Jehovah huma grupp reliġjuż insinjifikanti? F’ċertu sens, ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma ftit fin-​numru meta tqabbilhom maʼ wħud mir-​reliġjonijiet. Madankollu, ftakar x’qal Ġesù: “Dejjaq hu r-​rixtellu u marsusa t-​triq li tieħu għall-​ħajja, u ftit huma dawk li qegħdin isibuha.”—Mattew 7:13, 14.

Hu x’inhu l-​każ, ix-​Xhieda żgur li m’humiex xi kult żgħir insinjifikanti. Fir-​rebbiegħa taʼ l-​1993, iktar minn 11-il miljun ruħ attendew il-​Mafkar tal-​mewt taʼ Ġesù miżmum mix-​Xhieda. Imma iktar importanti min-​numru tagħhom huma l-​karattru morali u l-​imġieba eżemplari tagħhom, li ġabulhom tifħir mad-​dinja kollha. Bla dubju dan kien fattur f’pajjiżi li tawhom rikonoxximent uffiċċjali bħala reliġjon magħrufa, u taʼ min jafdaha.

Li tispikka hija liġi riċenti mill-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet Umani. Din iddikjarat li x-​Xhieda għandhom igawdu ħelsien taʼ ħsieb, kuxjenza, u reliġjon u li għandhom id-​dritt li jitkellmu dwar il-​fidi tagħhom u jgħallmuha lil oħrajn. Dan żgur li ma kienx jiġi ddikjarat li kieku x-​Xhieda taʼ Jehovah kienu magħrufin bħala li jużaw metodi qarrieqa u kontra l-​etika biex jirreklutaw membri jew li kieku wżaw metodi manipulattivi biex jikkontrollaw l-​imħuħ tas-​segwaċi tagħhom.

Folol kbar madwar id-​dinja huma familjari sewwa max-​Xhieda taʼ Jehovah. Mill-​miljuni taʼ wħud li m’humiex Xhieda li qegħdin jistudjaw il-​Bibbja max-​Xhieda jew li studjaw magħhom xi darba jew oħra, nistaqsu aħna, Kien hemm xi attentati biex jaqilbulek moħħok? Applikaw ix-​Xhieda taʼ Jehovah xi metodi biex jikkontrollawlek moħħok? “Le” tkun bla ebda dubju r-​risposta onesta tiegħek. Ovvjament, li kieku ġew użati dawn il-​metodi, kien ikun hemm numru sostanzjali taʼ vittmi f’kontradizzjoni għal kwalunkwe argument favur ix-​Xhieda taʼ Jehovah.

“Mehdijin Fl-​Umanità”

Membri taʼ kult taʼ spiss jiżolaw lilhom infushom mill-​familji, mill-​ħbieb, u saħansitra mis-​soċjetà inġenerali. Huwa dan li jiġri fil-​każ tax-​Xhieda taʼ Jehovah? “Jien m’inix wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah,” kiteb ġurnalist fir-​Repubblika Ċeka. Madankollu żied: “Huwa ovvju li huma [ix-Xhieda taʼ Jehovah] għandhom saħħa morali tremenda. . . . Huma jirrikonoxxu l-​awtoritajiet governattivi imma jemmnu li s-​Saltna t’Alla biss hija kapaċi ssolvi l-​problemi kollha tal-​bnedmin. Imma oqgħod attent​—m’humiex fanatiċi. Huma nies li huma mehdijin fl-​umanità.”

U huma ma jgħixux f’komunitajiet, billi jiżolaw lilhom infushom mill-​qraba u minn oħrajn. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jirrikonoxxu li hija r-​responsabbiltà Skritturali tagħhom li jħobbu lil u jieħdu ħsieb tal-​familji tagħhom. Huma jgħixu u jaħdmu man-​nies tar-​razez u r-​reliġjonijiet kollha. Meta jfaqqgħu xi diżastri, huma mill-​ewwel iwieġbu billi jibagħtu provisti u għajnuna umanitarja oħra.

Iktar importanti, huma qegħdin jieħdu sehem fi programm edukattiv li m’hawnx bħalu. Kemm mir-​reliġjonijiet għandhom sistema organizzata biex iżuru lil kull individwu fil-​komunità tagħhom? Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu dan f’iktar minn 200 art u f’iktar minn 200 lingwa! B’mod ċar, ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma “mehdijin fl-​umanità.”

Żamma Stretta Mal-​Bibbja

Ikollna nammettu li t-​tagħlim tax-​Xhieda taʼ Jehovah huwa differenti minn dak ipprovdut mill-​knejjes. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jemmnu li Jehovah huwa Alla li jistaʼ kollox u li Ġesù huwa Ibnu, mhux parti minn alla taʼ bi tlieta. Il-​fidi tagħhom hija ankrata fit-​twemmin li s-​Saltna t’Alla biss tistaʼ ġġib serħan għat-​tbatija taʼ l-​umanità. Huma jwissu lin-​nies dwar il-​qerda imminenti taʼ din is-​sistema taʼ affarijiet korrotta. Jippridkaw dwar il-​wegħda t’Alla taʼ ġenna taʼ l-​art għall-​umanità ubbidjenti. Ma jadurawx is-​salib. Ma jiċċelebrawx il-​Milied. Jemmnu li r-​ruħ hi mortali u li m’hemmx nar taʼ l-​infern. Huma ma se jieklu ebda demm, lanqas ma se jaċċettaw trasfużjonijiet tad-​demm. Jastjenu minn involviment fil-​politika u parteċipazzjoni fil-​gwerer. Qatt staqsejt lilek innifsek għala t-​tagħlim tax-​Xhieda taʼ Jehovah huwa tant differenti?

Gazzetta taʼ Massachusetts, id-​Daily Hampshire Gazette, tispjega li “l-​interpretazzjoni stretta tal-​Bibbja” mix-​Xhieda taʼ Jehovah “tipprojbixxi ħafna attivitajiet li oħrajn jassumu li huma xierqa . . . , kollha fi sforz biex isegwu l-​eżempju taʼ Kristjani taʼ l-​ewwel seklu u l-​kelma tal-​Bibbja.” The Encyclopedia of Religion taqbel li “kulma jemmnu huwa bbażat fuq il-​Bibbja. Huma ‘jagħtu prova bi skrittura’ (jiġifieri, jipprovdu kwotazzjoni mill-​Bibbja biex jappoġġjaw) kważi għal kull stqarrija taʼ fidi, billi jaċċettaw b’għajnejhom magħluqin l-​awtorità tal-​Bibbja, li kompletament tieħu post it-​tradizzjoni.” Il-​ktieb Religion in America jistqarr: “Il-​grupp qatt ma żvija milli jiffoka fuq studju tal-​Bibbja, u t-​tagħlim tiegħu huwa appoġġjat minn sistema elaborata taʼ referenzi għall-​iskrittura.”

Min Hu L-​Mexxej Tagħhom?

Huwa preċiżament minħabba din iż-​żamma mill-​qrib mat-​tagħlim tal-​Bibbja li l-​adorazzjoni u idolizzar taʼ mexxejja umani li tant huwa karatteristiku tal-​kulti llum ma jinstabx fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Huma jiċħdu l-​kunċett tad-​distinzjoni bejn il-​kleru u l-​lajċi. The Encyclopedia of Religion tistqarr b’mod xieraq dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah: “Klassi tal-​kleru u titli distintivi huma pprojbiti.”

Huma jsegwu lil Ġesù Kristu bħala l-​Mexxej tagħhom u l-​Kap tal-​kongregazzjoni Kristjana. Kien Ġesù li qal: “Tkunux intom li tissejħu Rabbi, għax wieħed hu l-​għalliem tagħkom, fil-​waqt li intom ilkoll aħwa. Barra minn hekk, issejħu lil ħadd missierkom fuq l-​art, għax wieħed hu Missierkom, Dak tas-​sema. Lanqas tissejħu ‘mexxejja,’ għax il-​Mexxej tagħkom hu wieħed, il-​Kristu.”—Mattew 23:8-12.

Jidher ċar li x-​Xhieda taʼ Jehovah huma ’l bogħod milli jkunu kult daqskemm Ġesù kien milli jkun wikkiel u sakranazz. Irridu nammettu li mhux kulmin ġie influwenzat mir-​rapporti foloz dwar Ġesù u d-​dixxipli tiegħu waqaʼ fin-​nassa taʼ li jaqlaʼ malafama fuqu. Xi wħud setgħu sempliċement kienu informati ħażin. Jekk għandek mistoqsijiet dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah u t-​twemmin tagħhom, għala ma ssirx tafhom aħjar? Il-​bibien tas-​Swali tas-​Saltna tagħhom huma miftuħin beraħ għal dawk kollha li qegħdin ifittxu l-​verità.

Int tistaʼ wkoll tibbenefika mit-​tfittxija bir-​reqqa tagħhom għal għarfien eżatt mill-​Bibbja u titgħallem kif tqim lil Alla f’armonija mal-​kliem taʼ Ġesù: “Is-​siegħa ġejja, u hi issa, meta l-​veri adoraturi se jqimu lill-​Missier bl-​ispirtu u l-​verità, għax, tabilħaqq, il-​Missier qiegħed ifittex lil uħud bħal dawn biex iqimuh.”—Ġwann 4:23. (w94 02/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja