LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w94 5/1 pp. 28-32
  • Għala x-Xhieda taʼ Jehovah Jibqgħu Jgħassu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala x-Xhieda taʼ Jehovah Jibqgħu Jgħassu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Id-​Dixxipli Bikrin Stinkaw Biex Joqogħdu Għassa
  • Dawk Li Waqfu Milli Joqogħdu Għassa
  • Riżultati Taʼ Għassa Miżjuda
  • Kif Dawn Taw Prova Li Kienu Għassa
  • Qiegħed Int Tibqaʼ Għassa?
  • Is-Saltna titwieled fis-sema
    Is-Saltna t’Alla qed taħkem!
  • Ġesù Qagħad Għassa—Imita l-Eżempju Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • “Ibqgħu Għassa”—Waslet is-Siegħa taʼ Ġudizzju!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • “Ishru!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
w94 5/1 pp. 28-32

Għala x-Xhieda taʼ Jehovah Jibqgħu Jgħassu

“Ibqgħu għassu . . . għaliex ma tafux f’liema jum ġej il-​Mulej tagħkom.”—MATTEW 24:42.

1. Lil min tapplika t-​twissija biex ‘jibqgħu jgħassu’?

LIL KULL qaddej t’Alla​—kemm jekk żagħżugħ u kemm jekk imdaħħal fiż-​żmien, kemm jekk għadu kif iddedika lilu nnifsu u kemm jekk bi snin twal taʼ servizz—​tapplika t-​twissija tal-​Bibbja: “Ibqgħu għassu”! (Mattew 24:42) Dan għala hu importanti?

2, 3. (a) Ġesù liema sinjal iddeskriva b’mod ċar, u t-​twettieq tal-​profezija x’wera? (b) Liema ċirkostanza rreferuta f’​Mattew 24:42 tpoġġi fi prova l-​ġenwinità tal-​fidi tagħna, u kif?

2 Lejn it-​tmiem tal-​ministeru tiegħu fuq l-​art, Ġesù bassar is-​sinjal tal-​preżenza inviżibbli tiegħu b’qawwa tas-​Saltna. (Mattew, kapitli 24 u 25) Hu ddeskriva b’mod ċar dak iż-​żmien tal-​preżenza rjali tiegħu​—u ġrajjiet bi twettieq tal-​profezija juru li hu kien imqiegħed fuq it-​tron bħala Sultan fis-​smewwiet fl-​1914. Hu pponta wkoll lejn ċirkostanza li kellha f’dak iż-​żmien tpoġġi għall-​prova l-​ġenwinità tal-​fidi tagħna. Kien b’referenza għaż-​żmien meta hu kien se jidħol fl-​azzjoni bħala Esekutur biex jeqred is-​sistema preżenti mill-​agħar matul it-​tribulazzjoni l-​kbira li Ġesù qal: “Dwar dak il-​jum u s-​siegħa ħadd ma jaf, la l-​anġli tas-​smewwiet u lanqas l-​Iben, imma l-​Missier biss.” Kien b’dak f’moħħu li qal: “Ibqgħu għassu, għalhekk, għaliex ma tafux f’liema jum ġej il-​Mulej tagħkom.”—Mattew 24:36, 42.

3 Il-​fatt li ma nafux il-​jum u s-​siegħa taʼ meta se tibda t-​tribulazzjoni l-​kbira jinħtieġ li jekk insostnu li aħna Kristjani, għandna ngħixu bħala Kristjani veri kuljum. Il-​mod kif int qiegħed tuża ħajtek se jirriżulta fl-​approvazzjoni tal-​Mulej meta tasal it-​tribulazzjoni l-​kbira? Jew jekk il-​mewt tiġi l-​ewwel, se jiftakrek bħala wieħed li lealment qdejt lil Jehovah sat-​tmiem tal-​ħajja preżenti tiegħek?—Mattew 24:13; Rivelazzjoni 2:10.

Id-​Dixxipli Bikrin Stinkaw Biex Joqogħdu Għassa

4. X’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju taʼ Ġesù taʼ żamma taʼ għassa spiritwali?

4 Ġesù Kristu nnifsu ħalla eżempju mill-​aqwa taʼ żamma taʼ għassa spiritwali. Hu kien jitlob taʼ sikwit u b’fervur lil Missieru. (Luqa 6:12; 22:42-44) Meta ġie ffaċċjat bi provi, hu straħ bis-​sħiħ fuq id-​direzzjoni misjuba fl-​Iskrittura. (Mattew 4:3-10; 26:52-54) Hu ma ħalliex lilu nnifsu jiġi distratt mix-​xogħol li Jehovah kien fdalu f’idejh. (Luqa 4:40-44; Ġwann 6:15) Kienu dawk li kienu jqisu lilhom infushom bħala s-​segwaċi taʼ Ġesù se joqogħdu daqshekk għassa?

5. (a) L-​appostli taʼ Ġesù għala kellhom problemi f’li jżommu l-​bilanċ spiritwali? (b) Ġesù liema għajnuna ta lill-​appostli tiegħu wara l-​irxoxt tiegħu?

5 Xi drabi, saħansitra l-​appostli taʼ Ġesù naqsu f’dan ir-​rigward. Bħala riżultat taʼ ħerqa żejda u ideat żbaljati, huma kellhom jiffaċċjaw diżappunti. (Luqa 19:11; Atti 1:6) Qabel ma tgħallmu jistrieħu għalkollox fuq Jehovah, provi m’humiex mistennijin tellfuhom il-​bilanċ. B’hekk, meta Ġesù ġie arrestat, l-​appostli tiegħu ħarbu. Iktar tard dak il-​lejl, Pietru, minħabba l-​biżaʼ, ripetutament ċaħad saħansitra li jaf lil Kristu. L-​appostli kienu għadhom ma daħħlux f’qalbhom il-​parir taʼ Ġesù: “Ibqgħu għassu u itolbu kontinwament.” (Mattew 26:41, 55, 56, 69-75) Wara l-​irxoxt tiegħu Ġesù uża l-​Iskrittura biex isaħħaħ il-​fidi tagħhom. (Luqa 24:44-48) U meta kien jidher li xi wħud minnhom setgħu jpoġġu l-​ministeru li kien fdat lilhom fit-​tieni post, Ġesù saħħaħ il-​motivazzjoni tagħhom biex jikkonċentraw fuq ix-​xogħol iktar importanti.—Ġwann 21:15-17.

6. Ġesù kontra liema żewġ nasbiet kien wissa iktar kmieni lid-​dixxipli tiegħu?

6 Iktar kmieni, Ġesù kien wissa lid-​dixxipli tiegħu li ma kellhom ikunu ebda parti mid-​dinja. (Ġwann 15:19) Tahom ukoll il-​parir biex ma jagħmluhiex taʼ sidien fuq xulxin imma biex jaqdu flimkien bħal aħwa. (Mattew 20:25-27; 23:8-12) Taw huma kas tal-​parir tiegħu? Żammew huma fuq quddiem ix-​xogħol li kien tahom?

7, 8. (a)Dak li wettqu l-​Kristjani taʼ l-​ewwel seklu kif juri li huma daħħlu f’qalbhom it-​twissija taʼ Ġesù? (b) Iż-​żamma kontinwa taʼ għassa spiritwali għala kienet importanti?

7 Sakemm l-​appostli kienu għadhom fix-​xena, issalvagwardjaw lill-​kongregazzjoni. L-​istorja tixhed li l-​Kristjani tal-​bidu ma kinux involuti fl-​affarijiet politiċi taʼ l-​Imperu Ruman u li ma kellhom ebda klassi tal-​kleru eżaltata. Mill-​banda l-​oħra, kienu proklamaturi ħerqana tas-​Saltna t’Alla. Sa tmiem l-​ewwel seklu, kienu taw xiehda ġo l-​Imperu Ruman kollu, billi għamlu dixxipli fl-​Asja, fl-​Ewropa, u fl-​Afrika taʼ Fuq.—Kolossin 1:23.

8 Madankollu, dawk is-​suċċessi fl-​ippridkar ma kinux ifissru li ma kienx hemm iktar ħtieġa li jibqgħu mqajmin spiritwalment. Il-​miġja mbassra taʼ Ġesù kienet għadha ’l bogħod sew. U hekk kif il-​kongregazzjoni daħlet fit-​tieni seklu E.K., qamu sitwazzjonijiet li pperikolaw l-​ispiritwalità tal-​Kristjani. Dan kif?

Dawk Li Waqfu Milli Joqogħdu Għassa

9, 10. (a) Wara l-​mewt taʼ l-​appostli, liema żviluppi wrew li ħafna li kienu jistqarru li huma Kristjani ma kinux qegħdin jibqgħu jgħassu? (b) Liema skritturi ċċitati f’dan il-​paragrafu setgħu għenu lil uħud li kienu jistqarru li huma Kristjani biex jibqgħu b’saħħithom spiritwalment?

9 Xi wħud li daħlu fil-​kongregazzjoni bdew jesprimu t-​twemmin tagħhom f’termini tal-​filosofija Griega, sabiex dak li kienu jippridkaw jagħmluh iktar aċċettabbli għan-​nies tad-​dinja. Bil-​mod il-​mod, duttrini pagani, bħat-​Trinità u l-​immortalità inerenti tar-​ruħ, saru parti minn forma mtebbaʼ taʼ Kristjanità. Dan wassal f’li ġiet abbandunata t-​tama tal-​millennju. Għala? Dawk li adottaw it-​twemmin fl-​immortalità tar-​ruħ ikkonkludew li l-​barkiet tar-​renju taʼ Kristu kellhom kollha jinkisbu fil-​qasam taʼ l-​ispirti minn ruħ li kellha tibqaʼ ħajja mal-​mewt tal-​ġisem uman. Mela ma raw ebda ħtieġa li joqogħdu għassa għall-​preżenza taʼ Kristu b’qawwa tas-​Saltna.—Qabbel Galatin 5:7-9; Kolossin 2:8; 1 Tessalonkin 5:21.

10 Din is-​sitwazzjoni kompliet titgħarraq bi żviluppi oħrajn. Xi wħud li sostnew li kienu indokraturi Kristjani bdew jużaw il-​kongregazzjonijiet tagħhom bħala mezz biex jiksbu prominenza għalihom infushom. B’mod sottili attribwew lill-​opinjonijiet u t-​tagħlim tagħhom stess valur ugwali għall-​Iskrittura jew saħansitra superjuri għaliha. Meta ġiet l-​opportunità, din il-​knisja apostata saħansitra għamlet lilha nfisha disponibbli biex taqdi l-​interessi taʼ l-​istat politiku.—Atti 20:30; 2 Pietru 2:1, 3.

Riżultati Taʼ Għassa Miżjuda

11, 12. Ir-​Riforma Protestanta għala ma mmarkatx ritorn lejn il-​qima vera?

11 Wara sekli sħaħ taʼ abbużi min-​naħa tal-​Knisja Kattolika Rumana, xi Riformisti tkellmu fil-​beraħ fis-​seklu 16. Imma dan ma kienx jimmarka ritorn lejn il-​qima vera. Għala le?

12 Għalkemm diversi gruppi Protestanti nqatgħu mill-​poter taʼ Ruma, ġarrew magħhom ħafna mit-​tagħlim bażiku u l-​prattiċi taʼ l-​apostasija​—il-​kunċett taʼ kleru u lajċi, ukoll twemmin fit-​Trinità, fl-​immortalità tar-​ruħ, u f’turment etern wara l-​mewt. U, bħall-​Knisja Kattolika Rumana, komplew ikunu parti mid-​dinja, billi jkunu alleati mill-​qrib maʼ l-​elementi politiċi. Għalhekk urew it-​tendenza li jiċħdu kull stennija għall-​miġja taʼ Kristu bħala Sultan.

13. (a) X’juri li xi rġiel verament kienu jgħożżu l-​Kelma t’Alla? (b) Matul is-​seklu 19, liema ġrajja saret taʼ interess speċjali għal xi wħud li kienu jistqarru li huma Kristjani? (ċ) Ħafna għala ġarrbu diżappunt?

13 Madankollu, Ġesù kien bassar li wara l-​mewt taʼ l-​appostli, il-​werrieta ġenwini tas-​Saltna (li xebbahhom mal-​qamħ) kellhom ikomplu jikbru biswit it-​taparsi Kristjani (jew, il-​ħaxix ħażin) sa żmien il-​ħsad. (Mattew 13:29, 30) Ma nistgħux aħna llum nagħtu lista b’ċertezza taʼ dawk kollha li l-​Imgħallem qieshom bħala qamħ. Imma hu taʼ min jinnotah li matul is-​sekli 14, 15, u 16, kien hemm irġiel li ssograw ħajjithom u l-​libertà tagħhom stess biex jaqilbu l-​Bibbja fil-​lingwa tan-​nies komuni. Oħrajn mhux biss aċċettaw il-​Bibbja bħala l-​Kelma t’Alla imma wkoll ċaħdu t-​Trinità bħala li mhix Skritturali. Xi wħud ċaħdu t-​twemmin fl-​immortalità tar-​ruħ u t-​turment fin-​nar taʼ l-​infern bħala li huma għalkollox mhux fi qbil mal-​Kelma t’Alla. Ukoll, matul is-​seklu 19, bħala riżultat taʼ żjieda fl-​istudju tal-​Bibbja, gruppi fl-​Istati Uniti, fil-​Ġermanja, fl-​Ingilterra, u fir-​Russja bdew jesprimu l-​konvinzjoni li ż-​żmien għar-​ritorn taʼ Kristu kien imminenti. Imma l-​biċċa l-​kbira taʼ l-​istennijiet tagħhom wassluhom għal diżappunt. Għala? Prinċipalment, dan kien għaliex straħu wisq fuq il-​bnedmin u mhux biżżejjed fuq l-​Iskrittura.

Kif Dawn Taw Prova Li Kienu Għassa

14. Iddeskrivi l-​metodu taʼ studju tal-​Bibbja wżat minn C. T. Russell u sħabu.

14 Imbagħad, fl-​1870, Charles Taze Russell u xi wħud minn sħabu fformaw grupp għal studju tal-​Bibbja f’Allegheny, Pennsylvania. Ma kinux taʼ l-​ewwel li għarfu ħafna mill-​veritajiet tal-​Bibbja li ħaddnu, imma waqt l-​istudju tagħhom, huma għamluha drawwa li jiċċekkjaw bir-​reqqa l-​iskritturi kollha fuq xi kwistjoni partikulari.a L-​oġġettiv tagħhom kien, mhux li jsibu xi testi li jagħtu prova lil xi idea li jkunu diġà paspru huma, imma li jkunu ċerti li jiġbdu konklużjonijiet li kienu fi qbil maʼ dak kollu li qalet il-​Bibbja fuq il-​ħaġa.

15. (a) Oħrajn minbarra Ħuna Russell xi bdew jirrealizzaw? (b) X’kien li mmarka lill-​Istudenti tal-​Bibbja bħala differenti minn dawn?

15 Xi wħud oħrajn qabilhom kienu rrealizzaw li Kristu kellu jirritorna b’mod inviżibbli bħala spirtu. Xi wħud kienu raw li l-​oġġettiv tar-​ritorn taʼ Kristu kien, mhux li jaħraq lill-​art u jneħħi minn fuqha l-​ħajja umana kollha, imma, minflok, li jbierek lill-​familji kollha taʼ l-​art. Kien hemm saħansitra xi wħud li kienu rrealizzaw li s-​sena 1914 kellha timmarka t-​tmiem taʼ Żminijiet il-​Ġentili. Imma għall-​Istudenti tal-​Bibbja mseħbin maʼ Ħuna Russell, dawn kienu iktar minn punti għal diskussjoni teoloġika. Huma bnew il-​ħajjiet tagħhom madwar dawn il-​veritajiet u tawhom pubbliċità internazzjonali fuq skala li qatt ma sar bħalha f’dik l-​era.

16. Fis-​sena 1914, Ħuna Russell għala kiteb: “Aħna qegħdin fi staġun taʼ prova”?

16 Xorta waħda, kellhom bżonn li jibqgħu għassa. Għala? Bħala eżempju, għalkemm kienu jafu li l-​1914 kienet immarkata mill-​profezija tal-​Bibbja, ma kinux jafu fiż-​żgur sewwa sew x’kien se jiġri f’dik is-​sena. Dan ippreżentalhom prova. F’The Watch Tower taʼ l-​1 taʼ Novembru, 1914, Ħuna Russell kiteb: “Ejjew niftakru li qegħdin fi staġun taʼ prova. . . . Jekk hemm xi raġuni li twassal lil xi wħud minnha biex jitilqu lill-​Mulej u lill-​Verità Tiegħu u jieqfu milli jissagrifikaw għall-​Kawża tal-​Mulej, allura ma hix biss l-​imħabba għal Alla fil-​qalb li qanqlet l-​interess fil-​Mulej, imma xi ħaġ’oħra; x’aktarx ittamar li ż-​żmien kien qasir; il-​konsagrazzjoni kienet biss għal ċertu żmien.”

17. A. H. Macmillan, u oħrajn bħalu, kif żammew il-​bilanċ spiritwali?

17 Xi wħud abbandunaw is-​servizz taʼ Jehovah lura f’dak iż-​żmien. Imma A. H. Macmillan kien wieħed li m’għamilx hekk. Snin wara, hu ammetta b’mod sinċier: “Xi drabi dak li stennejna aħna rigward ċerta data kien ferm iktar minn dak li offriet l-​Iskrittura.” X’għenu biex iżomm bilanċ spiritwali? Hu rrealizza, bħalma qal hu, li “meta dawk l-​istennijiet ma twettqux, dan ma biddilx il-​għanijiet t’Alla.” Hu żied: “Jien tgħallimt li għandna nammettu l-​iżbalji tagħna u nkomplu nfittxu fil-​Kelma t’Alla għal iktar tidwil.”b B’mod umli, dawk l-​Istudenti tal-​Bibbja bikrin ħallew il-​Kelma t’Alla tirranġa mill-​ġdid il-​ħarsa tagħhom.—2 Timotew 3:16, 17.

18. Iż-​żamma taʼ għassa Kristjana kif ipproduċiet benefiċċji progressivi fil-​kwistjoni taʼ li ma tkun ebda parti mid-​dinja?

18 Matul is-​snin taʼ wara, il-​ħtieġa li jibqgħu jgħassu ma naqsitx. Kienu jafu, m’għandniex xi ngħidu, li l-​Kristjani ma kellhom ikunu ebda parti mid-​dinja. (Ġwann 17:14; Ġakbu 4:4) Fi qbil maʼ dak, huma ma ngħaqdux mal-​Kristjaneżmu f’li jilqgħu lil-​Lega tan-​Nazzjonijiet bħala espressjoni politika tas-​Saltna t’Alla. Imma ma kienx qabel is-​sena 1939 li huma raw b’mod ċar il-​kwistjoni tan-​newtralità Kristjana.​—Ara The Watchtower, taʼ l-​1 taʼ Novembru, 1939.

19. Liema benefiċċji fl-​indokrar tal-​kongregazzjoni rriżultaw għaliex l-​organizzazzjoni baqgħet tgħasses?

19 Huma qatt ma kellhom klassi tal-​kleru, għalkemm xi anzjani mkabbrin ħassew li l-​ippridkar fil-​kongregazzjoni kien dak kollu li kien mistenni minnhom. Madankollu, b’xewqa ħerqana biex tikkonforma maʼ l-​Iskrittura, l-​organizzazzjoni rrevediet l-​irwol taʼ l-​anzjani fid-​dawl taʼ l-​Iskrittura, billi għamlet dan darba wara l-​oħra permezz tal-​kolonni taʼ The Watchtower. Bidliet organizzazzjonali ġew magħmulin fi qbil maʼ dak li ndikat l-​Iskrittura.

20-22. L-​organizzazzjoni kollha kemm hi kif ġiet ingranata b’mod progressiv biex twettaq ix-​xogħol imbassar taʼ proklamazzjoni globali tas-​Saltna?

20 L-​organizzazzjoni kollha kemm hi kienet qiegħda tiġi ingranata biex twettaq bis-​sħiħ ix-​xogħol li l-​Kelma t’Alla kienet indikat għal żmienna. (Isaija 61:1, 2) Sa liema punt kellha l-​aħbar tajba tiġi pproklamata fi żmienna? Ġesù qal: “Fil-​ġnus kollha l-​aħbar tajba trid tiġi ppridkata l-​ewwel.” (Mark 13:10) Minn ħarsa umana, dik il-​biċċa xogħol spiss dehret impossibbli.

21 Madankollu, b’fiduċja fi Kristu bħala l-​Kap tal-​kongregazzjoni, il-​klassi taʼ l-​irsir fidil u diskret imxiet ’il quddiem. (Mattew 24:45) Fedelment u b’mod sod huma ġibdu l-​attenzjoni tan-​nies taʼ Jehovah lejn ix-​xogħol li jrid isir. Mill-​1919 ’il quddiem, ingħatat dejjem iktar enfasi lill-​ministeru taʼ l-​għalqa. Għal ħafna, ma kienx faċli li jmorru minn dar għal dar u jitkellmu maʼ nies li ma jafuhomx. (Atti 20:20) Imma artikli taʼ studju bħal “Blessed Are the Fearless” (“Imberkin Dawk li ma Jibżgħux”) (fl-1919) u “Be of Good Courage” (“Kun Kuraġġuż”) (fl-1921) għenu lil xi wħud biex jibdew iwettqu x-​xogħol, b’fiduċja f’Jehovah.

22 L-​appell, fl-​1922, bil-​kliem “irriklamaw, irriklamaw, irriklamaw, lis-​Sultan u lis-​saltna tiegħu” pprovda l-​ispinta meħtieġa biex tagħti lil dan ix-​xogħol il-​prominenza mistħoqqa. Mill-​1927 ’il quddiem, anzjani li m’aċċettawx dik ir-​responsabbiltà Skritturali ġew imneħħijin. Għall-​ħabta taʼ dak iż-​żmien, ir-​rappreżentanti tas-​Soċjetà li kienu jivvjaġġaw, il-​pellegrini, ġew inkarigati biex ikunu diretturi reġjonali tas-​servizz, billi jagħtu struzzjonijiet persunali lill-​pubblikaturi fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Mhux kulħadd setaʼ jkun pijunier, imma fi tmiem il-​ġimgħa ħafna kienu qegħdin jiddedikaw ġranet sħaħ għas-​servizz, billi jibdew kmieni fil-​għodu, jieqfu għal ftit biex jieklu biċċa ħobż, u mbagħad ikomplu fis-​servizz sa tard wara nofs in-​nhar. Dawk kienu żminijiet sinjifikanti taʼ żvilupp teokratiku, u aħna nibbenefikaw ferm billi nirrevedu l-​mod li bih Jehovah kien qiegħed imexxi lill-​poplu tiegħu. Hu jkompli jagħmel dan. Bil-​barka tiegħu, ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna stabbilita se jinġieb lejn konklużjoni taʼ suċċess.

Qiegħed Int Tibqaʼ Għassa?

23. Rigward l-​imħabba Kristjana u li nkunu separati mid-​dinja, kif nistgħu aħna individwalment nuru li qegħdin nibqgħu ngħassu?

23 Billi twieġeb għad-​direzzjoni taʼ Jehovah, l-​organizzazzjoni tiegħu tkompli twissina rigward prattiċi u attitudnijiet li jidentifikawna bħala parti mid-​dinja, u għalhekk fil-​periklu taʼ li ngħaddu magħha. (1 Ġwann 2:17) Min-​naħa tagħna, aħna individwalment neħtieġu li ngħassu billi nwieġbu għad-​direzzjoni taʼ Jehovah. Jehovah jagħtina wkoll struzzjonijiet dwar kif ngħixu u naħdmu flimkien. L-​organizzazzjoni tiegħu għenitna biex nikbru fl-​apprezzament lejn dak li verament tfisser l-​imħabba Kristjana. (1 Pietru 4:7, 8) Li nibqgħu ngħassu jirrikjedi li nistinkaw bis-​sinċerità kollha biex napplikaw dan il-​parir, minkejja l-​imperfezzjonijiet umani.

24, 25. F’liema aspetti vitali għandna nibqgħu ngħassu, b’liema prospetti quddiemna?

24 B’mod konsistenti, l-​irsir fidil u diskret fakkarna: “Afda f’Jehovah b’qalbek kollha u tistrieħx fuq il-​fehma tiegħek stess.” (Proverbji 3:5) “Itolbu bla ma tieqfu.” (1 Tessalonkin 5:17) Ingħatajna l-​parir biex nitgħallmu nibbażaw id-​deċiżjonijiet tagħna fuq il-​Kelma t’Alla, biex inħallu din il-​kelma tkun ‘lampa għal saqajna u dawl għal triqitna.’ (Salm 119:105) B’imħabba, ġejna nkuraġġiti biex inżommu quddiemnett fil-​ħajjiet tagħna l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla, ix-​xogħol li Ġesù bassar għal żmienna.—Mattew 24:14.

25 Iva, l-​irsir fidil u diskret żgur li qiegħed jgħasses. Individwalment aħna wkoll jeħtieġ li nibqgħu ngħassu. Bħala riżultat taʼ li nagħmlu dan, jalla ninstabu fost dawk li jieqfu approvati quddiem Bin il-​bniedem meta jiġi biex jesegwixxi ġudizzju.—Mattew 24:30; Luqa 21:34-36. (w94 5/1)

[Noti taʼ taħt]

a Faith on the March, minn A. H. Macmillan, Prentice-Hall, Inc., 1957, paġni 19-22.

b Ara The Watchtower, tal-​15 t’Awissu, 1966, paġni 504-10.

B’Reviżjoni

◻ Kif muri f’​Mattew 24:42, għala għandna bżonn nibqgħu ngħassu?

◻ Ġesù u s-​segwaċi tiegħu taʼ l-​ewwel seklu kif żammew għassa spiritwali?

◻ Mill-​1870 ’il hawn, liema żviluppi kien hemm għaliex il-​qaddejja taʼ Jehovah baqgħu jgħassu?

◻ X’inhu li se jagħti evidenza li aħna individwalment qegħdin ngħassu?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja